Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36120 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċittadinanza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li huwa mizzewweg cittadina Maltija, li żżewgu fit-13 ta' Ġunju 1999, li huwa wkoll ħallas l-applikazzjoni tiegħu fis-26 ta' Ottubru 1999, l-ammont ta' Lm 17 għall-aplikazzjoni taċ-ċitadinanza, (receipt number P 177347) għadu sal-lum ma ircieva l-ebda risposta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan il-każ m`għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31022.
Leg 9 PQ #36132 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Żejtun - Triq id-Dwiemes

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA għandhiex applikazzjonijiet pendenti għall-bini f'biċċa art li hemm quddiem il-ġnien li hemm fi Triq id-Dwiemes, Żejtun? Din l-art (ta' quddiem il-ġnien) għadha green area?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jimmarka fuq site plan il-post li qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #35454 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista’ il-Ministru jinvestiga l-ilmenti ġenwieni u l-iżvantaġġ kbir li se jsofru r-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li tagħhom qed nibgħat kopja separatament u petizzjoni ffirmata mill-istess residenti? Jista` jassigurani li jinstab site ieħor sabiex dawn ir-residenti ma jsofrux id-danni msemmija?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35437, ninsab infurmat illi kontra kif qed jingħad mir-residenti, l-applikazzjoni u l-permess li nħareġ ma jkoprix l-għeluq b`fence tal-parti t`isfel tal-masġar iżda biss il-parti ta` fuq fejn hemm il-bini ta` żmien l-Ingliżi u fejn jużaw l-iscouts. Is-sit li jinkludi fih il-passaġġ li qed jagħmlu referenza għalih ir-residenti, ġie mikri lil lis-Scouts għall-camping permezz ta` Riżoluzzjoni tal-Parlament li għaddiet b`mod unanimu fit-28 ta` Mejju ta` din is-sena. L-Scouts kienu ilhom jagħmlu użu minn dan is-sit għal ħafna snin. Jien infurmat ukoll illi fil-fatt diġa` jeżisti passaġġ tar-riġel ieħor xi sittin metru aktar l`isfel minn dan l-istess passaġġ.
Leg 9 PQ #35722 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni bil-pusses ta' xi droga qabel xi party jew rave party? x'tip ta' droga kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 6 persuni li nqabdu fil-pussess ta` droga qabel xi party. Din id-droga kienet tikkonsisti f`ecstacy u reżina tal-cannabis.
Leg 9 PQ #35723 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' korrettiva ta' Kordin — Droga - Testijiet fuq ħabsin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin illi ttestjaw pożittiv għal xi droga waqt li kienu residenti il-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perijodu qed jirreferi.
Leg 9 PQ #35726 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Każi ta' Abbużi fuq tfal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip ta' abbuż kien, kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, kien hemm 14-il każ b`26 vittma ta` abbuż fuq tfal rappurtati lill-Pulizija, filwaqt li s`issa tressqu 13-il persuna il-qorti fuq dawn l-akkużi. Dawn kienu kif ġej:- Case No. Number of victims per case Description of offence Result of case 1 1 Battering No court action requested 2 1 Battering Acquited 3 1 Corruption of minor Sub-judice 4 1 Violent indecent assault Sub-judice 5 1 Defilment of minor / Rape Under investigation 6 1 Assault against moral honour Under investigation 7 1 Defilment of minor Sub-judice 8 2 Child neglect Sub-judice 9 2 Defilment of minor / Rape Sub-judice 10 3 Defilment of minor / Rape Sub-judice 11 4 Defilment of minor / Rape Sub-judice 12 4 Defilment of minor Sub-judice 13 1 Defilment of minor Sub-judice 14 3 Child neglect causing slight injuries Sub-judice
Leg 9 PQ #35805 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk hemmx proġettati fondi u kemm huma, sabiex jinxtara t-tagħmir li qed jissemma' fil-korsijiet li l-ispetturi tal-pulizija qed jagħmlu dwar risk management f'każijiet ta' xi kriżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Akkademja tal-Pulizija xi żmien ilu kellha proposta minn Supretendent tal-Pulizija Ingliża irtirat sabiex fuq bażi volontarja jaqsam l-esperjenzi tiegħu dwar emerġenzi li jisgħtu jinqalu minn żmien għal żmien. Infurmat ukoll illi għal dawn it-talks qed jattendu kemm membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll dawk tal-Protezzjoni Ċivili. Għandu jingħad ukoll illi tul dawn it-talks ma saret l-ebda talba għal xiri ta` xi apparat. Madankollu jekk ikun hemm xi talbiet mill-Aworitajiet lokali konċernati għal xiri ta` xi apparat, dawn ikunu ikkunsidrati.
Leg 9 PQ #35807 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra meta art tal-gvern li tmiss ma' Ta' Giorni Road f'San Ġiljan, (ħdejn il-bus stop) se jinbnielha reċint skond il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern talbet lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastruttura u Riżorsi sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #35808 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-kopertura li qed jingħataw il-pulizija li qed jakkumpanjaw lill-klandestini li qed jiġu ri-impatrijati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Forzi ta` l-Ordni, li jivvjaġġaw bl-ajru ma` klandestini li jkunu qed jiġu ripatrijati, ikollhom l-istess kopertura li normalment ikollhom passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru.
Leg 9 PQ #35868 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika x'jinkludi x-xogħol tas-servizz ta' sigurta' li ġie assenjat lill-assistent kummissarju l-ġdid Godfrey Scicluna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-posting preżenti assenjat lill-Assistent Kummissarju li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jinkludi il-ko-ordinazzjoni ta` operazzjonijiet li jkollha l-Pulizija li tkun teħtieġ l-assistenza tas-Servizzi tas-Sigurta` u kull xogħol ieħor relatat. Fuq kollox, għal raġunijiet ovvji, ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif il-Pulizija tikkordina l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.

BBS — Investigazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33331, jista` l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-parti sostanzjali li tħassret tal-programm Xarabank li kellu jixxandar fl-10 ta' Mejju li għadda u li fil-fatt ma xxandarx.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun investigat mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #35572 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gassijiet tossiċi — Survey

Question

Jista' il-Ministru jgħid peress li survey reċenti wera li 40% tal-gassijiet tossiċi fl-arja Maltija jiġu mid-dħaħen ta' l-exhaust tal-vetturi, x'inhu jagħmel biex jara li dan jitnaqqas u b'hekk ikollna ambjent aktar nadif? Saru xi diskussjonijet mal-ministeru tat-trasport dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent permezz ta` l-Awtorita` ta` l-Ambjent u Ippjanar qiegħed kontinwament f`diskussjonijiet ma` l-Awtorita` tat-Trasport dwar tħejjija ta` programm ta` miżuri għat-tnaqqis ta` dħaħen ta` l-exhaust tal-vetturi. L-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta` dħaħen ta` l-exhaust tal-vetturi taqa` taħt din l-Awtorita`. L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub li jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Awtorita` tat-Trasport għal aktar tagħrif.
Leg 9 PQ #35652 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin jużaw il-car park li għandhom fil-ħabs stess peress li mhux l-ewwel darba li jkolli ilmenti mir-residenti li dawn qegħdin jipparkjaw f'Valletta Road Paola, per eżempju quddiem pompa tal-petrol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għandhom id-dritt li jużaw l-parkeġġ tal-Faċilita`. Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem biżżejjed li dan il-parkeġġ sar biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi. L-użu ta` dan il-parkeġġ hu kontinwament inkoraġġiet mill-awtoritajiet tal-ħabs, pero` wieħed jifhem li dan ma jistax isir billi tingħata xi ordni.
Leg 9 PQ #35685 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu klandestini f'Malta matul din is-sena, xahar b'xahar? Jista' il-Ministru jispeċifika l-mod kif daħlu f'pajjiżna u cioe' jekk daħlux mill-portijiet b'passaport falz jew inkella daħlux Malta b'xi bċejjeċ tal-baħar bl-assistenza tal-forzi tas-sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar klandestini li daħlu Malta din is-sena huwa kif ġej: Jannar 5 Dgħajsa - Birżebbugia Frar 10 Dgħajsa – Birżebbugia Marzu 208 11 Dgħajsa – Xlendi Dgħajsa – Mġarr April - Xejn Mejju - Xejn Ġunju - Xejn Lulju 251 Miġbura mill-Forzi Armati minn fuq dgħajsa Awissu 49 Dgħajsa – Paradise Bay Settembru 65 78 235 Dgħajsa – Mġarr ix-Xini Dgħajsa – Marsascala Dgħajsa – Marsaxlokk TOTAL 912
Leg 9 PQ #35686 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika fejn qegħdin jiġu alloġġati l-immigranti klandestini? Jista' jgħid jekk bħalissa s-sitwazzjoni hijiex allarmanti u jekk hux qed ikollhom jittieħdu miżuri ta' emergenza? Huwa minnu li numru kbir ta' klandestini qegħdin jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ġimgħat in-numru ta` immigranti klandestini li waslu fuq ix-xtut tagħna kien ilaħħaq il` fuq minn 800. Kif naħseb jaqbel miegħi l-Onorevoli Interpellant, dan huwa numru kbir għal pajjiżna u qed ikollhom jittieħdu miżuri ta` emerġenza sabiexjinstabu postijiet fejn dawn ikunu jistgħu jiġu alloġġjati. Dawn l-immigranti klandestini qed ikunu alloġġati fil-Barracks ta` Ħal Safi; fil-Barracks ta` Lyster - Ħal Far; fiċ-Ċentru tal-Immigrazzjoni ġewwa Ħal Far; fil-kumpless ta` Kandja u fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #35687 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema taqsimiet tal-korp tal-pulizija, barra dik ta' l-immigrazzjoni, qegħdin jgħinu fl-operazzjoniet ta' dħul u sorveljanza tal-klandestini? Kemm hemm uffiċjali tal-pulizija nvoluti f'dawn l-operazzjonijiet? Jekk qegħdin jiġu mislufa uffiċjali minn taqsimiet oħrajn lit-taqsima ta' l-immigrazzjoni x'effett qiegħed ikun hemm fuq dawn it-taqsimiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 89 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma assenjati temporanjament xogħol ma` l-immigranti klandestini. Dan pero` ma jinkludix il-Pulizija rikjesti għall-skorti u għassa meta dawn ikun jinħtieġu attenzjoni medika fl-isptar jew ċentri tas-saħħa jew f`xi żjarat rikrejattivi. Ma jinkludux lanqas il-Pulizija li intużaw bħala skorta fir-ripatrijazzjoni ta` numru minn dawn l-immigranti klandestini. Dawn il-Pulizija ġew meħuda minn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija b`mod illi sa fejn ikun possibli l-operat tat-taqsimiet ikun effetwat mill-anqas possibli. Ta` min iżid ukoll illi f`din il-ħidma il-Pulizija qed tkun megħjuna mill-Forzi Armati ta` Malta.
Leg 9 PQ #35688 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-problema tal-klandestini tikber fil-jiem li ġejjin minħabba l-wasla ta' aktar minnhom fuq bċejjeċ tal-baħar xi pjanijiet ta' kontinġenza jew emerġenza għandu l-gvern biex jilqa' jew jikkontrolla l-problema? Qiegħed il-gvern ifittex għajnuna internazzjonali u jekk iva fiex tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (BORG, TONIO)

Jeżisti kumitat taħt il-Presidenza tiegħi, li ilu jiltaqa` sa minn April li għadda, liema kumitat, jiġbor fi ħdanu l-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Soċjeta` tas-Salib l-Aħmar in rappreżentanza ta` l-NGO`s. Xogħol dan il-Kumitat hu li jissorvelja s-sitwazzjoni u sa fejn jista`, iħejji għal kull eventwalita`. L-Onor. Interpellant jifhem li d-daqs tal-problema mhux magħruf imma lanqas, mill-banda l-oħra, ma rridu nallarmaw iżżejjed. Għajnuna teknika qegħda tingħata taħt twinning project finanzjat minn pre-occession funds u meta nkunu membri fl-Unjoni Ewroprea jkollna aċċess, fost l-oħrajn, għal dak li jissejjaħ Refugee Fund.
Leg 9 PQ #35689 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qiegħed isir biex jiġi assigurat li dawk il-barranin li tiskadilhom il-visa ma jibqux f'pajjiżna? Għandu mezz il-korp tal-pulizija biex jagħmel dan il-monitoring wara li tneħħiet is-sistema ta' l-embarkation cards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal persuni barranin li jkunu Malta mingħajr permess. Barra minn hekk is-sistema tal-mili t`embarkation cards għal barranin għada fis-seħħ.
Leg 9 PQ #35690 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jaqbilx li x-xtut Maltin mhumiex mgħassa biżżejjed u li jeħtieġ li tiġi nforzata s-sigurta' fix-xtut biex tiġi kkumbattuta aħjar l-importazzjoni tad-droga u t-traffikar tal-persuni? Jista' jgħid jekk il-pulizija tipprovdix servizz ta' għassa ma' l-ixtut Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sorveljanza ta` l-ibħra territorjali Maltin hija assenjata lill-Forzi Armati ta` Malta u għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll, illi l-patrols effetwati mill-Pulizija jinkludu ukoll il-bajjiet.
Leg 9 PQ #35711 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita` Korrettiva ta' Kordin — Ħabsin

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hemm ħabsin? Kemm minn dawn qegħdin hemm wara sentenza tal-qorti u kemm hemm fuq arrest preventiv? Kemm minn dawn huma nisa? Kemm hemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-30 ta` Settembru 2002, in-numru ta` priġunieri kien ta` 285. It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif ġej:- Irġiel - 272 Nisa - 13 Maltin - 188 Barranin - 97 Sentenzjati - 197 Taħt arrest preventiv - 88 Dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw xi sentenza iżda jkunu ukoll taħt arrest dwar xi reat ieħor jidhru bħala sentenzjati.