B'referenza għall urġenza tat-talba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, id-dipartiment jara li din il-persuna tersaq għall-bord mediku mmedjatament ħalli ma jkun hemmx dewmien sabiex tirċievi l-pensjoni ta' l-invalidita'? Jekk fl-affermattiv meta?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm day centres għall-anzjani? X'inhu n-numru ta' anzjani residenti f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? X'inhu n-numru ta' anzjani reġistrati ma' kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani f'dawn il-lokalitajiet? Kemm hu n-numru massimu ta' anzjani li jistgħu jattendu f'jum wieħed f'kull wieħed minn dawn id-day centres għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif jindika l-isem, dawn id-
Day Centres
mhumiex centri residenzjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-ministeru għall-politika soċjali ffirma ma' kunsilli lokali/entitajiet privati u oħrajn għat-twaqqif u t-tmexxija ta' day centres għall-anzjani li għandna fid-diversi lokalitajiet?
B'liema mod il-ministeru jiżgura tmexxija tajba f'dawn id-day centres għall-anzjani? Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mill-amministrazzjoni ta' kull day centre għall-anzjani jsirx rapport annwali u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti annwali għas-snin 2000, 2001 u 2002?
Jista' jgħid jekk jikkonsidrawx li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali dwar it-tmexxija, attivitajiet u finanzi dwar kull day centre għall-anzjani fil-gżejjer Maltin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet huma pproġettati li jiftħu day centres għall-anzjani ġodda din is-sena u hemmx lok li jinfetħu diskussjonijiet ma' dawk interessati għall-ftuħ ta' day centres f'lokalitajiet oħra li m'għandhomx day centres iżda huma nteressati li jagħmlu dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din is-sena mistenni jinfetah
Day Centre
gdid f’Santa Venera. Il-Gvern hu dejjem lest li jiddiskuti mal-Kunsilli Lokali nteressati li jifthu Centri bhal dawn fil-lokalita’ taghhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-faċilitajiet li jingħataw lil min ibati minn inkontinenza u mil-liema lokalita' huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti ghas-servizz ta' inkontinenza hu ta' 7. Tnejn huma mill-lokalita' ta' Marsaskala u talba minn kull wahda minn dawn il-lokalitajiet:
Tarxien
Safi
Qormi
Balzan
Sta Lucia
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa d-djar ta' l-anzjani u x'inhuwa l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt u x'inhuwa xogħolhom u kemm jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninsa infurmat li fid-Djar ta' l-Anzjani m'hemmx haddiema impjegati fuq kuntratt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'qal il-housing inspector? X'qalet fir-rapport tagħha s-social worker? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant qed tigi kkunsidrata flimkien ma ohrajn simili.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond nru. 29, Flat 7, St. Michael Str, Bormla huwiex rekwiżizzjonat? Meta ġie rekwiżizzjonat? Lil min ġie rekwiżizzjonat u llum min hu l-inkwilin li lilu ġie allokat dan il-fond u meta ġie allokat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant gie rekwizizzjonat fl-1988 u r-rekwi¿izzjoni ghadha valida.
L-ahhar inkwilin li gie allokat dan il-post mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali miet fl-1999. Wara dan, is-sid accetta l-kera minghand persuna ohra li kella applikazzjoni ma’ l-istess dipartiment. Ma jidhirlix li ghandi nippubblika d-dettalji personali la ta’ l-inkwilin pre¿enti u lanqas tas-sid.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi rikonoxxuta bħala inkwilina l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn il-kera tinqaleb minn fuq missierha għal fuq isimha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex persuna tigi rikonoxxuta f’post tal-gvern ikun jehtieg li jsiru l-investigazzjonijiet kollha mehtiega sabiex ikun assigurat li l-persuna li qed titlob rikonoxximent kienet verament tghix f’dan il-post.
Meta l-investigazzjonijiet ikunu konklu¿i, d-dipartiment ikun f’po¿izzjoni jiddeciedi jekk jilqax it-talba ghar-rikonoxximent jew le.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta membru parlamentari jitqies li spiċċa mill-kariga tiegħu, meta jissejjaħ ir-writ ta' l-elezzjoni jew meta jiġi elett membru parlamentari ieħor minfloku f'elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
I¿-zamma tal-kariga ta’ Membru Parlamentari hi regolata bl-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita — Talbiet - electric wheelchair
Question
Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti qabel it-talba li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal electric wheelchair li hemm quddiem il-kummissjoni nazzjonali persuni b' diżabilita' - servizz għajnuniet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna, li ghaliha hemm riferenza f’din il-Mistoqsija, qieghda fis-27 post tal-lista ta’ persuni li qeghdin fil-waiting list tas-Servizz Ghajnuniet Specjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' jistennew biex jidħlu f'xi home għall dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi ghad-Djar Residenzjali ghal Persuni b’Di¿abilita’ mmexxija mill-Agenzija Sapport, ninsab infurmat li hemm 21 persuna b’dizabilita’ li t-talba taghhom biex jidhlu f’xi wahda minn dawn id-Djar ghadha pendenti. Ninsab infurmat ukoll li 15 minn dawn it-talbiet ghad iridu jigu riferuti lis-Service Allocation Committee mahtur apposta biex jikkunsidra talbiet bhal dawn.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent De Paule li pazjenti fihom talbu għal air conditioner?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li m’hemm ebda talba pendenti minn pazjenti ghal installar ta’ air conditioning fis-swali fir-Residenza San Vincenz. Ta min jghid li kull refurbishment fis-swali li sar jew li hemm mahsub li jsir f’din ir-Residenza minn dan il-Gvern dejjem jinkludi l-installar tas-sistema ta’ air conditioning.
Wied il-Għajn — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil min hu mikri l-fond nru. 56/2, Triq Sant'Anna, Floriana? Meta ġie mikri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nhossx li nformazzjoni ta’ din in-natura ghandha tigi ppubblikata. Nista’ nghid biss li l-appartament ikkoncernat qieghed taht investigazzjoni minn naha tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li l-applikanta tiġi allokata fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien ma’ applikazzjonijiet ohrajn pendenti li ghandu quddiemu d-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħtini kopja tar-rapport magħmul mill-housing inspector meta dan żar dan il-fond? X'inhi t-tama li l-imsemmija applikanta tiġi allokata fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m’ohrajn simili.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lil persuna kkoncernata lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali biex tara hi stess l-applikazzjoni taghha.