B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34210 jista' l-Ministru jara li titneħħa d-diskriminazzjoni kontra pazjenti li huma intitolati għall-karta r-roża biss u li ma jistgħux jingħataw mediċini ta' bżonn li jindikawlhom il-konsulenti tagħha u li ma jinsabux fil-formularju tal-isptar? Għaliex dawk intitolati għall-karta s-safra jistgħu jieħdu dawn il-mediċini u tal-karta r-roża ma jistgħux? Din id-differenza hija minaħabba problemi finanzjarji? X'kien il-bżonn ta' DH circular no. 193/99?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 34210, il-firxa ta' mediċini li hemm fil-Formularju tkopri dawk il-mediċini li huma kkunsidrati essenzjali biex titratta firxa ta' mard wiesa' ħafna. Ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni bejn pazjenti intitolati għall-kartuna s-safra u dawk tal-kartuna roża. Li wieħed ikun intitolat għall-kartuna s-safra ma jiddependix ikollux kartuna roża jew le. Dawk il-pazjenti kollha li għandhom il-karta roża u jbatu minn marda mniżżla fl-iskeda 5 dwar Sigurta' Soċjali jkunu ntitolati wkoll għall-kartuna s-safra. Ghaldaqstant, ma nara li hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-pazjenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31627, cioe` id-dewmien ta' appuntament fl-iskeda ta' l-operazzjonijiet li jsiru fl-Isptar San Luqa ġie affetwat bejn Jannar, Frar, Marzu u April meta pparagunat ma' l-istess perijodu għas-snin 1999, 2000 u 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-istatistika kif mitluba mill-Onor Interpellant ma tinżammx u għalhekk huwa mpossibbli li tingħata risposta għal din il-Mistoqsija. Pero` infakkar li għall-ewwel tas-sena kienet għaddejja azzjoni industrijali.
Peress li Sqaq Żawni kantuniera ma' Triq Danny Cremona l-Ħamrun, reġa' ntela' b'injam, ħadid u bulky refuse ieħor li qed ikun sors ta' infezzjonijiet partikolarment għal residenti li joqogħdu tant viċin, tista' tittieħed azzjoni mmedjata fl-interess tas-saħħa pubblika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għalkemm ma jirriżultax li hemm periklu mmedjat għas-Saħħa Pubblika, id-dipartiment ħa l-passi kollha li tagħtih l-liġi. Il-każ qiegħed sub judiċe u s-seduta li jmiss hija għat-30 ta` Lulju 2002.
Peress li kien sar rapport dwar 8 qtates ġo bitħa f'post li d-dettalji tiegħu qed ingħaddi separatament, ta' persuna li ma baqgħetx toqgħod hemm u baqgħu ma ttieħdux passi, jista' l-Ministru jgħid jistax isir mezz li bih dawk li għadhom joqgħodu fl-appartamenti ma jibqgħux f'sitwazzjoni insoportabbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li jirriżulta li l-post għadu mhux battal id-Dipartiment avża lis-sid biex ineħħi l-inkonvinjent.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jonqsu l-postijiet riżervati għall-parkeġġ ta' ħaddiema fid-dipartiment tas-saħħa minħabba diffikultajiet li jsibu residenti fil-viċin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega għal liema parkeġġ u għal liema residenti qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock il-lotion tar-ras Minoxidil 5% solution (jew Rogaine 5%) li jqum mal-Lm14 u li jird jintuża kull xahar minn xi pazjenti? Jaf li minn Awissu tas-sena l-oħra lill-ċerta pazjenta ilhom jgħidulha li out of stock minkejja li hija ntitolata għalih u mniżżel fil-karta s-safra tagħha u ġie approvat? Jaf li f'dan il-każ il-persuna kkonċernata anzjana qed ikollha toħroġ Lm14 kull xahar għal dan il-prodott mill-pensjoni tagħha li tbatija għaliha u għas-sieħeb tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34033 dwar persuni rikoverati minħabba l-alkaħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li pazjenti li jkollhom jiġu rikoverati minħabba l-abbuż ta' l-alkoħol jinżammu kemm ġewwa l-isptarijiet San Luqa u Monte Carmeli, kif ukoll f'Dar Iż-Żernieq, servizz mgħoti mill-Aġenzija Sedqa.
Mill-aspett psikjatriku, dawn il-pazjenti jinżammu jew fix-Short Stay Psychiatric Unit ta' l-iSptar San Luqa jew inkella fl-Admission wards-Sala Nru. 1 Rġiel jew Sala Nru. 1 Nisa fl-iSptar Monte Carmeli. Normalment, jiġu nvoluti wkoll is-servizzi ta' Sedqa sabiex wara l-fażi akuta tal-kura psikjatrika, l-pazjent jittieħed għal rijabilitazzjoni. Fejn dan ma jkunx jista jseħħ, u l-pazjent idum aktar minn sitt xhur ġewwa l-isptar, dan normalment jiġi trasferit f'waħda mis-swali kroniċi.
L-istatistika tal-isptarijiet tiġi analizzata sena b'sena. Fis-sena 2001, 145 pazjent (109 irġiel u 36 nisa) ġew rikoverati fl-iSptar Monte Carmeli u fix-Short Stay Psychiatric Unit ta' l-iSptar San Luqa.
L-aktar persuna li nżammet fl-iSptar Monte Carmeli damet rikoverata sitt xhur u nofs. L-iżgħar persuna li ġiet rikoverata kellha 17-il sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34034? Ninfurmah li l-''għajnuna minħabba l-abbuż ta' alkaħol'' tfisser għajnuna medika u persuni li jiġu rikoverati minħabba dan l-abbuż.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-maġġoranza ta' persuni b'abbuż ta' l-alkoħol jiġu mgħejuna permezz ta' servizzi offruti mill-Aġenzija Sedqa. Fejn ikun hemm ukoll problemi psikjatriċi oħra, dawn jiġu riferuti wkoll lid-dipartiment tal-Psychiatric Outpatients u lix-Short Stay Psychiatric Unit fl-iSptar San Luqa, kif ukoll fl-iSptar Monte Carmeli.
L-istatistika ta' l-isptarijiet tiġi analizzata sena b'sena. Id-dipartiment tal-Psychiatric Outpatients iżomm biss statistika fuq numru ta' attendenzi u mhux ta' kemm pazjenti kellhom problema ta' abbuż ta' l-alkoħol. Matul is-sena 2001fix-Short Stay Psychiatric Unit kien hemm 35 admissions, filwaqt li fl-iSptar Monte Cameli kien hemm 110 admissions.
Fix-Short Stay Psychiatric Unit 18-il pazjent kienu talbu l-għajnuna qabel. Din l-istatistika ma tinżammx mid-dipartiment tal-Psychiatric Outpatients. Fl-iSptar Monte Carmeli 83 pazjent kienu talbu l-għajnuna qabel.
L-aktar persuna anzjana li ġiet rikoverata kellha 72 sena u l-iżgħar waħda kellha 17-il sena.
L-iSptar Monte Carmeli joffri diversi attivitajiet sportivi, iżda ma jinżammux records dwar kemm minn dawn il-pazjenti jagħmlu xi attivita' sportiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa llum fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa sar Environmental Impact Assessment wieħed. Dan sar mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), relatat mal-proġett ta' l-iSptar Mater Dei f'Tal-Qroqq, skond termini mitluba mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Dan ir-rapport sar mid-ditta Lino Bianco & Associates u ġie jiswa Lm11,351 eskluż il-VAT.
Issa li għaddew numru ta' xhur mill-aħħar viżta tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fl-out patient St. Lukes, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibagħtu għall-anzjana indikata sabiex issirilha l-operazzjoni tant bżonnjuża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?
X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa?
X'passi ittieħdu?
Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' serqiet irrapurtati bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena (2002) kien ta' sitta (6).
L-oġġetti misruqa, kif ukoll il-valur rispettiv tagħhom, huma kif indikati fit-tabella ta' hawn taħt.
Il-passi ittieħdu f'kull każ huwa kif indikat fl-istess tabella.
Matul is-sena li għaddiet (2001) ġew irrapurtati tlieta u għoxrin (23) każ ta' serq.
Oġ
ġ
etti
Valur
(LM)
Passi li ttieħ
du
Mobile Phone
40
Sar rapport lill-Pulizija
Mobile Phone
100
Sar rapport lill-Pulizija
3 Car Stereos
500
Sar rapport lill-Pulizija
Vacuum Cleaner
118
Sar rapport lill-Pulizija
'Hilti' nailer Gun
400
Xejn
'Hilti" nailer Gun
400
Xejn
Total
1,558
Jista' l-Ministru jara l-possibilita' li l-każ tal-persuna li tagħrif dwarha qed jintbgħat separatament jitmexxa l-quddiem minħabba l-urġenza tal-bżonn ta' l-operazzjoni u minħabba li l-persuna konċernata għandha problema kbira?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni ta' dawk il-pazjenti bil-kartuna r-roża li japplikaw għall-mediċini mhux tal-formularju u li ma jkunux intitolati għall-karta s-safra? Jista' jgħidilna kif dawn se jkunu jistgħu jieħdu dawn il-mediċini ta' bżonn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pazjenti kollha li għandhom xi marda kronika mill-Lista tal-Ħames Skeda huma ntitolati għal mediċini b'xejn skond ma huwa speċifikat mid-Dipartiment tas-Saħħa għat-trattament ta` dan il-mard kroniku, inkluż il-mediċini li jeħtieġu approvazzjoni speċjali (dawk li jissejħu non-formulary drugs. Barraminhekk, il-pazjenti li għandhom kartuna roża huma ntitolati wkoll għal mediċini oħrajn mill-Formularju tad-Dipartiment tas-Saħħa. Waqt il-manutenzjoni u r-reviżjoni tal-Formularju jiġi kkunsidrat li l-Formularju jkopri l-mediċini li huma meqjusa essenzjali jew ta` bżonn skond il-policies nazzjonali u rakkomandazzjonijiet oħra, partikolarment dawk ta` l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (fosthom WHO Essential Drug List).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tilwima industrijali li teżisti bejn il-gvern u l-UHM rigward ix-xufiera ta' l-ambulanzi għadha ma' ġietx riżolta wara xahrejn sħaħ? B'riżultat li bis-saħħa ta' din it-tilwima qed ikun hemm ħafna tbatija fuq il-pazjenti infushom, l-istaff tal-casualty, u argumenti bejn ix-xufiera stand-by u x-xufiera tal-ambulanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li t-tilwima hija mal-Management & Personnel Office nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34060, jista' jgħid x'tagħmir hemm fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Boffa, fl-Isptar Zammit Clapp u fl-Isptar Mount Carmel li hu stmat li jiswa aktar minn Lm100,000? Liema huwa u f'liema sena ġie stallat, każ b'każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Mixtri
Installat
Sptar San Luqa
Bi-Plane Angiography Unit
1986
1986
Videoendoscopy Unit
1997
1998
Cardiac Catheterization System
1997
2000
Ma` dawn hemm tagħmir mediku li jiswa` 'l fuq minn LM100,000 u li ma ġiex mixtri, iżda kienu jew donazzjoni (CT Scan fl-1983) jew leased (MRI fl-1999).
Mixtri
Installat
Sptar Sir Paul Boffa
Treatment Planning Simulator
1998
1999
Cobalt Unit (Head)
1993
1993
Linear Accelerator
1993
1994
Fl-iSptar Zammit Clapp u Sptar Monte Carmeli ma hemmx tagħmir mediku li jiswa` 'l fuq minn LM100,000.
B'referenza għall-urġenza tal-każ li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jara li din il-persuna tingħata l-għajnuna meħtieġa?
Jekk fl-affermattiv?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-apparat imsejjaħ laparascope fl-isptar San Luqa mhux armat għall-laparascopic surgery għall-endometriosis? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni preżenti fejn pazjenti li għandhom bżonn laparascopic surgery għall-endometriosis iridu jieħdu l-kura fl-isptar St. Philip's fejn jinsab l-uniku apparat armat li hawn, bi spiża ta' mijiet ta' liri propju għaliex l-intervent ma jistax isir fl-isptar San Luqa ħlief biex isir laparatomy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Ginekoloġija fl-Isptar San Luqa jagħti l-ogħla prijorita` għall-iżvilupp ta` "minimal access surgery" fi ħdanu. Għal dan il-għan, qegħdin jittieħdu passi, fosthom:
a. infetaħ laparoscopy theatre.
b. speċjalista ta` esperjenza f'din it-tip ta` kirurġija li jaħdem fid-dipartiment tal-ginekoloġija rritorna minn taħriġ f'Nottingham.
ċ. inżamm seminar/video-conference f'Ottubru 2001 fejn minbarra lectures saru wkoll xi interventi minn speċjalisti barranin/maltin li ġew trasmessi mill-laparoscopy theatre lejn udjenza ta` ginekoloġi fil-Medical School.
d. tlestiet lista ta` apparat ieħor li jkun neċessarju, u mistennija toħroġ sejħa għall-offerti meħtieġa fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors tal-midwives fis-sena skolastika li ġejja hux ser jiftaħ jew le? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-organizzazzjoni tal-kors tal-Midwives taqa' taħt l-Institute of Health ta' l-Universita' ta' Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn jinżammu dawk in-nies li jkollhom jiġu rikoverati minħabba l-abbuż ta' l-alcohol? Kemm ġew rikoverati f'din l-aħħar sena? Kemm żmien inżamm l-aktar wieħed? Kemm għandha żmien l-iżgħar persuna li ġiet rikoverata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.