Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Lija — Sqaq Seguna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu? Jista' il-Ministru jara li din il-parti tat-triq titwessa u dan sabiex ikun hemm post għal parking?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ma tistax tingħata risposta, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni dwar iċ-ċirkostanza msemmija fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.

San Ġiljan — Triq il-Mensija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex titwessa' Triq il-Mensija, San Ġiljan - f'dik il-parti ta' taħt il-pont reġjonali - għax kif inhi dejqa bħalissa żgur mhijiex tajba għan-numru ta' nies li jużawha għax joqogħdu fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tfassal programm ta' xogħlijiet mal-pajjiż kollu u filwaqt li fil-preżent għaddej xogħol ieħor estensiv f'San Ġiljan. Ix-xogħol biex titwessa din it-triq issir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Bus Shelters

Question

Ta' min hi r-responsabilita' għal bus shelters f'toroq arterjali u distributorji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li r-responsabbilta' għall-Bus Shelters ġiet devoluta lill-Kunsilli Lokali permezz ta' Avviż Legali numru 292 ta' l-2001.

Direttorat għat-Traffic Managment — Devjazzjoni tat-traffiku

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37075, jista' il-Ministru jgħid jekk id-devjazzjoni tat-traffiku msemmija kinitx approvata mit-Direttorat għat-Traffic Managment? Jekk fin-negattiv x'passi ttieħdu kontra l-kuntrattur li abbuża b'dan il-mod?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li kif diġa' semma fir-rispsota għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37075 it-triq dejqa li tgħaqqad it-triq li minn Burmarrad tieħu għat-tela t'Alla w Ommu u t-Triq li mis-Salina tieħu għan-Naxxar mhiex parti mid- diversion route li ġiet applikata fil-lokal. Għalhekk ma hemm l-ebda' każ t'abbuż minn naħa tal-kuntrattur u m'hemmx passi x'jittieħdu.

Sidien ta' garaxxijiet — Ipparkjar ta' vetturi

Question

Jista' jiġi kkonsidrat li jiġi nfurzat li persuni li huma sidien ta' garaxxijiet jipparkjaw il-vettura tagħhom quddiem l-istess garaxx tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li r-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, 1994 Paragrafu 77 sa llum għadu prevalenti.

Mosta — North Ring Road - Tender

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar mistoqsija parlamentari 19838 li tikkonċerna l-lokalita` tal-Mosta

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal numru ta' mistoqsijiet parlamentari li saru minn diversi membri tal-kamra minn żmien għal żmien fuq dan il-proġett u għalhekk ma hemmx xejn aktar xi nżid fuq informazzjoni li diġa ngħatat.

Mosta — Xogħolijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari 19687 dwar Triq il-Kbira, l-Mosta

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 36847.

Imtarfa — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad ma hemmx servizz ta' telephone boot u wkoll kaxxa ta' l-ittri fl-Imtarfa fl-inħawi tat-triq Philip Pullicino, Mtarfa

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill- Onor. Intepellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Għaxaq — Kamra tan-nar

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 37179 fuq il-karma tan-nar ta' San Ġużepp f'tal-Garda l/o Għaxaq, jista' il-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet kellu wara li hu rrefera l-każ lill-Awtorita' tat-Trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi wara saret spezzjoni fil-lokalita' mill-Awtorita' dwar it-Trasport irriżulta li hemm żewġ toroq illi jwasslu għall-kamra tan-nar. Peress illi ż-żewġ toroq huma outside development zone ser isiru diskussjonijiet ma' l-Awtorita' għall-Ambejnt u l-ippjanar biex ikun jista' jiġi deċiż x'l-aħjar li jsir.

Servizz ta' Mini bus — Imsida/Sptar

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li, b'mod speċjali matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, jinbeda servizz ta' Mini Bus li minn ħdejn l-istages li hemm fl-Imsida viċin l-istabbiliment Tikams iwassal lill-anzjani u persuni b'diżabilita' li jkunu waslu bil-karozzi tal-linja sa l-isptar San Luqa u b'hekk jiffrankaw it-telgħa fatiguża li mill-Imsida twassal sal-isptar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol għat-trasport bi skeda jirrigwardja lill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. L-imsemmija talba ser tiġi diskussa internament fid-Direttorat għat-Trasport Pubbliku kif ukoll flimkien ma' l-Assożjazzjoni għat-Trasport Pubbliku.

Xoħol b'konnessjoni mal-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qiegħed jintbagħat separatament għamlitx xi xogħol konness mal-Ministeru jew entita' li taqa taħt ir-responsabilita' tiegħu tul din il-leġislatura? Jista' jgħid ukoll jekk kumpanija jew firm li l-istess persuna għandha sehem minnha għamlitx ukoll xi xogħol għall-Ministeru jew entita' li taqa taħt ir-responsabilita' tiegħu tul din il-leġislatura? Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid f'kull każ f'hiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm sar ħlas għalih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23477, jien infurmat li l-Kumpanija tal-persuna li qed issir referenza għaliha għamlet xogħol ta' konsulenza għall-Konferenza Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku organizzata minn dik li kienet qabel l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku li għaliha tħallset is-somma ta' Lm2,070 fuq medda ta' sitt xhur. Jien infurmat ukoll l l-istess Kumpanija bħalissa qed tagħmel xogħol ta' konsulenza għad-Direttorat tat-Toroq kif ukoll għad-Direttorat ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku fuq xogħol relatat. Sa issa tħallsu Lm3,450 (on account) għas-servizzi mogħtija.

Triq il-Latmija — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir resurfacing ta' Triq il-Latmija - jiġifieri t-tul tat-triq kollha bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Jista' l-Ministru jgħid x'titjib se jsir biex jitneħħew il-perikoli ta' bends li fiha din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi Triq il-Latmija hija triq asfaltata u l-manutenzjoni tagħha issir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #37265 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Karozza ta' l-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm għandna karozzi liċenzjati jaħdmu bl-elettriku? Kemm hu n-numru ta' dawk il-karozzi reġistrati li jaħdmu bil-batterija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-numru ta' karozzi liċenzjati li jaħdmu bl-elettriku hu : Elettriku / Petrol (Hybrid) : 11 Elettriku: 1.

Importazzjoni — Karozzi second hand

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 36990 jista' il-Minstru jgħid ta' liema ċilindraġġ kienu dawn il-karozzi kif ukoll ta' liema marka?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sejjer isir x-xogħol tat-tarmac fi Triq Arznell, San Pawl il-Baħar.

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37020.

Ħaż Żabbar/Fgura — Gardiel road

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex sejjer isir xi xogħol ġewwa Gardiel road bejn Ħaż Żabbar u l-Fgura u jekk huwiex sejjer jitla' l-ħajt li hemm fil-ġenb?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar għamlu diversi laqgħat biex jiddiskutu kif Girdle Road tista' tiġi ntegrata aħjar fis-sistema tat-traffiku tal-lokalita'. Xogħol ta' titjib f' Girdle Road għalhekk ikun jista' jsir meta dan il-pjan jitlesta. Sadanittant qed isisr titjib fit-tarf tal-Fgura ta' din it-triq jiġifieri fil-junction bejn Hompesch Road u Triq il-Cottoner, fejn saret roundabout biex it-traffiku ikun jista' jgħaddi aħjar.

Rabat — Triq il-Kulleġġ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li għamlu l-awtoritajiet tat-traffiku dwar l-ilmenti tar-residenti ta' Triq il-Kulleġġ tar-Rabat minħabba l-volum tat-traffiku li żdied riċentament u qed jikkawża perikolu lill-pedestrians minħabba ċ-ċokon tal-bankini u l-ispazju limitat tat-triq? Minn fil-fatt huwa responsabbli mill-evalwazzjoni ta' dawn l-ilmenti tar-residenti tat-triq imsemmija

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li kien hemm numru ta' lmenti dwar il-volum ta' traffiku mir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru u toroq oħra fl-inħawi fir-Rabat, kien ġie deciż li Triq Nikola Sawra ssir one way (lejn il-Pjazza ta' San Duminku) bħal Triq Ġorġ Borġ Olivier. Qed jidher iżda li din il-miżura ma naqqsitx il-volum tat-traffiku mit-toroq imsemmija daqs kemm kien mixtieq. Għaldaqstant, l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tar-Rabat qed jikkonsidraw x'miżuri oħra jistgħu jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta. Fil-fatt saru diskussjonijiet bejn l-Awtorita' u l-Kunsill fl-aħħar ġimgħat biex flimkien tinstab soluzzjoni. Fil-frattemp saru traffic counts mill-Awtorita' biex jgħinu f'dan il-proċess.

Venda Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari 29931 dwar il-venda l-ġdida f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi d-diskussjonijiet dwar il- location tal- Bus Terminus ta' Bugibba għadhom għaddejjin u wieħed irid jistenna l-esitu u l-konkluzjonijiet li finalment ser jirriżultaw minn North/West Local Plan.