Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7662 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Hypogeum

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jinfetaħ il-Hypogeum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-data tal-ftuħ ta' l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni għadha trid tiġi deċiża.
Leg 9 PQ #6761 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998, 'l hawn? Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nxtraw erba' karozzi ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn. Dawn inxtraw skond ftehim ta' kuntratt għad-diretturi u għalhekk il-ħruġ ta' tender ma kienx jenħtieġ. Dawn kienu l-karozzi li nxtraw bl-informazzjoni rilevanti: Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm4520 Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd Mixtrija għad-Director, Operations - 26.11.98 Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm4520 Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd Mixtrija għad-Director, Further Studies & Adult Education - 26.11.98 Marka: Hyundai Lantra Saloon Nefqa: Lm4300 Inxtrat mingħand: Merdian Co. Ltd Mixtrija għad-Director, Finance & Administration - 21.12.98 Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm5195 Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd Mixtrija għad-Director, Planning & Development - 03.03.99 Fil-5 ta' Marzu 1999 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara karozza tal-marka Peugeot 306 mingħand Michel Attard Ltd XN4 għall-użu tad-Direttur. Id-Dipartiment ma kellu ebda karozza oħra biex taqdi dan is-servizz. L-ispiża kienet ta' Lm5175 li tkopri Lm4500 xiri tal-karozza u Lm675 VAT. F'dan il-każ ma nħarġitx tender peress li nxtrat taħt l-arranġamenti li Direttur għandu taħti il-'Performance Contract'. Matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, ma nxtraw ebda karozzi mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, mis-Segretarjat Parlamentari, mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, mid-Dipartiment tal-Kultura u mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #7526 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/siti storiċi — Ticketing machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tax-xiri ta' ticketing machines għal xi mużewijiet u siti storiċi f'pajjiżna? Kemm hemm kumpanniji u individwi li tefgħu offerta? Min huma? X'kienet f'kull każ l-offerta? Liema ntgħażlet? Liema siti se jkollhom dawn il-makni? Meta se jiġu nstallati?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' intqal fil-mistoqsija parlamentari numru 6674, informat li t-tender tat-'ticketing system' għall-mużewijiet qegħda tiġi evalwata.
Leg 9 PQ #7575 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-iskola ta' Bighi? Xi pjanijiet hemm għall-futur ta' din l-iskola? Min ħa dawn id-deċiżjonijiet u ma' min saru l-konsultazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfal ta' l-ewwel sena li bħalissa jattendu l-ewwel sena fl-iskola tas-snajja' Abram Gatt minn Ottubru li ġej sejrin ikomplu l-kors fi skejjel tas-snajja' oħra skond fejn joqgħodu. Il-bini li bħalissa jintuża bħala skola tas-snajja' se jibda jintuża bħala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr bis-seħħ minn Lulju 1999. Id-deċiżjonijiet ittieħdu mill-Kabinett bħala parti minn pjan sħiħ għall-iżvilupp tas-sit ta' Bighi kif ukoll riforma ta' l-iskejjel tas-Snajja'. Saru konsultazzjonijiet fost l-oħrajn mad-diriġenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l-għalliema ta' l-iskejjel tas-snajja', u esperti Taljani fuq ir-restawr.
Leg 9 PQ #7657 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet tqal

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' tfajliet li ħarġu tqal waqt li kienu jattendu l-iskola dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond in-numru kull sena u skond il-lokalita' li minnha jiġu t-tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7658 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

School attendance laws — Nies il-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti matul din is-sena skolastika fuq ksur ta' l-ischool attendance laws?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li ttellgħu l-qorti matul din is-sena skolastika (sa 10.6.99) fuq ksur ta' l-iSchool Attendance Laws kien kif se nsemmi: Settembru '98 100 Ottubru '98 257 Novembru '98 79 Diċembru '98 - Jannar '99 216 Frar '99 213 Marzu '99 106 April '99 - Mejju '99 621 TOTAL 1592
Leg 9 PQ #7659 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Kotba ta' awturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena d-dipartiment ta' l-edukazzjoni għenx biex jiġu pubblikati kotba ta' awturi Maltin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7660 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Nefqa fuq riċerka

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq riċerka fl-Universita' ta' Malta dawn l-aħħar għaxar snin? Liema dipartimenti u fakultajiet għamluha? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond il-livelli (1st degree, masters jew Phd)?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7675 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq Junior Lyceum

Question

Jaf il-Ministru li xi wħud mill-istudenti Qriema li jattendu l-Junior Lyceum tal-Ħandaq ikollhom jimxu fit-tul ħafna bil-basktijiet ta' l-iskola għaliex it-trasport ta' l-iskola jiġborhom minn post ċentrali u ma jdurx ma' ċerti areas imbiegħda fir-raħal? Jaf il-Ministru li dawn l-istudenti li jinġabru fis-6.45 a.m., ħin li huwa kmieni ħafna? Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex din is-sitwazzjoni titjieb?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rotta ta' tfal ta' l-iskola li taħdem minn Ħal-Qormi għal tal-Ħandaq Junior Lyceum tgħaddi u tiġbor minn dawn il-postijiet Triq il-Vittorja, Knisja San Ġorġ, Skola Primarja, Terminus, Pjazza San Franġisk, Knisja San Bastjan, Flamingo u Wied Qormi.
Leg 9 PQ #7506 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Membri tal-minor staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-passi li ttieħdu kontra membri tal-minor staff li f'żewġ każijiet ħebbew għall-kap ta' l-iskola tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'każ minnhom il-Pulizija qed tikkonsidra azzjoni kriminali kontra l-individwi konċernati. Il-każ l-ieħor qiegħed quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku u l-ewwel seduta ġiet iffissata għas-17 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #7508 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Guardian Angel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-persuni meħtieġa fl-iskola Guardian Angel biex tkun tista' tinżamm nadifa?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lid-Direttur Ġenerali jassigura l-passi meħtieġa biex jintbagħtu nies biex l-iskola Guardian Angel tkun tista' tinżamm nadifa.
Leg 9 PQ #7565 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skolasport — Laqgħat ta' l-għawm

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6608?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu Jannar sa April 1999 saru 14-il laqgħa ta' l-għawm fil-Pixxina Nazzjonali u 16 fir-Razzett tal-Ħbiberija. Għalkemm l-attendenza tat-tfal tvarja, il-medja għal kull ġimgħa hija dik ta' 170 fil-Pixxina Nazzjonali u 110 fir-Razzett tal-Ħbiberija. In-numru ta' għalliema għal kull laqgħa li sar it-taħriġ kien hekk: 9 - 9 u 23 ta' Jannar, 27 ta' Frar, 6 u 13 ta' Marzu, 24 ta' April 8 - 16 u 30 ta' Jannar, 6 ta' Frar, 20 u 27 ta' Marzu, 17 ta' April 7 - 13 ta' Frar Fir-Razzett tal-Ħbiberija l-attendenza kienet aktar regolari u attendew 4 għalliema għal kull laqgħa. S'issa tħallsu sitt pagamenti ta' Lm187.50 lir-Razzett tal-Ħbiberija għax-xhur Ottubru sa Marzu. Lm1655 ġew imħallsa lill-Pixxina Nazzjonali biex ikopri l-ħlas għas-sena 1997/98.
Leg 9 PQ #7566 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing — Tibdil fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil kien hemm fil-prezzijiet tal-Marsa Racing? X'kienu l-prezzijiet ta' qabel u kemm saru issa? Il-Ministru ta l-approvazzjoni tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat il-ġdid mexa fuq deċiżjoni tal-kumitat preċedenti fir-rigward tal-prezz tad-dħul tal-Marsa Racing li tela' minn Lm1.25 għal Lm1.50. Fil-fatt dan il-Kumitat sab il-biljetti tad-dħul diġa' stampati bil-prezz rivedut. Ninforma lill-Onor. Interpellant li deċiżjonijiet simili ġew awtorizzati mill-istess Kumitat u ma jirrekjedux l-approvazzjoni tiegħi.
Leg 9 PQ #7567 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Membri tal-kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri tal-kumitat tal-Malta Racing Club li rriżenjaw? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni? Ġiet aċċettata r-riżenja tagħhom u f'każ li iva, min huma l-membri li ħadu posthom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari tiegħu Nru 5749.
Leg 9 PQ #7585 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi

Question

Peress li l-iskola ta' Bighi, ir-Rinella se tinbidel fi school of arts, jista' l-Ministru jgħid sena oħra fejn se jmorru t-tfal li qed jattendu din l-iskola din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tfal li din is-sena kienu qed jattendu l-Iskola Abram Gatt tas-Snajja' f'Bighi, u li issa ser tiġi konvertita f'Istitut għall-Istudji tar-Restawr, ser jiġu mqassma fi skejjel oħra tas-Snajja' wara li tingħata konsiderazzjoni għall-każ ta' kull student konċernat.
Leg 9 PQ #7716 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' tfal jispiċċaw l-iskola tagħhom ta' 16-il sena, mingħajr ma jottjenu ebda kwalifiki? Tista' r-risposta titqassam bejn skejjel privati u skejjel tal-Gvern? Matul dawn l-aħħar 20 sena, x'persentaġġġ ta' tfal komplew għal edukazzjoni terzjarja? Tista' din l-informazzjoni tingħata sena b'sena u kemm minnhom kienu subien/bniet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif inhi mqegħda l-mistoqsija mhux faċli tifhem u tidentika preċiż xi jfisser "mingħajr ma jottjenu ebda kwalifiki". Kull tip ta' skola taħseb għall-kwalifiki differenti, kemm akkademiċi, soċjali jew personali. Jekk fit-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant qed jifhem kemm għaddew studenti għall-Universita`, din l-informazzjoni tista` toħroġ mill-istatistiċi edukattivi li jiġu ppublikati kull sena.
Leg 9 PQ #6729 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Msida - Tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern għall-futur ta' l-iskola għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li hemm fl-Imsida?

Response (GALEA, LOUIS)

Dr Christopher Bezzina, lecturer fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni, ġie kummissjonat sabiex jagħmel rapport fuq l-iskejjel speċjali, liema rapport għandu jwassal għal pjan ta' żvilupp għal dan is-settur. Il-futur ta' l-iskola għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li hemm fl-Imsida jiġi definit bħala komponent ta' dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #7377 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nefqa se jagħmel il-Ministeru fil-business plan tiegħu 2000-2001 u 2002 biex iħejji l-istrutturi meħtieġa għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'pajjiżna fis-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

M'huwiex il-każ li jingħataw dettalji dwar il-business plan għas-snin 2000, 2001 u 2002 qabel ma dan jiġi approvat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #7378 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għar Dalam/Villa Rumana

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk jirriżultawx fattwali l-ilmenti mqajma f'ittra pubblikata llum f'The Times (Neglected details, JJ Grech p.8) li jagħtu isem ħażin lill-mod kif jiġu ttrattati dawk li jżuru Għar Dalam u l-Villa Rumana? X'se jsir biex din l-attitudni tinbidel?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Ser issir investigazzjoni fuq l-ilmenti allegati u skond ir-riżultati ta' l-investigazzjoni jittieħdu l-passi li jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #7371 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' riorganizzazzjoni hemm maħsuba biex ikun hemm struttura li tieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-bini ta' skejjel fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.