Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reklami awdjo-viżivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26749 u 27079 u jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Imdina — Tindif ta' ġnien

Question

Peress li kemm il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qalu li m'humiex responsabbli mit-tindif tal-ġnien taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jindika min hu l-ministru responsabbli għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Xogħol li għad baqa' jsir

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27071 u jelenka l-lista ta' xogħol li għad baqa' xi jsir biex l-isptar Mater Dei ikun lest mill-bini, equipment, IT, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Nfiq fuq reklamar ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Bordijiet ta' l-Għażla

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 24460 dwar bordijiet ta' l-għażla, jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk fil-każijiet imsemmija kienx hemm membri tal-bord li kienu mdaħħlin f'aktar minn każ wieħed? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn tħallew jerġgħu jifformaw parti minn bordijiet ta' l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li uffiċjal pubbliku kien membru fuq Bordijiet ta’ Għażla differenti minn dawk imsemmija fit-tabella mehmuża mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24460. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet qieset li, l-iżball li kien sar fl-ewwel miż-żewġ Bordijiet ta’ Għażla li fuqu kien hemm il-membru in kwistjoni, ma kienx dovut għal xi nuqqas malizzjuż ta’ xi membru tal-Bord.

Servizz tal-helicopter — Ħlas ta' VAT

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24459 dwar ħlas ta' VAT għas-servizz tal-helicopter, jista' l-Prim Ministru issa jgħtini t-tagħrif mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24459.

Attivitajiet kulturali — VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega x'sar mill-wegħda li saret fl-aħħar budget li attivitajiet kulturali, fosthom tat-teatru, jitneħħa minn fuqhom il-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-provvista ta’ ċertu servizzi kulturali u oġġetti marbuta mill-qrib magħhom hija eżenti jekk din issir minn entitajiet regolati b’liġi jew minn entitajiet kulturali oħrajn rikonoxxuti mill-Istat. Id-Direttiva tal-VAT tistipula li dawn l-entitajiet għandhom ikunu entitajiet amministrati b’mod voluntarju u li joperaw mingħajr skop ta’ profitt. Id-Dipartiment tal-VAT jilqa’ talbiet bil-miktub minn dawn l-entitajiet. Wara li jiġu eżaminati, it-talbiet jitressqu għall-appovazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

B'riżultat tad-deċiżjoni tal-Gvern u bis-saħħa tal-liġi l-ġdida dwar l-amministrazzjoni pubblika għadd ta' ħaddiema bil-kuntratt definit sejrin jinqalbu għall-ħaddiema b'kuntratt indefinit qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss, jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm ser ikun hemm ħaddiema li ser isiru tal-post fis-servizz pubbliku kif wkoll fil-korporazzjonijiet u aġenziji u fondazzjonijiet kollha tal-Gvern kif ukoll f'entitajiet fejn il-gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex ikun magħruf eżatt kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema li ser jinġiebu minn kuntratt definit għal wieħed indefinit.

Kontijiet ta' l-Income Tax

Question

Billi kien hemm diversi sentenzi tal-Qorti li jikkonfermaw li d-dipartiment tat-taxxi interni m'għandux dritt joħroġ kontijiet tal-income tax li huma preskritti minħabba ż-żmien li għadda fuqhom, x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tat-taxxi interni baqa' joħroġ kontijiet simili? L-uffiċjali tad-dipartiment ingħataw struzzjonijiet biex iwaqqfu din il-prattika? Jekk iva, meta u jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rifuzjoni tal-VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala t-talba għar-rifużjoni tal-VAT ta' l-ewwel dar tagħha magħmula mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament, sal-lum għadha ma ġietx proċessata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jirreferi lill-applikant għand id-Dipartiment ikkonċernat.

Karigi fid-dipartimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif diversi kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri ngħataw kariga fi Grad 4, li hi ekwivalenti għal dik ta' kap ta' dipartiment u direttur? Kif wieħed jispjega li fost dawn kien hemm min lanqas huwa fis-servizz ċivili u allura ħadu post a skapitu tan-nies taċ-ċivil? Il-Public Service Commission ħarġet sejħa għal dawn il-karigi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riżultat ta’ policy approvata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, Kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari li huma uffiċjali pubbliċi u li jkunu f’din il-kariga f’livell ta’ responsabbilità paragonabbli ma’ Skala ta’ Salarju 4 għall-perjodu ta’ sitt snin jinħatru fil-grad ta’ ‘Officer in Grade 4’ fuq rakkomandazzjoni ta’ l-istess Kummissjoni skond kif jesiġi l-Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni. Niċċara li din il-policy tapplika biss għall-Kapijiet tas-Segretarjati ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari li huma uffiċjali pubbliċi. Il-kariga ta’ Kap ta’ Segretarjat ta’ Ministru/Segretarji Parlamentari timtela skond il-linji gwidi intitolati ‘Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat’ bid-data tat-12 ta’ Mejju 2003 li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Stock Exchange — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jippreżenta statistika ta' promozzjonijiet fil-Malta Stock Exchange mit-twaqqif tagħha sa llum fejn jelenka kemm persuni ħadu promozzjoni waħda, tnejn, tlieta jew aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Impjegati mas-settur pubbliku

Question

B'referenza għad-diskors pubbliku li l-Prim Ministru għamel nhar il-Ħadd, 8 ta' Lulju, jista' jgħid kemm hemm impjegati fis-settur pubbliku li ilhom bil-kuntratt definit erba' snin jew aktar? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-settur li l-impjegat jew impjegata qegħdin fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966 u 27097 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti finanzjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27050, 26906 u 26698 u 26868 u jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-uniku proġett li għadu eliġibbli għal fondi ta’ l-EU huwa il-Gozo Sewage Treatment Plant u l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet hija it-30 ta’ Settembru 2007.

Ċerimonja ta' l-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27065 u jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa għall-open days fl-isptar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27064 u jgħid kemm kienet in-nefqa u jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż overtime ta' ħaddiema għall-open days li saru f'Mater Dei fit-30 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulju, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.