Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jsaħħaħ id-Domestic Violence Unit, permezz ta' aktar human resources?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bżonn ta' aktar 'social workers' u ta' professjonisti oħra jinħass mhux biss fid-'Domestic Violence Unit' tal-Programme Ħidma Soċjali (SWDP), iżda wkoll f'oqsma oħra tal-operat tal-Ministeru għall-Politika Soċjali. Għalhekk, fil-preżent qed jiġi studjat kif dan il-bżonn jista' jintlaħaq fl-isfond tar-riżorsi finanzjarji li jista' jkun hemm għad-dispożizzjoni tal-Ministeru.
Irrid ngħid ukoll li l-Ministeru qed jesplora attivament kif f'pajjiżna jistgħu jiżdiedu il-faċilitajiet residenzjali għal dawk in-nisa vittmi tal-violenza domestika. Jien għandi parir li l-faċilitajiet limitati li kienu qed jiġu ppjanati mill-Amministrazzjoni preċedenti ma kienux ser ikunu adekwati.
10.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li dawk il-persuni li jilħqu jfaddlu Lm4,000 savings il-Bank u li mill-imgħax tagħhom titħallas il-witholding tax, tinqatgħalhomx is-social assistance? Jaħseb li din il-miżura ma tirriflettix adekwatament il-ħtiġijiet tal-livell ta' għajxien tal-poplu tagħna llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li jgħixu waħedhom u li qed jieħdu l-Għajnuna Soċjali normalment ma jħallsux il-'withholding tax' għaliex id-dħul globali tagħhom jeżentahom milli jħallsu t-taxxa fuq l-'income'.
Jekk l-uniku kapital li għandhom huwa flus il-bank, dan l-ammont f'każ ta' persuni waħedhom, ma jistax jaqbeż l-Lm4,000 biex jibqgħu jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali.
10.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Plot 13, Triq il-Kapuċċini, Żabbar hijiex se tinħareġ f'xi ħarġa ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex tinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fit-22 ta' Jannar 1999, l-Awtorita' tad-Djar għamlet talba lid-Direttur tal-"Joint Office" biex din il-plot flimkien ma' plots oħra, jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati għal skop ta' "Housing" Soċjali.
10.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, id-dipartiment u/jew l-Awtorita' tad-Djar għandhomx informazzjoni dwar postijiet vojta mxerrda f'Malta u Għawdex, informazzjoni bħal jekk fihomx ħsarat u min huma s-sidien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
La l-Awtorita' tad-Djar u lanqas id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandhom din l-informazzjoni. Pero' dawk l-applikanti għall-post alternattiv mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li għandhom periklu fir-residenza tagħhom qed jiġu mistiedna mill-Awtorita' tad-Djar biex japplikaw taħt l-Iskema tagħha. L-Awtorita' tad-Djar diġa għamlet spjegazzjoni fuq dawn ir-residenzi fil-lokalitajiet tal-Cottonera, Kalkara, il-Furjana w il-Belt Valletta.
10.5.99
Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tal-Home Help lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Każ imsemmi f'din il-Mistoqsija Parlamentari ġie mressaq quddiem il-bord fit-23 ta' Marzu, 1999. Il-Bord approva li din il-persuna ingħata sagħtejn (2) servizz ta' Home Help fil-ġimgħa.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-talba għal għajnuna mill-Bord tad-Dar Osanna Pia, biex jakkwistaw maħżen u dar biswit il-post li għandhom għadha ma ġietx imwieġba? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jagħti din l-għajnuna meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Membru qed tirreferi għall-ittra li kien indirezza d-Direttur tal-'Osanna Pia Salesian Youth Hostel' lill-Prim Ministru, nikkonferma li fil-fatt ingħatat tweġiba.
Il-Gvern diġa' jgħin lil din l-organiżżazzjoni mill-Vot allokat fl-Estimi għall-NGOs u bi ħsiebni nara kif din l-għajnuna tista' tkompli titjieb.
10.5.99
Peress li r-residenti fl-indirizz indikat separatament qed isofru fawran tad-drenaġġ fil-garaxx tagħhom mis-saqaf tal-garaxx f'Binja Bugana, Triq it-Torri, Mtarfa, jista' l-Ministru jara li jinvestiga l-kas imsemmi ħalli l-familja in kwestjoni ma tbatix il-konsegwenzi għall-ispejjeż li tinvolvi l-manutenzjoni ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bejgħ tal-"cluster houses" f'Binja Buqana, Mtarfa jinkludi l-bejgħ tal-partijiet komuni kollha tal-binja li għaldaqstant jitqiesu bħala propjeta tar-residenti stess. Kif stipulat fil-kuntratt ta' bejgħ, il-manutenzjoni tal-binja kollha fosthom is-sistema tad-drenaġġ, taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Assoċjazzjoni tar-residenti stess. Madankollu, l-Awtorita' tad-Djar dejjem tat u lesta li tagħti l-għajnuna tagħha biex flimkien mar-residenti, issolvi problemi ta' manutenzjoni li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li kien hemm fawran tad-drenaġġ mat-travi tal-garaxxijiet tar-residenti fl-Imtarfa fl-inħawi ta' taħt Blk B, Binja Bugana, Triq it-Torri, Mtarfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-fawran tad-drenaġġ irriżulta minn "blockage" f'katusi li jwasslu d-drenaġġ mix-xaft ħdejn "cluster house" numru 8 sal-"inspection chamber" ħdejn il-"lift". Minħabba l-"blockage", id-drenaġġ beda jfur ġox-xaft b'konsegwenza li skula minn ġot-torba taħt il-madum u ppenetra fil-"basement".
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inspectors ta' l-ETC f'Malta u Għawdex? X'inhi l-basic wage tagħhom fix-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC għandha 9 inspectors; 7 minn dawn għandhom il-paga bażika ta' Lm331.12 kull erba' ġimgħat, filwaqt li 2 oħra għandhom il-paga bażika ta' Lm305.84 kull erba' ġimgħat.
10.5.99
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex blokk fil-housing estate tal-gvern Blokk B, Triq il-Balliju Guttenberg, Entratura I, Swatar, Msida ir-residenti għadhom bla liftijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li dawn ir-residenti għadhom bla 'lift' għax il-kuntrattur għadu ma lestiex ix-xogħol. Billi l-proċeduri biex twaqqa' kuntratt u toħroġ l-offerta mill-ġdid huma pjuttost twal u billi x-xogħol issa jinsab relattivament avvanzat, ġie deċiż li għalissa ma jitwaqqax il-kuntratt iżda l-kuntrattur jeħel il-penali tad-dewmien. Hu ttamat li permezz t'hekk, ix-xogħol jitlesta fil-futur qarib.
10.5.99
Rigward iċ-Ċentru Ħidma Soċjali f'Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid jekk fir-reception hemmx security guard stazzjonat? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jara li dan isir peress illi jekk u meta jinqala' xi inkwiet il-persuni li jaħdmu hemmhekk mhumiex kapaċi jilqgħu għal din il-forma ta' gwaj?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.
Dwar it-tieni parti, jien għandi parir li s'issa ma jinħassx il-bżonn li jkun hemm 'security guard'.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma' jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat, jiġifieri lill-Ministru tas-Saħħa.
10.5.99
Jista' l-Ministru jara kif f'sala St. Joseph Numru 14, f'St Vincent de Paule tittieħed attenzjoni peress li qed ikun hemm ħafna tgergir minħabba rwejjaħ u ħmieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dawn il-ġranet (05.05.99) żviluppat ħsara fis-sistema tad-drenaġġ ħdejn is-sala St. Joseph Numru 14. Ittieħdu passi mmedjati sabiex din il-ħsara tiġi rranġata.
Ma jirriżultax li hemm ħmieġ fl-istess sala.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini ta' Triq Sant'Anna, Furjana, jistgħux jixtru l-appartamenti fejn joqogħdu? Jekk le, x'inhi l-problema u jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar hi informata li l-art li fuqha hemm mibnija l-blokki ta' appartamenti f'din it-triq hi fil-pussess tal-Gvern taħt it-titlu ta' "Possession & Use". Għaldaqstant hu opportun li aktar dettalji għandhom jiġu mitluba lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art.
10.5.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6583?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar in-numru totali ta' vetturi 'impressed' li hemm fis-settur pubbliku, nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 6345.
Dwar in-numru ta' vetturi u inġenji li għandu l-Gvern preżentement u kemm minn dawn għandhom aktar minn għoxrin (20) sena, l-Onor. Membru tapprezza li l-informazzjoni li nista' nagħti hija dwar il-pożizzjoni attwali fid-dekasteru tiegħi. Fil-fatt, fid-Dipartimenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, hemm seba' u ħamsin (57) vettura/inġenji tal-Gvern li l-ebda waħda minnhom m'għandha aktar minn għoxrin sena.
10.5.99
Jista' l-Ministru jara li l-persuna anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun ikkonsidrata għal xi post żgħir li hemm vakant f'Hubbard Flats, f'Bormla jew ieħor x'imkien ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna indikata m'għandiex applikazzjoni mad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Hi kellha waħda iżda ġiet allokata post li xtaqet, fil-Blokka indikata fit-2 ta' Settembru 1998, iżda rriturnat iċ-ċwievet f'Diċembru.
10.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta' 1098. Dawn iżda mhux kollha jieħdu l-ikel kuljum. Xi wħud minnhom infatti jużaw is-servizz f'ċertu żmien biss peress li dan is-servizz jintuża wkoll bħala 'respite'.
Minn meta ġie ntrodott is-servizz tqassmu dawn l-ikliet:
1991 - 4,729
1992 - 19,585
1993 - 26,505
1994 - 33,526
1995 - 36,657
1996 - 40,910
1997 - 41,900
1998 - 42,151
Ma jinżamx rekord lokal b'lokal.
5.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tat-Telecare? Jista' l-Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li jużaw is-servizz tat-Telecare huwa 6707.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mhux possibbli li l-informazzjoni tingħata fil-forma mitluba peress li tinvolvi biċċa xogħol kbira biex tmur lura xi 9 snin. Pero' qiegħed nagħti l-istess informazzjoni sena b'sena mill-1993 sal-1998.
1993 - 3002
1994 - 3500
1995 - 4170
1996 - 5309
1997 - 6152
1998 - 6707
5.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jitwaħħlu l-bibien tal-bejt fi Blokk J. Triq Francesco Balbi, Ta' Ġiorni peress li dan inqala' mill-ħaddiema tad-dipartiment biex jiġi mibdul u sal-lum għadu ma twaħħalx ieħor floku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
5.5.99