Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab f'separazzjoni u m'għandha l-ebda dħul? Jista' dan il-każ jiġi rivedut u l-persuna tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tara jekk anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għall-pensjoni? Jekk le, tista' tgħid jekk hemmx xi rimedju li tħallas xi bolol biex tkun tista' tikkwalifika? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ dwar pensjoni ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li din qed tistenna risposta? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid niċċara li l-Bord ta' Skrutinju, mwaqqaf biex jeżamina u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar applikazzjonijiet lill-Awtorita' tad-Djar biex tixtri proprjeta għal riġenerazzjoni, bi żvista ma ġiex inkluż fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23570 li jien tajt f'Seduta Numru 495.

Surcharge tad-dawl u l-ilma — Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga t-talba għal sussidju fuq is-surchargetad-dawl u l-ilma tal-pensjonanti minn San Ġwann li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li nifhem li qed tiġi proċessata mid-dipartiment konċernat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Isla — Sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-talba ta' l-anzjan mill-Isla, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma ġietx aċċettata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Tista' ġentilment tara li l-ilment ta' dan l-anzjan ikun milqugħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-20 ta' Marzu 2007, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kien diġa nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bir-raġuni għaliex it-talba li rrefera għaliha ma setgħetx tiġi milqugħa. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, d-Dipartiment reġa nforma lil din il-persuna bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Bormla — Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mill-inizjattiva care and repairminħabba li s-soqfa tal-fond tagħha huma f'kondizzjoni ħażina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' proprjeta' ġdida

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlet flus l-Awtorita' tad-Djar, mill-bejgħ tal-proprjeta' tal-postijiet ġodda ta' l-istess awtorita', sena b'sena mis-sena 2000 s'issa? Kemm hu n-numru ta' units ta' kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tara li titmexxa stima tal-perit dwar kemm se jieħu sussidju mill-awtorita' tad-djar il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jiġi nformat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, permezz ta' ittra datata 28 ta' Marzu 2007, l-Awtorita' tad-Djar infurmat lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bix-xogħlijiet approvati u l-istima tas-sussidju. Ninsab infurmata wkoll li l-ammont tas-sussidju dovut jiġi determinat wara li ssir il-verifika tal-means test.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jingħata akkomodazzjoni soċjali l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, minħabba d-diffikultajiet kbar li qed jgħixu fihom f'post iffullat peress li qed joqogħdu mal-ġenituri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi proċessata.

Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista’ l-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex applikazzjoni pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva minħabba li l-istess persuna qed tgħid li ilha li applikat madwar sitt snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Imsida — Spezzjoni f'residenza privata.

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li jinsab fl-Imsida li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant mistennija ssir fid-19 ta’ dan ix-xahar.

Isla — Spezzjoni f'residenza privata.

Question

Ftit taż-żmien ilu saret spezzjoni fil-fond fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mill-ħaddiema ta' l-awtorita' tad-djar/dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali. Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tekniku li sar dwar dan il-fond? Minnu dak li qed tallega din is-sinjura, li l-post hu perikoluż, skond dak li qalu l-inspectors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mir-rapport ta' l-ispezzjoni li saret ix-xahar l-ieħor tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant, ma jirriżultax li l-ispettur qal li l-post hu perikoluż iżda li hu traskurat u ilu nieqes minn manutenzjoni ġenerali fis-snin l-imgħoddija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport, bid-dettalji personali tal-persuna mgħottija, għax ma jidhirlix li dawn għandhom jiġu ppublikati.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jinvestiga l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.

Każ dwar relief

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qatgħulu r-reliefu m'għandu l-ebda dħul u qed jiġri fit-triq biex jiddobba x'jiekol? Tista' din il-persuna tiġi nformata u dan il-każ jitmexxa b'urġenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma kelliex dritt għall-Għajnuna Soċjali għax ma kienetx qed tirreġistra għax-xogħol. Issa li din il-persuna reġet bdiet tirreġistra mistennija titħallas dan il-benefiċċju aktar tard din il-ġimgħa. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni tal-wens

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applika biex jieħu benefiċċju talli jdur b'ommu li għandha 92 sena u li wara li l-aħħar li ġew it-tobba fit-28/02/07 minn dakinhar ma sar xejn? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi u jitmexxa l-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Plot tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tara li jitnaddaf plot li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minn informazzjoni li għandi huwa tal-gvern u li dan l-aħħar ittella' ċint u anke se jitwaħħal bieb imma qabel ittella' ċ-ċint ma sarx it-tindif u allura hemm ħafna boroż u ħmieġ? Tista' tittieħed azzjoni u niġi nfurmat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji ta' fejn qiegħed il-plot li għamel referenza għalih.

Pensjoni tar-romol.

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra l-każ ta' persuna armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li r-raġel tagħha kien self-employed, li qed tħoss li mhux qed tieħu l-pensjoni dovuta? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Shared Ownership Scheme

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-Awtorita' tad-Djar beħsiebha toħroġ sejħa oħra għal djar taħt l-iskema ta' shared ownership u kemm se jkun l-ammont ta' units li se jinħarġu bl-offerta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għad ma ġietx stabbilita data għal ħruġ ta' sejħa oħra taħt l-iskema ta' Shared Ownership.