Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8518 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monumenti — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi rranġat il-Monument tas-7 Ġunju? Fid-dawl ta' artikli li dehru fil-ġurnali jikkonsidra d-Dipartiment tal-Kultura li l-ismijiet tal-vittmi tas-7 ta' Ġunju, jitpoġġew fuq quddiem tal-monument, minflok fuq in-naħa ta' wara?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-punti mqanqla fil-Mistoqsija jingħataw il-konsiderazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #8026 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jieħdu qualification allowance? Kemm qed jieħu kull ħaddiem ta' din l-imsemmija qualification allowance u fiex inhi d-diploma/degree/masters, etc li għaliha qed jieħdu l-allowance? Jikkonferma l-Ministru li d-degree, etc li qed jitħallsu għaliha hija konformi max-xogħol li qed jagħmlu hekk kif stipulat f'ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jinħtieġ ħafna xogħol biex jiġi verifikat u tweġiba tingħata xi darba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #8030 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi kampanja ta' awareness dwar il-problema ta' tfajliet li għadhom l-iskola u li joħorġu tqal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Guidance & Counselling Unit qiegħed jikkonsidra l-kampanja ta' awareness dwar il-problema ta' tfajliet li għadhom l-iskola u li joħorġu tqal. Din il-kampanja ssir skond il-bżonnijiet ta' kull skola.
Leg 9 PQ #8031 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjell — Edukazzjoni sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' edukazzjoni sesswali jingħataw l-istudenti? F'liema livelli jingħataw din l-edukazzjoni? Jaħseb il-Ministru li l-isutdenti qegħdin jingħataw biżżejjed guidance fuq sexual behaviour, speċjalment fid-dawl tan-numru ta' tfajliet ta' l-iskola li joħorġu tqal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-lezzjonijiet tal-Personal and Social Education (P.S.E.), l-istudenti jingħataw Edukazzjoni Sesswali fil-Forms I u II tal-Junior Lyceum u fil-Forms, I, II, lil tal-Area Secondary. Fost is-suġġetti li jsiru fil-P.S.E., fl-Edukazzjoni Sesswali, insibu : Issa qed nikber, L-Aspett Emozzjonali, Kif inħossni li qed nikber, l-Abbuż Sesswali, it-Tqala u t-Twelid, eċċ. Il-lezzjonijiet isiru f'forma ta' diskussjonijiet u l-istudenti jitkellmu fuq problemi u diffikultajiet li jkollhom. Skills importanti tal-ħajja bħall "Kif Tieħu Deċiżjoni", "Kif tibda Relazzjoni", "Stima Għolja tiegħi Nnifsi" u oħrajn jgħinu biex is-suġġett jiftiehem aħjar mill-istudenti. Studenti fil-Forms IV u fl-ewwel sena tat-Technology Education jattendu għal Seminar ta' tliet ijiem bl-isem "Irrid Nagħżel Tajjeb" li jsir f'Porziuncola House, Baħar iċ-Ċagħaq. Wieħed mis-suġġetti li jsir fis-Seminar huwa propju is-Sesswalita` u jsir emfasi fuq skills importanti bħall Valuri, Relazzjonijiet, Kif nieħu Deċiżjoni, Alkohol u Droga, eċċ. Guidance fuq sexual behaviour tingħata individwalment skond il-bżonnijiet ta' kull tfajla mill-għalliema tal-Guidance u l-Counsellors. Barra minn hekk, is-sezzjoni tal-Guidance f'kull skola tagħmel prevention action programmes u seminars mal-ġenituri u mat-tfajliet dejjem skond il-bżonn.
Leg 9 PQ #8046 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MDC — Education Business links

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jittieħdu matul din is-sena skolastika u sa tmiem l-1999 fil-programm li kien beda ta' Education Business Links bi sħab mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-porgramm "Education Business Links" tkompla fuq l-istess linji. Qegħdin isiru diskussjonijiet dwar inizjattivi ġodda. Dawn id-diskussjonijiet ma ġewx finalizzati.
Leg 9 PQ #8081 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xogħol ta' l-interzjar fl-injam

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jitwaqqaf proġett bil-għan li jiġi mgħallem ix-xogħol ta' l-interzjar fl-injam, arti sabiħa li kulma tmur qed tmut mewta naturali minħabba n-nuqqas ta' dawk li jafu jaħdmuh?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa mgħandniex min jgħallem l-interzjar fl-injam. It-tagħlim ta' din is-sengħa nkunu nistgħu noffruh bħala kors għall-adulti permezz tad-Dipartiment għall-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti bħala wieħed mill-korsijiet ta' filgħaxija. Fil-fatt id-Dipartiment qed ifittex persuna li tkun tista' tgħallem is-suġġet u l-klassi tinfetaħ hekk kif ikun hemm numru adekwat ta' studenti.
Leg 9 PQ #8082 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel statali — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il facilitator kwalifikat hawn li jaħdem mal-persuni b'diżabilita' fl-iskejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-iskejjel ta' l-Istat hemm 35 persuna li għandhom il-kwalifiki ta' facilitator li qed jaħdmu ma' tfal b'diżabilita` u qed jistennew li jieħdu l-ħatra ta'facilitator.
Leg 9 PQ #8295 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għargħur - Karmnu Sant

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhu jżomm milli jiġu pprovduti caretakers full time jew part-time fl-iskola primarja Karmnu Sant fil-Għargħur meta llum hemm biss caretaker wieħed li qed jagħmel xogħol żgur ta' tnejn? Jara l-Ministru li din hija urġenza li trid tiġi deċiża malajr?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nindaga mad-Dipartiment konċernat biex nara li l-iskola jkollha dak li għandha bżonn għall-indafa tagħha.
Leg 9 PQ #8301 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Supply kindergarten assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema supply kindergarten assistants humiex se jidħlu jaħdmu mill-ġdid fl-iskejjel fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika li jmiss ser ikun hemm bżonn l-ingaġġ ta' supply facilitators biex jieħdu ħsieb tfal bi bżonnijiet speċjali.
Leg 9 PQ #8316 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati li għandha tieħu l-PBS għal-liċenzji tat-TV mhux imħallsin? X'passi qiegħda tieħu l-PBS biex tiġbor dawn l-arretrati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' arretrati li għandha tieħu l-PBS għal-liċenzi tat-TV huwa ta' 1.6 miljun lira. Dan l-ammont jinkludi ħlasijiet li qegħdin jintalbu f'dan il-mument. Il-PBS regolarment tieħu l-passi neċessarji biex jinġabru dawn l-arretrati. Dawn huma: * Il-ħruġ ta' kontijiet imsieħba minn avviżi fil-ġurnali, ir-radju u t-TV, il-Gwida, l-Internet u s-servizz tat- Teletext. * Tfakkar lil dak li jkun permezz ta' ittri u telefonati * Jintbagħtu tlitt ittri differenti lil kull persuna li jkollha dawn l-arretrati. Kull ittra hija differenti u waħda iktar iebsa mill-oħra. Il-Bord tal-PBS qed jikkonsidra x'miżuri oħra jista' jieħu dwar din il-problema.
Leg 9 PQ #7805 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru għar-Restawr — Stone Carver

Question

Jista' l-Ministru, in vista tat-twaqqif ta' Ċentru għar-restawr u l-bżonn sussegwenti għal restawraturi kwalifikati, anke fuq bażi part-time kif deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-1 ta' Ġunju, 1999, jgħid jekk ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni taħt l-Extended Skill Training Scheme għal Stone Carver hux se jkun kkonsidrat bħala kwalifika idonea għall-eliġibilta' f'dan iċ-ċentru għar-restawr?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kwalifiki meħtieġa biex wieħed jidħol jaħdem bħala restawratur fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr part-time jew full-time huma dawk maħruġa minn l-Istituto Centrale del Restauro ta' Ruma, l-Istituto Centrale della Patologia del Libro ta' Ruma u l-Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze jew ekwivalenti. Dawn il-kwalifiki jeħtieġu kors ta' livell post sekondarju li jkun tlieta jew erba' snin u l-istudenti li jiġu aċċettati fih ikollhom livell avvanzat ta' edukazzjoni. Il-kors ta' l-Extended Skill Training Scheme mhux ekwivalenti u l-anqas komparabbli ma dawn il-kwalifiki. Għaldaqstant għal student fl-ESTS li jixtieq biex jidħol bħala restawratur part-time jew full-time għandu l-ewwel jgħaddi kors magħżul minnu offrut miċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Leg 9 PQ #7936 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfajliet tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li ma attendewx l-iskola din is-sena għax kienu tqal? Kemm huwa n-numru ta' tfal li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba tqala?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numur ta' każijiet huma 24 ETA` NUMRU TA' STUDENTI 13-il sena 2 14-il sena 4 15-il sena 13 16-il sena 5 Mis-sittax-il tfajla ta' sittax-il sena li ġew ikkwotati fl-istatistika (Mistoqsija Parlamentari Numru 7657), ħamsa ma komplewx jattendu l-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja. L-istess numru ta' tfajliet (24) baqgħu ma jattendux skola sa l-aħħar tas-sena skolastika.
Leg 9 PQ #8036 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni jiftaħ l-Ipoġew? Mindu nagħlaq u beda x-xogħol fuqu kemm intnefqu flus u fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru s'issa? X'jonqos isir? Kemm se jdum biex isir u kemm se jiswa? X'se jkun il-prezz tad-dħul meta jerġa' jiftaħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa tmiem l-1998 id-Dipartiment tal-Mużewijiet nefaqu Lm469,405 fuq dan il-porġett. Ix-xogħlijiet li għad iridu jitwettqu huma: 1. L-installazzjoni tal-passaġġi għall-viżitaturi u l-poġġamani fil-livell ta' fuq tal-Ipoġew. 2. L-installazzjoni tas-sistema ta' dawl fil-livell ta' fuq 3. Il-provi finali tal-apparat sofistikata li ġie installat fuq il-post 4. It-taħriġ fi proċeduri ta' servizz u sigurta` għan-nies li ser ikun hemm fuq il-post 5. L-installazzjoni tal-armar tas-sala tad-dħul u tal-espożizzjoni ta' tagħrif dwar is-sit għall-viżitaturi Sabiex jintemm dan il-proġett, din is-sena d-dipartiment qiegħed jonfoq LM17,000. Għalhekk l-ispiża kapitali totali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ser tkun ta' LM486,405. Barra dan, kien hemm naturalment ix-xogħlijiet imwettqa mid-Dipartiment tat-Toroq u l-korporazzjonijiet tas-servizzi fit-toroq tal-madwar. It-tmexxija tal-proġett, u l-prezzijiet, għadhom qed jiġu imfassla. Il-proġett ser ikun lest u miftuħ qabel l-aħħar ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #8037 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tempji Neolitiċi — Esperti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħżel lill-esperti li mistennija jagħmlu xogħol ta' tiswija fit-tempji neolitiċi lokali? X'xogħol sar biex jinstabu dawn l-esperti? X'inhuma l-kwalifiki u l-esperjenzi ta' dawn l-esperti? Kemm se jitħallsu? Meta se jsir ix-xogħol u kemm se jiswa? Liema tempji se jsir ix-xogħol fuqhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proċess tal-għażla tal-esperti biex jgħinu fil-problema tal-konservazzjoni tat-tempji qiegħed isir mid-Dipartiment tal-Mużewijiet bl-għajnuna tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati f'dan il-qasam. Ser issir ukoll sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jiġi impjegat perit fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jaħdem fuq din il-problema.
Leg 9 PQ #8038 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex ikun hemm struttura li tmexxi l-libreriji pubbliċi? X'budget se jkollhom? Liema libreriji se jaqgħu taħtha? X'relazzjoni se jkollha ma' l-amministrazzjoni pubblika u kif se jsir ir-reklutaġġ għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Wara s-Seminar ta' jumejn li sar ftit ġranet ilu bejn il-partijiet kollha involuti, issa ser ninkariga grupp biex ifassal proġett u pjan għar-ristrutturazzjoni ta' dan is-settur. Meta r-rapport ikun lest inkun nista' ngħaddih lill-Oppożizzjoni. Għaldaqstant f'dan l-istadju m'inhix f'pożizzjoni inwieġeb l-aħħar tlitt partijiet tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #8039 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titfassal struttura li tmexxi l-mużewijiet u s-siti storiċi? Kif se jiġu reklutati l-persuni għal din l-istruttura? X'budget se jkollha din l-istruttura? X'relazzjoni se jkollha mas-servizz ta' amministrazzjoni pubblika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol biex titfassal struttura li tmexxi l-mużewijiet u siti storiċi ser ikompli wara li l-ewwel sar seminar iffukat fuq dan is-settur f'Marzu li għadda. Issa beda wkoll ix-xogħol ta' kumitat speċjali li ġie mitlub jeżamina aktar mill-qrib dan is-settur sabiex jitfasslu liġi ġdida, strutturi ġodda kif ukoll operat ġdid li jkun jista' jakkomoda fi ħdanu diversi 'stake holders' li b'xi mod jistgħu jikkontribwixxu għall-ħarsien ta' dan il-wirt. Huwa għalhekk diffiċli li wieħed jitkellem fuq Budget f'dan l-istadju. Meta r-rapport ikun lest ngħaddih lill-Oppożizzjoni.
Leg 9 PQ #7891 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Qlugħ ta' madum

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7479?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport preparat mill-konsulenti Ranioli & Bencini ma jattribwixxix responsabbilta` tal-ħsara li saret. Il-każ qiegħed ikun riferit lis-Segretarju Permanenti biex jiġi deċiż x'inhi l-aħjar linja ta' azzjoni xierqa li għandha tittieħed.
Leg 9 PQ #7892 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni fiżika

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7325?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema tal-P.E., fl-iskejjel ta' l-Istat huwa 102. Dawn jgħallmu l-PE bħala suġġett prinċipali tagħhom. (Minbarra dawn hemm tlettax (13)-il għalliem ieħor li għandhom biss ftit lezzjonijiet tal-PE fil-ġimgħa - bejn 2 u 8). Ħamsa u erbgħin (45) mill-għalliema li jgħallmu PE bħala suġġett prinċipali tagħhom huma nisa. L-għalliema li għandhom PE bħala suġġett ewlieni tagħhom huma imqassmin hekk : Skejjel Primarji 20 (peripatetiċi) Skejjel Sekondarji 37 Junior Lyceums 22 Skejjel tas-Snajja 6 Skejjel Speċjali 2 Higher Secondary & Upper Lyceum 7 Skola taż l-Agrikultura u Skola tal-Bini 1 Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums 7 (Gozo) Ħamsa u għoxrin (25) għalliem tal-PE jieħdu ħsieb iktar minn skola waħda. Dawn ma jingħatawx allowance speċjali.
Leg 9 PQ #7893 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7328?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hi policy tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, regolata permezz ta' Avviż Legali Nru 135/93, li llum il-Kunsill Skolastiku li jiddeċiedi jekk jilqax it-talbiet li rrefera għalihom fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 9 PQ #7902 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biennale ta' Venezia — Sehem ta' artisti Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' artisti Maltin li se jieħdu sehem fil-Biennale ta' Venezia li fetħet nhar it-13.6.99?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta esawrjenti li ġa` tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7814.