Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35061 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-WSC qiegħda tikkunsidra li tagħti x-xogħol tal-meter reading lill-privat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħalissa kemm il-Korporazzjni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll il-Korporazzjoni Enemalta għandhom diskussjonijiet għaddejjin sabiex jaraw jekk jistgħux jimplimentaw sistema aktar moderna u aktar effiċjenti għall-qari ta' l-arloġġi. F'dan l-istadju qed tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' teknoloġija aktar moderna biex il-qari ta' l-arloġġi isir b'mod aktar effettiv biex b'hekk jitjieb is-servizz mogħti miż-żewġ Korporazzjonijiet.
Leg 9 PQ #35062 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi kkunsidrata t-talba ta' l-iskrivana mal-WSC li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tiġi ttrasferita mill-uffiċċju ta' Ħal Luqa għall-Belt għall-raġunijiet familjari?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li min-naħa tagħha qed tikkunsidrha.
Leg 9 PQ #35135 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal Triq Vincenzo Adrario, il-parti ta' ġewwa li tingħaqad ma' Triq Luret Cutajar, Żebbuġ peress li mal-lejl din tinstab fi dlam ċappa b'konsegwenza li anke jsiru ċertu abbużi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #35180 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EXPO 2001

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern ħax deċiżjoni dwar lil liema pajjiż ser jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex jorganizza l-EXPO 2010? Jista' jgħid jekk kienx hemm kuntatti ma' xi pajjiżi li huma nteressati li jorganizzaw l-EXPO 2010? Jekk iva, jista' jagħti xi dettalji ta' dak li ġie diskuss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħala membru fuq il-Bureau International des Expositions, Malta ser ikollha sehem fid-deċiżjoni dwar liema belt ser tingħata d-dritt biex torganizza l-EXPO fis-sena 2010. Fil-fatt hemm mill-anqas ħamest ibliet li ddikjaraw il-kandidatura tagħhom biex jorganizzaw din l-attivita'. Malta għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar lil liema belt ser tappoġġja. Għaldaqstant l-uniċi komunikazzjonijiet konnessi ma' dan is-suġġett kienu esklussivament min-naħa ta' xi wħud mill-ibliet involuti li għamlu rappreżentazzjonijiet dwar il-preparamenti tagħhom biex ikunu jistgħu jorganizzaw l-EXPO kemm il-darba tingħażel il-belt tagħhom.
Leg 9 PQ #35227 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat il-volum tad-dawl tal-lokal tax-Xgħajra Malta peress illi dak preżenti mhux qed ilaħħaq mal-konsum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm żewġ lokalitajiet fix-Xgħajra li fihom hemm bżonn isir xogħol ta' tisħiħ tas-sistema ta' l-elettriku. Dawn huma l-Qasam Industrijali ta' Ricasoli u ħdejn il-Batterija tal-Grazzja. Fil-Qasam Industrijali ta' Ricasoli diġa' sar xogħol ta' tisħiħ, iżda għad fadal il-bżonn li jitwassal it-three phase. Dan għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili. Il-lokalita' ta' ħdejn il-Batterija tal-Grazzja hemm bżonn li tinbena substation li x-xogħol fuqha beda.
Leg 9 PQ #35230 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm u f'liema xhur u snin għolew is-servizzi tal-posta f'dawn l-aħħar 4 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt matul dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm ebda żieda fis-servizzi tal-posta għajr għal dik li saret f'Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #319 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux possibli l-Enemalta tieħu passi biex jiġu rranġati żewġ arbli li hemm ħdejn ir-remissa 28, Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn u ieħor li hemm ftit metri 'l bogħod fl-għelieqi, liema arbli qed imilu fuq ġenb wieħed u saru ta' periklu mhux biss għar-residenti iżda qed jiġbdu ukoll il-bini? Possibbli ssir inspection immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li tnejn mit-tlitt arbli li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant diġa' inbidlu. It-tielet wieħed għandu jinbidel f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #325 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi skada t-termini tat-tender tat-transport & removal services ta' l-Airmalta li kien ġie assenjat lid-ditta li isimha qed jintbagħat separatament għaliex għada ma ħarġitx l-offerta l-ġdida riferibbli għal l-istess xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond it-termini tal-klawżola tal-kuntratt oriġinali, il-kuntratt mad-ditta li preżentement qed tagħti s-servizz ġie estiż taħt l-istess kundizzjonijiet, inkluż prezzijiet oriġinali tat-tender. Dan sar biex il-kumpanija tiffranka l-flus sakemm jingħata kuntratt ġdid. Sejħa għall-offerti mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #326 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ser jiġi riallokat il-maintenance base tal-kumpannija Sea Malta, liema maintenance base topera mill-Belt il-Ħażna? Huwa minnu li din il-base ser tiċċaqlaq lejn post ieħor 'il bogħod mill-Port tal-Belt u jekk isir hekk ma jaħsibx li ser ikun hemm problema ta' maniġġ ta' heavy plant and machinery jekk il-base tiġi riallokata 'il bogħod mill-Port?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li ir-rilokazzjoni tad-depot li s-Sea Malta bħalissa għandha f'Beltilħażna ġie deċiż skond il-pjan ta' azzjoni inkluż fir-rapport dwar Crown and Horn Works pubblikat f'Marzu tas-sena l-oħra mill-Awtorita' ta' Malta ta' l-Ambjent u Ippjanar. Għalkemm il-post ġdid għadu ma ġiex identifikat, is-Sea Malta diġa' għamlet il-kummenti tagħha dwar il-materja b'mod partikulari dwar l-importanza li kemm jista' jkun il-post il-ġdid ikun qrib iz-zona tal-port.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma hux effettwat bl-azzjoni industrijali tal-ħaddiema fil-water services?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li x-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma normalment jinkludi ħafna xogħol li jsir minn kuntratturi privati. Meta jkun lest ix-xogħol tat-tqiegħid tal-main li jsir mill-kuntrattur, u qabel ma jibda jintuża main ġdid, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jkunu jridu jittestjaw il-kanen ġodda (pressure test), inaddfuhom (wash-out) u wara jqabbduhom mas-sistema tad-distribuzzjoni attwali. Dan ix-xogħol kollu ma kienx qed isir mill-impjegati tal-Korporazzjoni minħabba d-direttiva ta' azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers' Union. B'konsegwenza ta' din id-direttiva, il-mains ġodda li kienu mqegħdin mill-kuntratturi baqgħu ma jistgħux jintużaw.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol kollu fil-Wied il-Kbir, f'Ħal Qormi, tat-tqegħid tal-mains ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li għalih qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant jikkonsisti fi bdil ta' main galvanizzat li kien qed ifixkel ix-xogħol ta' tindif tal-Wied li qed isir mill-Unit għal Ambjent Nadif. Fil-fatt dan il-Unit ħa ħsieb biex titħaffer it-trinka għall-main il-ġdid. S'issa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lestiet dik il-parti tal-main li l-Unit għal Ambjent Nadif xtaqet tneħħi. Kull ma jonqos minn din il-parti hu li jitqabbdu xi ftit house connections mal-main il-ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin. Meta l-Unit għal Ambjent Nadif tkompli bil-proġett, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun lesta li tkompli bil-bdil tal-main.

Enemalta

Question

B'riferenza għal Avviż/E/Nru.103/2001 dwar bini ta' uffiċini ġodda tad-distrett f'Ħal Farruġ għal Enemalta, jista' jqiegħed site plan tal-location magħżula għal dawn l-uffiċini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-site plan mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #356 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-appointment ta' linesmen wara li l-applikanti segwew b'suċċess kors ta' sitt xhur fit-training centre ta' l-Enemalta f'M'Xlokk? Billi dan il-kors intemm madwar sitt xhur ilu u l-applikanti baqgħu bla risposta jista' jinfurmani x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn l-applikanti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kors li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien kors ta' taħriġ ta' linesman li għalih attendew erba' ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta. Tajjeb jingħad li fl-aħħar tal-kors, il-ħaddiema kkonċernati kellhom joqgħodu għal Trade Competency Test imħejji apposta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma kkwalifika.
Leg 9 PQ #34959 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 34792, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni msemmija u x'azzjoni relattiva se tittieħed u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt ftit ġranet wara li l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta, ħaddiema tal-Korporazzjoni marru jagħmlu l-ispezzjoni. Għandi għax naħseb li l-Onorevoli Membru innota li x-xogħol meħtieġ diġa' inbeda u fil-fatt twaħħal arblu. Ix-xogħol biex jitneħħa l-cable temporanju huwa ppjanat li jitkompla mill-aktar fis.
Leg 9 PQ #34965 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34833 u cioe jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltapost tistax tagħti assigurazzjoni li mhix se jkollha redundancies? X'kien l-eżitu tal-kwestjonarju Maltapost future directions fejn ġie propost lill-ħaddiema tibdil li ser jolqot direttament is-social life patterns tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħal kull entita' oħra li għandha aktar ħaddiema milli hemm bżonn għax-xogħol li għandha, il-Maltapost qed tfittex xogħol ġdid biex tikber u jkollha xogħol għall-ħaddiema tagħha. Għaldaqstant tfassal business plan li mistenni jitressaq quddiem il-Bord tad-Diretturi dalwaqt. Ir-riżultat tal-kwestjonarju jittieħed in konsiderazzjoni fit-tibdil meħtieġ.
Leg 9 PQ #35023 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Container Port Terminal

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34829, kif wasal għall-konklużjoni tiegħu? Fuq liema bażi u x'fatti kellu f'idejh għall-konklużjoni tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' intqal fl-istqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa 19 ta' Lulju 2002, l-istess karatteristiċi tal-port ta' Venezja, speċjalment il-pożizzjoni geografika ta' dan il-port fil-parti magħluqa tal-baħar Adrijatiku daqs seba' mitt mil il-bogħod mir-rotta ewlenija tat-trasbord ta' containers fil-Mediterran, iwasslu għall-konklużjoni li ż-żewġ portijiet ma jikkompetux ma' xulxin.
Leg 9 PQ #35042 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa titwaħħal il-bozza li kien hemm f'Manoel de Vilhena Str, il-Gzira, kantuniera ma' Cameron Street fl-istess lokalita`?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret min-nies tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fit-triq imsemmija hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #35044 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw nies fl-Enemalta għall-vacancy ta' STOs? Kemm kien hemm postijiet vakanti? X'wassal biex din l-applikazzjoni twaqqgħet? Huwa minnu li din id-darba spiċċaw kien hemm aktar applikanti mis-soltu għax ma kienx hemm insistenza fuq l-HDT certificate? Meta mistennija joħorġu applikazzjonijiet ġodda għall-dawn il-postijiet? Din id-darba l-Korporazzjoni biħsiebha tinsisti fuq ċertifikat tal-HTD?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni Enemalta ma ħarġitx applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fil-grad ta' Senior Technical Officer.

Liċenzji ta' Ħanut — Floriana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħanut li l-indirizz tiegħu qed ngħaddi separatament skaditlu l-liċenzja iżda din baqgħet ma ġġedditx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt is-sid tal-liċenzja li qed issir riferenza għaliha irċieva l-avviż mingħand id-Diviżjoni tal-Kummerċ sabiex ikun jista' jsir it-tiġdid relattiv. Tajjeb jingħad li kien hemm ftit tad-dewmien biex jinħarġu l-avviżi tat-tiġdid minħabba perjodu ta' transizzjoni minn meta l-liċenzji tan-negozju għaddew mingħand il-Pulizija għal għand id-Diviżjoni tal-Kummerċ.
Leg 9 PQ #35148 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni personalment sabiex issir magħrufa r-raġuni vera 'l għala fuq naħa waħda ta' Triq Bormla, f'Paola (n-naħa tad-dar ta' taħt Moran) it-togħma ta' l-ilma tal-vit hija pessima mmens, u ilha hekk għal xhur sħaħ, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra ta' l-istess triq l-istess ilma jintiegħem ferm aħjar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat ir-rapport ta' l-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt sar analiżi fil-laboratorji tal-Korporazzjoni fuq tlitt kampjuni meħuda miż-żewġ naħat tat-triq imsemmija. Irriżulta li l-ilma kollu fir-residenzi tat-triq huwa batterjoloġikament tajjeb għax-xorb.