Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28022 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — Investimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema data ġew jew ser jiġu fis-seħħ l-arranġamenti bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni Malti u Ingliż dwar bdil ta' informazzjoni dwar min ikollu investimenti fil-pajjiżi rispettivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jeżisti ftehim bejn Malta u r-Renju Unit għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income u qligħ kapitali. Permezz ta' dan il-ftehim l-awtoritajiet kompetenti ta' Malta u r-Renju Unit jistgħu jibdlu dik l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi evitata l-evażjoni fiskali u għalhekk huwa possibbli li jkun hemm bdil ta' nformazzjoni dwar min ikollu nvestimenti fil-pajjiżi rispettivi. Li forsi qed jirreferi għaliħ l-Onorevoli Interpellant hu li l-banek se jiġu mġegħla jgħatu l-informazzjoni. Kif għidt fil-pubbliku dan hu suġġett ta' diskussjonijiet li qed isiru fuq bażi nternazzjonali.
Leg 9 PQ #28087 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jiġi pprivatizzat il-lottu Pubbliku, hux ser ikollhom faċilita jorganizzaw logħob ieħor bħal Pools tal-Football, tlielaq ta' żwiemel u karozzi? Jekk fl-affermattivi, jista' jgħid jekk l-għaqdiet sportivi lokali hux ser ikollhom xi gwardjan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Adjudicating Committee mwaqqaf għal dan l-eżerċizju qiegħed jeżamina il-proposti u għalhekk ma jkunx propizju li wieħed jitkellem dwar il-kontenut tal-proposti f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #28171 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pulizija — Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara li nqabad contanier mid-dwana Maltija fil-31 ta' Jannar li għadda? Kienu infurmati l-pulizija? Intalbet il-Pulizija biex tipproċedi kontra xi persuna u jekk le, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta nqabad il-container fil-31 ta' Jannar 2001 il-Pulizija kienu nfurmati u kienu wkoll preżenti meta l-għada nfetaħ. Xi żmien wara nħarġet 'Seizure Note' fuq is-sigaretti kontra l-kumpanija importatriċi skond il-provvedimenti ta' l-Ordinanza tad-Dwana billi l-oġġetti kienu deskritti ħazin fuq il-manifest. B'konseguenza ta' dan ingħataw bidu għal-proċeduri civili fil-Qorti kontra d-Dwana. Sadanittant komplew l-investigazzjonijiet dwar il-każ u saru wkoll xi diskussjonijiet ma' l-Avukat tar-Repubblika. Ninsab infurmat illi r-rapport tal-Pulizija iss ġie finalizzat u mgħoddi lid-Dwana u għalhekk issa trid tittieħed deċiżjoni jekk fuq l-informazzjoni u dokumenti disponibbli hemmx bażi li fuqha wieħed jista' jipproċedi kriminalment kontra xi ħadd.
Leg 9 PQ #28185 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sussidji lill-kumpaniji parastatali tal-Gvern s'issa f'din is-sena finanzjarja? Tista' tagħti breakdown ta' dan kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ta' l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fil-mistoqsija parlamentari nru. 28093 f'seduta 602.
Leg 9 PQ #28187 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jara li il-Bank Ċentrali jiġi notifikat mit-teżor biċ-ċaqlieq li jkun hemm fit-Treasury Clearance Fund? Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-użu li sar mit-treasury clearance fund mill-bidu tas-sena finanzjarja s'issa bl-isem tal-ażjendi parastatali li lilhom ġew avvanzati fondi? Hemm xi uħud minn dawn il-fond li il-Gvern jikkunsidra li ser jkun diffiċli biex jiġu rikoverati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapporti ta' l-Awditur jiġu ppublikati min żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #28189 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Capital Expenditure

Question

Jista' l-Ministru jagħtu breakdown dettaljat tal-capital expenditure li ġiet minfuq din is-sena s'issa? Jikkonferma li fost dawn l-ammonti kien hemm items li ma kienux ta' natura purament kapitali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji li fuqhom jimxi l-Ministeru tal-Finanzi huma l-istess bħas-snin l-imgħoddija.
Leg 9 PQ #28055 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikkonsidra li tagħti r-refund lill-persuna li l-ID card no tagħha qed jingħataw under seperate cover?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #28084 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' ser jiġri meta ser ikun ipprivattizat il-Lottu Pubbliku, minn dawk il-Banek tal-Lottu hekk imsejjaħ tal-Każini tal-Baned? Jista' il-Ministru jiggarantixxi li d-dħul li jgawdu l-Baned minn dawn il-Banek tal-Lottu jibqgħu jieħduh anke meta l-Lottu jingħat lill-Privat?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 26500 f'seduta 555.
Leg 9 PQ #28092 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27988?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 27988 f'seduta 596.
Leg 9 PQ #28186 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

ITC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpaniji (ITC) bejn il-perjodu l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn il-perjodu 1 ta' Jannar sa 1 ta' Settembru 2001 ġew reġistrati 282 kumpanniji (ITC). Dawn ġew reġistrati hekk : Jannar 31 Frar 35 Marzu 29 April 33 Mejju 39 Ġunju 47 Lulju 40 Awissu 28
Leg 9 PQ #28014 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Inland Revenue Dept.

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li uffiċjali tat-Tax Compliance Unit qed jingħataw aċċess għall-files tal-Inland Revenue Dept, mingħajr l-awtorizazzjoni meħtieġa, sempliċiment billi jirriproduċu kopja tal-ittra uffiċjali li tkun inħarġet mit-TCU lit-tax payer/s li jkunu qed jiġu investigati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-files li għalihom qed jingħata aċċess mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal uffiċċjali tat-Tax Compliance Unit huma biss dawk il-files fejn tkun qed issir investigazzjoni bl-awtorita' tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Leg 9 PQ #27958 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tax payers li għad għandhom kontijiet pendenti x'jirċievu ta' qabel is-sena 1997? Kemm minnhom huma ta' ħaddiema bil-paga, pensjonanti, self-employed u kumpaniji? Kemm intbgħatu minn dawn il-kontijiet f'dawn l-aħħar jiem? X'inhu it-total li qed jittarġetja li jiġbor id-dipartiment minn dawn il-kontijiet ta' qabel l-1997? Kemm hemm minn dawn il-kontijiet tal-1997 u/jew qabel li huma ikkontestati? Ir-Repayment programme ta' dawn il-bilanci invarja u jekk iva kif u fuq liema kriterji u skond liema skala ta' ħlas lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ taxpayers li għad baqagħlhom kontijiet x’jirċievu rigward snin qabel is-sena 1997, jiġifieri sas-sena bażi 1996 huwa 60,557. Dawn huma maqsumin hekk: Ħaddiema bil-paga 42,211 Pensjonanti 4,727 Self-employed 7,172 Kumpaniji 6,447 Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel tliet figuri qatt ma jistgħu jkunu eżatti minħabba li f’każ ta’ koppja miżżewġa jista’ jkollok konjuġi li jkunu f’kategoriji differenti (per eżempju r-raġel impjegat u l-mara bil-business) jew inkella jagħmlu xi żmien f’kategorija umbagħad jaqilbu għal kategorija oħra (per eżempju l-ewwel ikunu ħaddiema umbagħad isiru pensjonanti jew jibdew jaħdmu għal rashom). Rigward is-snin imsemmija, matul ix-xahar ta’ Awissu ntbagħtu 1,661 assessments sa sena bażi 1996. It-total ta’ taxxa mistenni minn dawn il-kontijiet huwa Lm412,114. Mhux possibbli li wieħed jgħid kemm minn dawn il-kontijiet huma kkontestati minħabba li (1) dawk li ssemmew fl-ewwel parti tal-mistoqsija għadhom ma ħarġux u (2) dawk li jirreferu għall-kontijiet li ħarġu f’dawn l-aħħar jiem għadu ma għalqilhomx iż-żmien li fih jistgħu jikkontestaw il-kont. Fil-ġranet li għaddew, taxpayers li għandhom bilanc ta’ aktar minn Lm50 sas-sena bażi 1997 (sena ta’ stima 1998) u li fuqu għadhom ma għamlux ftehim mad-dipartiment dwar kif jitħallas il-bilanċ u lanqas għandhom xi oġġezzjoni kontra xi kont għal xi sena sas-sena bazi 1997, qed tintbagħtilhom ittra. Fejn l-ammont huwa zgħir il-persuna qed tintalab tħallas fi żmien 15-il ġurnata. F’każi oħra qed jingħataw minn 6 xhur sa sena żmien biex jitħallas il-bilanċ.
Leg 9 PQ #27972 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-investigazzjonijiet li qed isiru mit-Tax Compliance Unit bdewx jiġu applikti benchmarks ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet li qed isiru bħal issa mit-Tax Compliance Unit ma ġewx applikati l-benchmarks stabbiliti mit-TCU iżda risk assessements li normalment jiġu applikati mid-Dipartimenti konċernati.
Leg 9 PQ #27973 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li bħallissa hawn konsulent tal-UE li qed jopera f'diversi dipartimenti tal-Gvern dwar it-taxxa? X'inhu il-brief tiegħu? Għall-liema terminu ta' żmien ġie ingaġġat? Min qed iħallas għall-din il-konsulenza teknika?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konsulenti li hawn bħalissa u li qed joperaw fid-dipartimenti tad-Dwana u tal-VAT huma dawk li dwarhom diġa' tajt tweġiba għall-misotqsija numru 23020. Mhux eskluż li jkunu mfittxa s-servizzi ta' esperti oħra f'aspetti speċifiċi tat-tassazzjoni għal għanijiet aktar iffukati. F'dan il-każ dawn is-servizzi ikunu fuq bażi ta' ftit ġranet u mhux fit-tul. L-ispiża kollha konnessa ma' dawn l-inizjattivi hi parti minn spiża akbar ta' proġett ipprovdut konġuntament taħt il-Pre-Accession Funds Programmes għas-snin 2000 u 2001 li għandhom ikunu implimentati rispettivament fuq bażi ta' tliet snin.
Leg 9 PQ #312 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi talbiet għal deregistrations mill-VAT matul 1999; 2000 u 2001 (sal-31 t'Awissu)

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni reġistrati li talbu biex jinqatgħu mir-reġistru tal-VAT matul l-1999, 2000 u 2001 (sal-31 t'Awissu) kien ta' 2,719, 2,541 u 1,976 rispettivament. Fl-istess żmien, kien hemm 3,480,3,674 u 2,295 applikanti ġodda.
Leg 9 PQ #313 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Limited Liability Companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati limited liability companies u partnerships matul 1999; 2000 u 2001 (sat-31 ta' Awwisu 2001)

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul l-1999 xoljew 556 kumpanniji u 17 il-partnership, matul is-sena 2000 xoljew 577 kumpanniji u 7 partnerships, u sal-31 t'Awissu ta' l-2001 xoljew 393 kumpanniji u 15 partnerships, fl-istess żmien matul l-1999 ġew reġistrati 1659 kumpanniji u 61 partnerships ġodda, fis-sena 2000 ġew reġistrati 1830 kumpanniji u 56 partnerships ġodda u sal-31 t'Awissu 2001 ġew reġistrati 1101 kumpanniji u 40 partnerships ġodda.
Leg 9 PQ #25298 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

N.I.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25015 li oriġinarjament saret li Viċi Prim Ministru u ċioe B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24831, jista'jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #27842 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refund

Question

Peress li r-refunds dovuti tat-taxxi lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jista' l-Ministru jara l-possibbilta' li d-dipartiment tat-taxxi interni jħallas il-pagamenti dovuti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #27855 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Market Correctivity Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali tal-gvern fid-diversi ministeri li qed jieħdu l-market correctivity allowance? X'inhuma l-kriterji biex wieħed jikkwalifika għal din l-allowance? Minn meta ġiet approvata mill-gvern? Taħt liema kundizzjonijiet tingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27960 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk saretx sejħa għall-offerti dwar is-servizzi legali in konnessjoni mal-privatizazzjoni tal-lottu pubbliku? Jista' jinforma wkoll il-Kamra min kienu l-offerenti u x'kienet l-offerta rispettiva tagħhom? Jista' jinforma l-Kamra jekk il-kuntratt ma' Vlaemminckt Partners tal-Belġju sarx direttament jew tramite xi rappreżentanti tagħhom hawn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba n-natura speċjalizzata tax-xogħol, ġie deċiż li jiġi mqabbad Philippe Vlaemmincke tad-ditta Vlaemminck & Partners li huwa l-espert legali tal-European Association for State Lotteries and Toto Companies u konsulent ta' numru ta' gvernijiet fuq is-suġġett. Il-kuntratt sar dirett ma' Vlaemminck & Partners.