Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4178 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu?
Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar kemm intefqu flus taħt Item 4178 xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni rilevanti għax-xhur ta' Jannar u Frar 1999 ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6057 u 6788 f'Seduti 84 u 93 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu r-rapport li kellu jitħejja dwar il-Public Broadcasting Services u li kellu jkun ippubblikat sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport fuq il-PBS kellu jiġi ppreżentat lili (u mhux ippublikat) sal-31 ta' Marzu 1999.
Minħabba n-numru kbir ta' nies talbu laqgħat fuq dan is-suġġett mal-grupp mis-CCT ta' l-Universita` li qiegħed jagħmel l-istħarriġ, ma kienx possibbli li r-rapport jitħejja fil-ħin. Għaldaqstant, kif ukoll minħabba stennija għal riżultati ta' riċerka rilevanti u impenji oħra, iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni talab estensjoni taż-żmien sal-31 ta' Lulju 1999 għas-sottomissjoni tar-rapport, liema talba jiena lqajt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li kellhom inċidenti ta' korriment matul din is-sena skolastika fl-iskejjel governattivi?
X'investigazzjonijiet saru sabiex isir xi titjieb fl-iskejjel partikolari li seta' kkawża dawn l-inċidenti?
Jekk huwa l-każ, x'xogħol qiegħed issir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Post Sekondarji li jaqgħu taħt id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti, kien hemm inċident wieħed ta' korriment, matul din is-sena skolastika, u li dan ma kienx riżultat ta' xi traskuraġni jew periklu eżistenti.
Informat ukoll li fl-iskejjel Speċjali kien hemm erba' każi ta' inċidenti ta' korriment f'din is-sena skolastika. Dawn kienu mqassmin hekk:
1. Inċident wieħed fl-iskola San Miguel Febres Cordero ta' St. Andrew's
2. Inċident wieħed fl-ESN, Special Unit tas-Sannat Għawdex 1
3. Żewġ inċidenti fl-iskola Mater Dei tal-Imsida
Informat u koll li għalkemm dawn l-inċidenti ma' kienux ta' natura gravi, xorta saru l-investigazzjonijiet u ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex inċidenti simili ma jirrepetux ruħhom.
L-informazzjoni rigward skejjel Primarji u Sekondarji għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel ħadu sehem fil-programm tal-wirt storiku flimkien mal-Fondazzjoni OTS? Kull skola kemm ingħatat flus għal dan il-programm? F'kull skola kemm kien hemm studenti nvoluti f'dan il-programm? Minn min kienet komposta l-ġurija li għażlet il-proġetti rebbieħa? Liema kriterji ntużaw biex ikejlu s-suċċess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel li ħadu sehem fil-programm tal-wirt storiku kienu:
Bishop's Conservatory, Victoria - Gozo
Patri Wistin Born, Kalkara
Antonio Sciortino, Żebbuġ
Annibale Preca, Lija
De La Salle College, Cottonera
Dun Karm Sant Primary 'B'
Paola Primary 'B'
Adelaide Cini, Ħamrun
Lorenzo Gafa' Secondary
Agius de Soldanis, Victoria - Gozo
St Augustine's College, Pieta`
Guże` Galea Secondary, Qormi
San Anton School, Żebbiegħ
Lily of the Valley, Mosta
St Edward's College, Birgu
V Borġ Brared Boys', B'Kara
Qrendi Special School
St Anne Primary, M'Scala
St Roque Primary, Vittoriosa
F'dan il-programm ħadu sehem 824 tifel u tifla minn 43 klassijiet. Il-ġurija kienet komposta mis-Sinjura Linda Eneix u s-Sur William Cumming li qalu li peress li l-istandard tax-xogħol esibit kien għoli riedu jippremjaw kull klassi biex b'hekk jinkoraġġixxu lit-tfal. Għalhekk kull klassi li ħadet sehem ġiet mogħtija Lm30.
Min ħareġ iċ-ċirkolari biex jgħarraf lill-iskejjel biex iżuru l-kwadru ta' qtugħ ir-ras tal-Caravaggio fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann? Kemm skejjel żaru dan il-kwadru wara din iċ-ċirkolari? Liema skejjel għamlu dan? Għaliex saru telefonati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lill-kapijiet ta' l-iskejjel biex jinjoraw dik iċ-ċirkolari?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-ċirkulari biex l-iskejjel iżur l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann ħarġet mid-Dipartiment, Ppjanar u Żvilupp. Kien hemm 31 skejjel li wrew ix-xewqa li jibgħatu l-istudenti għal din il-wirja.
Matul dan is-sajf se ssir l-inizjattiva Wens fis-Sajf għall-istudenti b'diżabilita'? Jekk se ssir, meta bdiet il-ħidma meħtieġa biex ikun hemm it-tħejjija kollha serja biex l-inizjattiva tirnexxi? Jekk l-inizjattiva msemmija mhux se ssir, x'inhuma r-raġunijiet ta' dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, l-inizjattiva Wens fis-Sajf ser issir. Informat li l-istudenti ta' bejn it-8 u l-11-il sena li jattendu skejjel speċjali se jingħataw l-opportunita` sabiex fejn hu possibbli jattendu Skola Sajf bħal tfal oħra tal-istess eta`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ dwar il-problema dejjem tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
I l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jista'biss iħeġġeġ edukazzjoni aktar inklussiva u taħriġ. Eżempju ċar ta' dan huma l-korsijiet ta' taħriġ li l-KNZ qed jorganizza flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu?
Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru dwar kemm intefqu flus taħt Item 4185 xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999 ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni relevanti għax-xhur ta' Jannar u Frar 1999 ingħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6053 u 6794 f'Seduti 84 u 94 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 mill-Vot Kapitali Nru. 13 u fiex intnefqu?
Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġuju 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-unika ħlas li sar s'issa mill-Vot Kapitali Numru 13 huwa ta' Lm50,000 għall-manutenzjoni tat-tinda ta' l-iStadium Nazzjonali Ta' Qali. Dan il-ħlas sar f'Marzu 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 u fiex intnefqu?
Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar minn Marzu 1999 sa Ġunju 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-unika somma li ntefqet minn Item 4349 kienet dik ta' Lm311.50 f'subsistence allowance lil Dr Joseph Mifsud għal żjara uffiċjali f'Bonn fejn attenda għas-'Socrates Erasmus Annual Conference 1999'.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment rigward l-iskola sekondarja (subien) li hemm biswit il-Power Station, liema studenti u għalliema qed isofru fis-saħħa tagħhom, speċjalment mard respiratorju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jagħmel rappreżentazzjonjiet dwar dħaħen mill-Power Station ma' l-awtoritajiet konċernati, permezz tal-Uffiċjal Edukattiv inkarigat mis-Saħħa u s-Sigurta`.
Informat ukoll li ttieħdu passi immedjatament mill-Enemalta biex inaqsu l-inkonvenjent. Madankollu l-problema tista` tkun solvuta b'mod permanenti b'miżuri teknoloġiċi li qed jiġu konsidrati.
Jista' l-Ministru, jekk huwa possibbli, jgħid kemm nies żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Huwa possibbli li jingħad f'liema perjodu tas-sena jżuruh l-aktar in-nies?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat ż- żewġ perjodi fis-sena fejn l-aktar iżuru nies Ħaġar Qim huma bejn Marzu u Mejju, u bejn Awissu u Ottubru. In-numru ta' nies li żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin hi kif ġej:
1990 45,118
1991 30,960
1992 32,999
1993 83,498
1994 103,999
1995 101,519
1996 95,583
1997 113,451
1998 132,223
1999 (Jannar-Marzu) 28,672
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom liċenzja biex joperaw bħala ċentri jew istituzzjonijiet ta' tagħlim (apparti skejjel tal-knisja) u f'isem min huma reġistrati? Kemm hawn minn dawn imsemmija li għadhom jistennew il-liċenzja? Min huma? Meta applikaw? Għal liema raġuni l-applikazzjoni ta' dawn għadha pendenti? Jista' xi ħadd mill-applikanti jopera waqt li qiegħed jistenna l-liċenzja? Jekk fin-negattiv, x'passi ttieħdu jew se jittieħdu jekk dawn joperaw bla liċenzja?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Perit Claude Busuttil
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-Perit Claude Busuttil fi ħdan il-Ministeru tiegħu kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' xogħol li dan għandu ma' l-istess Ministeru?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Perit Claude Busuttil, li jispeċjalizza fir-restawr, intalab minn dan il-Ministeru biex jikkontribwixxi fix-xogħol tat-twaqqif taċ-Ċentru Malti għar-Restawr u l-istudji li ser joffri. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar nemunerazzjoni xierqa għas-servizzi tiegħu.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Operations Manager (Maintenance)
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' operations manager (maintenance) fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' kelli l-oportunita` inwieġeb għal mistoqsija oħra, ġejt mogħti l-parir li qabel isiru ħatriet fis-settur li għandu x'jaqsam ma' proġetti kapitali u ta' maintenance, l-ewwel għandu jiġi deċiż kif ser tkun organizzata din it-taqsima. Sadanitant il-PSC ser tiġi konsultata fuq il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid xi grad għandha l-impjegata tas-segretarjat privat tiegħu, li isimha qed jintbagħat separatament, kif ukoll jgħid x'salarju u x'benefiċċji oħra għandha? Jista' jagħti wkoll l-isem tal-lokalita' li fih toqgħod u li jidher fuq id-dokument tal-Karta ta' l-Identita' tagħha? Jista' l-Ministru jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae tagħha u x'wassal biex tintgħażel bħala segretarja tal-bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Malti għar-Restawr?
Response (GALEA, LOUIS)
L-impjegata imsemmija ma tifformax parti mis-segretarjat privat. Hija taħdem fit-taqsima tal-proġetti fi ħdan il-Ministeru, fi grad, b'salarju u b'kondizzjonijiet normali ta' Clerk mal-Gvern mingħajr benefiċċji oħra. Ir-residenza tagħha hija, kif reġistrata fil-Karta ta' l-Identita`, f'Għajnsielem, Għawdex, iżda bħal Għawdxin oħra li jaħdmu f'Malta tagħmel użu minn residenza oħra f'Malta. M'hix il-prattika tal-Gvern li jinżamm curriculum vitae ta' l-impjegati tiegħu. Informat li hija intgħażlet bħala segretarja tal-bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Malti għar-Restawr fuq kriterju ta' kompetenzi u esperjenzi li tipposjedi u l-ħeġġa li taddotta fix-xogħol li soltu jiġi fdat lilha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru (li jinkludi wkoll l-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti) u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, kien kif ġej:
Nefqa
Set.'98-Ġun.'99
Ministeru Lm1,936.01
Segretarju Parlamentari Lm2,784.75
Diretturi ta' l-Edukazzjoni Lm1,709.99
Direttur ta' l-Eżamijiet Lm 244.00
Direttur tal-Libreriji u Arkivji Xejn
Direttur tal-Mużewijiet Xejn
Direttur tal-Kultura Lm 227.45
Dipartiment Żgħażagħ u Sport Lm 284.50
Fondazzjoni għall-Istudji Xejn
Internazzjonali
Kunsill Malti għax-Xjenza Xejn
u t-Teknoloġija
P.B.S. Lm 425.50
Dar il-Mediterran Xejn
Universita` ta' Malta Xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali li huma ntegrati fi skejjel mainstream u se jattendu skolasajf? X'arranġamenti qed isiru biex dawn it-tfal ikollhom esperjenza sodisfaċenti fi skolasajf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li applikaw biex jattendu Skola Sajf hu ħamsa u erbgħin (45). Minkejja li d-data għall-għeluq ta' l-applikazzjonijiet skadiet, xorta għadhom qed jiġu aċċettati talbiet minn studenti f'din il-kategorija.
Dawn it-tfal jiġu akkumpanjati minn facilitator biex jgħinhom jieħdu sehem fl-attivitajiet li jiġu organizzati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm skejjel tal-gvern li ġew informati bi skolasajf u ntbagħtulhom id-dokumenti rilevanti wara skejjel privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhix il-proċedura li jintbagħtu d-dokumenti in kwistjoni lill-iskejjel, iżda li dawn jinġabru mid-Dipartimet tal-Ippjanar u Żvilupp. Id-dokumenti kienu disponibbli biex jinġabru fl-istess ġranet għall-iskejjel kollha. Informat li xi skejjel tal-Gvern setgħu ġabruhom wara xi skejjel privati.