Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sexual Harassment — White Paper

Question

Jista' l-Ministru jikkontempla l-possibbilta' li r-reat ta' sexual harassment fuq il-post tax-xogħol jiġi nkluż fil-white paper dwar emendi fil-kodiċi kriminali?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-suggeriment tal-Onor. Interpellant jittiehed in kunsiderazzjoni.

Qrati — Kawżi Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 22744?

Response (GATT, AUSTIN)

Bil-ligi nkjesti magisterjali huma kunfindenzjali u konsegwentament l-informazzjoni tista biss tingabar mill-Magistrati nkwerenti. Saret talba apposta lil kull Magistrat mid-Direttur Generali tal-Qorti u rrispondew is-segwenti Magistrati li taw l-informazzjoni mitluba: Magistrat Silvio Meli xejn Magistrat Michael Mallia 1 Magistrat Noel Cuschieri 84 Magistrat Abigail Lofaro 114 Magistrat Saviour Demicoli 13 Magistrat Joseph Apap Bologna 361 Magistrat Giovanni Grixti 50 Nixtieq nghid li jien ma naqbilx li l-principju tal-kunfidenzjalita tal-inkjesti jestendi ghan-numru pendenti jew meta bdew.

Raħal Ġdid — Pjazza

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule f'Raħal Ġdid (Kunsilli Lokali, Paola)?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsill Lokali Paola ma ssottometta l-ebda talba ghad-devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule biex isir xi progett.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, issa li kienet ippubblikata l-iskeda l-ġdida li fuqha qed tinħadem l-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali, hemm kull kunsill ingħata fondi għal kull parti ta' din l-iskeda u x'kien it-total ta' l-allokazzjoni ta' kull kunsill?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazjoni mitluba. Hu mportanti li nzid li l-Kunsilli Lokali ghandhom id-dritt li jispustaw il-fondi min vot ghall-iehor u ghalhekk jiddecidu huma biss kemm jonfqu f`kull settur.

Raħal Ġdid — Ġnien Sir Paul Boffa

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' devoluzzjoni ta' Ġnien Sir Paul Boffa, 'Raħal Ġdid sabiex dan jerġa jiġi riabilitat u ma jibqax fl-abbandun li jinsab fih bħalissa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 23921 indirizzata lill-Ministru ta` l-Intern.

Kunsilli Lokali — Raba' Distrett - Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-propjeta' tal-gvern li sal-llum ġiet devoluta lill-kunsilli lokali fir-raba' distrett u ċioe Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Marsa u Sta. Luċija?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif inhu gej:- Proprjeta` tal-gvern Santa Lucija Gnien is-Serenita` 10 ta` Marzu 1999 Tarxien Dar tal-Kejka 28 ta` Settembru 2000 Facilitajiet Sportivi Tarxien Playing Field/Gnien 20 ta` Frar 2001

Birgu — Kunsill Lokali - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes ġew allokati lill-Kunsill Lokali, Birgu mill-bidu tiegħu sena b'sena, inklużi u possibilment separatament, fondi speċjali u kemm-il ftehim sar ma' l-istess bil-pjan tal-Gvern għad-devoluzzjoni akbar tal-poter?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni ghall-ewwel parti ta` dil-mistoqsija inghatat bhala parti mit-twegiba ghal PQ 23680. Rigward aktar poteri, l-Kunsilli Lokali Birgu ma ssottometta l-ebda talba ghad-devoluzzjoni ta` proprjeta` ppublika pero` fil-15 ta` Frar 2001 il-Kunsilli Lokali Birgu ha f`idejh it-tmexxija tal-Librerija Regjonali fil-Birgu, skond ftehim li kien sar mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji.
Leg 9 PQ #23850 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm kunsilli , b'maġġoranza ta' kunsillieri Laburista, għamlu bylaws li permezz tagħhom qed jitolbu ħlas għal xi servizzi li joffru? X'kienu l-bylaws f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Ġuri - Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika x'inhu n-numru ta' ġurijiet li għad iridu jsiru? Liema hu dak il-ġuri li ilu l-aktar pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Sal-lum 26 ta' Frar 2001 hemm 37 gurijiet pendenti bl-aktar wiehed li ilu pendenti huwa dak li jgib l-Att ta' Akkuza numru 9 tas-sena 1989.
Leg 9 PQ #23680 Sitting 499 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi kull sena l-kunsilli lokali fejn fl-10 ta' Marzu li ġej se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23627 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kawża Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li ta l-Imħallef Alberto Magri fil-każ Kostituzzjonali Buttigieg vs Prim Ministru u AG ta' l-1997? Sar appell minn din id-deċiżjoni? B'effett ta' din is-sentenza, il-gvern se jibdel il-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qieghed impoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja tas-sentenza mitluba. Ma sarx appell mis-sentenza. Saru diversi `drafts` biex il-ligi tigi amendata izda ghad trid tittiehed decizzjoni finali.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għadhom ma bdewx jużaw lill-gwardjani lokali? Kien hemm xi kunsilli li wara li għażlu li jużaw lill-gwardjani: a) Ma komplewx bil-gwardjani? b) Naqqsu il-ħinijiet tax-xogħol milli kienu qabel? F'kull każ, jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kunsilli Lokali li ghadhom ma bdewx juzaw il-gwardjani lokali ghall-infurzar ta' certu ligijiet huma hamsa- Birzebbuga, Floriana, Marsa, Mtarfa u Xghajra. Kien il-Kunsill Lokali Dingli li fl-1 ta' Frar 2001 abdika mid-delega li nghatat fit-8 ta' Marzu 2000. Rigward it-tnaqqis u anke z-zieda tal-hinijiet tal-gwardjani lokali, din is-sitwazzjoni tinbidel regolarment skond il-htigiet ta' kull Kunsill Lokali kif ukoll skond l-istagun. Peress li din id-decizjoni hija prerogattiva tal-Kunsill biss, dawn il-bidliet m'ghandhomx bzonn l-approvazzjoni tal-Ministeru jew tad-Dipartiment. Ghaldaqstant din l-istatistika ma tinzammx.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li ġie mitlub f'mistoqsijiet parlamentari numri 22741 u 22743, minħabba li r-riċerka mitluba minni hija ta' interess pubbliku w ġentilment nitlob li l-Ministru jipprovdi din l-informazzjoni anke minħabba l-fatt li huwa diffiċli ħafna li riċerka bħal din issir minna stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid ma r-risposti li nghataw fid-domandi parlamentari nru 22741 u nru 22743.

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma sar ebda studju specifikament marbut mas-`shubija shiha ta` Malta fl-Unjoni Ewropewa`. B`danakollu dan il-Ministeru jikkummissjona min zmien ghal zmien studji dwar diversi konvenzjonijiet internazzjonali li ghandhom impatt kemm fuq l-Unjoni kemm ukoll internazzjonali.

Jum Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex it-talba għal użu tas-Sala ta' l-Iskola Primarja mill-Kunsill lokali ta' Ħal Għaxaq fl-okkazzjoni ta' Jum Ħal Għaxaq ikun jista' ssir mingħajr l-ebda diffikulta? Jafx jew le l-Ministru li din hi l-unika sala li l-Kunsill imsemmi jista' juża fir-raħal imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed nikkomunika t-talba tal-Kunsill lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #22689 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kummissarju tal-Ġustizzja — Att

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-Att li bih twaqqfu l-Kummissarju tal-Ġustizzja jgħid espressament li r-reġistru tagħhom għandu jkun r-reġistru tal-maġistrati, sal-lum f'Għawdex id-dokumenti kollha qegħdin jinżammu fil-kunsill lokali u l-uffiċjali tal-qorti f'Għawdex li jipproċessaw dokumenti u lanqas jinżammu hemm atti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Kummissarju tal-Ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

L-atti u d-dokumenti li ghandhom x`jaqsmu mal-kawzi quddiem il-Kummissarju tal-Gustizzja qed jinzammu fil-Kunsilli. Dan qed isir temporanjament minhabba nuqqas ta` spazju fil-Qorti. Wiehed jittama li l-arrangament prezenti jieqaf malli jinstab spazju bizzejjed fil-Qorti u allura l-prezentata ta` l-Atti ssir fir-Registru tal-Qorti skond il-Ligi.

Kummissjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummissjoni tal-Korruzzjoni dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-impjieg fil-Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaz li ghalih qed issir riferenza kien gie maghluq skond verbal tal-laqgha li saret fl-20 ta` Dicembru 2000. Ghaldaqstant Rapport ma kienx sar. Qieghed impoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-verbal li bih il-kaz inghalaq.