Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pittura ta' Bellia li tirrappreżenta Razzett Malti m'għadhiex fuq l-inventarju ta' l-Ambaxxata ta' Pariġi?
Fejn tinsab din il-pittura llum u taħt liema inventarju hija koperta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat ħażin. Il-pittura msemmija qegħda fl-inventarju ta' l-Ambaxxata ta' Pariġi, fejn fil-fatt tinsab.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9156. Huwa diffiċli li dan il-Ministeru jagħti stima ta' l-ispiża għas-safar sa l-aħħar tas-sena minħaba li n-natura tax-xogħol ġieli tirrikjedi attendenza f'laqgħat barra minn Malta fuq avviż ta' ftit żmien.
Jikkonferma l-Ministru li l-vettura li tintuża mir-rappreżentant permanenti Malti fi Brussell hijiex waħda bullet proof? Jista' jgħid ukoll kemm swiet din il-vettura u x'inhi r-raġuni li hu l-uniku ambaxxatur fl-Unjoni Ewropea, fost il-pajjiżi kollha, li għandu din it-tip ta' vettura?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7409.
Fil-kontest tal-proposta li titwaqqaf Academy for European Diplomacy fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi armonizzata u omoġenizzata d-diplomazija Ewropea, proposta li ilha mill-1999 tissemma' anke mill-Parlament Ewropew fil-kontest tal-Common Foreign Security Policy, jikkonsidra l-Ministru li Malta tagħmel lobbying sabiex fl-eventwalita' ta' tali twaqqif, is-sede ta' tali Akkademja tkun f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ilu edott minn dawn il-fatti u mill-opportunitajiet li dan l-iżvilupp jista jkollu għal Malta u fix-xogħol normali tiegħu diġ explora xi possibilitajiet li jistgħu joħorġu minn din l-inizjattiva.
Affarijiet Barranin — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8906 u cioe' jista' jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċċjali li sar minn impjegati tad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata.
Iir-regolamenti dwar is-safar uffiċċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jinsabu f'sezzjonijiet 8.5 - 8.11 tal-Public Service Management Code.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Kummissjoni Ewropea qed tħares lejn Malta fid-dawl tal-ksur ta' regolamenti mill-MFA għal dak li jirrigwarda players barranin? Il-gvern x'passi se jieħu biex niġu konfomi ma' l-EU?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma rċieva l-ebda komunikazzjoni dwar dan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett, jipprovdu ukoll għal min f'dawn is-Segretarjati huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' ukoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju/a Privat tal-Ministru u l-Assistent Segretarju/a Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minnflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjati tal-Ministri huma wkoll intitolati għall-numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, m'hemmx karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 jammonta għal Lm697.25 u dawn intefqu fil-perjodu bejn Jannar u Marzu 2004.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jeluċida u jispjega x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-proposta li ilha tissemma' li titwaqqaf Academy for European Diplomacy fi ħdan l-Unjoni Ewropea?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Kif hu indikat fit-Trattat Kostituzzjonali li għad irid jiġi ratifikat, diplomatiċi ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikollhom it-taħriġ meħtieġ. Malta taqbel ma' dan.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha cultural agreements u meta saru jew ġew imġedda skond il-każ?
Min hu responsabbli minn dawn il-cultural agreements?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' pajjiżi li Malta għandha ftehim ta' koperazzjoni magħhom fl-oqsma tal-Kultura, Edukazzjoni u Xjenza.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għan-negozjar ta' dawn il-ftehim filwaqt li l-Ministeru tal-Kultura huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni tagħhom.
Jista' il-Ministru, dment u sakemm ma jkunx qed jinkiser xi obbligu ta' konfidenzjalita' jew protokoll, jgħid jekk Malta qajmietx il-kwestjoni ta' l-influss ta' l-immigranti llegali f'Malta f'xi forum ta' l-Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u Intern? F'każ affermattiv, f'liema forum, meta u x'kien l-eżitu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat peress illi dawn il-materji jiġu diskussi f'fora li fihom jattendi l-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiltaqa' il-mixed commission bejn Malta u l-Libja? X'qed jipproponi l-Gvern Malti għall-agenda ta' din il-laqgħa?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Id-djalogu politiku bejn Malta u l-Libja qed jitkompla bl-għola livell bi żjarat uffiċjali mill-Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin kif ukoll mill-President fi Frar 2004. Diġa saru kuntatti biex dan il-proċess jitkompla u jissaħħaħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Gudelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communications Co-Ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi u dawk ta' qabli bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien Lm6,063,74.
Affarijiet Barranin — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-Onorevoli Interpellant japprezza li n-natura ta' dan il-Ministeru hija tali li tesiġi ħafna safar. L-informazzjoni, għalhekk għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bdil fit-taxxi, tariffi jew miżati fid-dekasteru tiegħi minn April 2003 sa' llum.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern qiegħed serjament jikkonsidra li jagħlaq diversi ambaxxati fosthom dawk ta' Dublin, The Hague, Budapest u Stokkolma? Jekk dan mhuwiex il-każ, il-gvern għandu xi ħsieb li jagħmel xi pjan ta' razzjonalizzazzjoni dwar l-għadd preżenti ta' ambaxxati madwar id-dinja?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Iva, l-Ministeru qed jagħmel il-preparazzjonijiet neċessarji biex jirrazzjonaliżża l-preżenza ta' Malta b'ambaxxati fl-Ewropa, fil-Mediterran u fil-bqija tad-dinja. Id-deċiżżjonijiet dwar ftuħ jew għeluq ta' ambaxxati jitħabbru meta jsiru.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - inħatret konsulent għall-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Il-kuntratt ġie tterminat? Jekk fl-affermattiv, meta? Kemm kien il-ħlas kollu tal-konsulenza? X'xogħol għamlet għall-ministeru tul il-perjodu tal-konsulenza?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-persuna li isimha ntbagħat separatament iffirmat kuntratt ta' konsulenza mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin b'effett mill-1 ta' Ġunju 2002 għall-perjodu ta' sena. Il-kuntratt ġie sussegwentament mitmum fl-aħħar ta' Mejju 2003.
Il-ħlas sar kif stipulat fil-kuntratt imsemmi jiġifieri total ta' Lm12,990 eskluża l-VAT għal 430 siegħa ta' konsulenza lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Kif hemm spjegat fil-kuntratt stess, ix-xogħol kien jikkonsisti "designing and implementing, in collaboration with Ministry staff, a communication strategy aimed at raising awareness of Malta overseas, and raising awareness of Malta's foreign policy both locally and overseas".