B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14358 li saret fis-seduta tas-26/09/04, jista' il-Ministru jgħid kemm sewa s'issa x-xogħol tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-nefqa li saret s'issa fuq il-proġett tal-mollijiet ġewwa ċ-Cirkewwa u l-Imġarr huwa hekk:
Ċirkewwa Lm7,793,995
Mġarr Lm1,917,328
Total Lm9,711,323
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ikliet u riċevimenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 tħallsu Lm1253.40 f'hospitality f'ristoranti u lukandi. F'okkażjoni waħda inqabżet is-somma ta' Lm150 meta kien sar lunchin konnesjoni maż-żjara ta' l-Istat Ġermaniż għat-Trasport f'April tat-2004.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex stazzjon tat-televiżjoni meta japplika għall-frekwenza tal-links għal outside broadcasting units l-MCA iddum ġimgħat biex tirrispondih u tliet xhur sakemm tibda tikkonsidra t-talba, meta fil-passat fi żmien il-Wireless Telegraphy Department dan kien isir bit-telephone biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn mindu l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni ħadet ir-responsabilita' ta' tmexxija tal-frekwenzi tar-Radio, l-applikazzzjonijiet għall-frekwenzi dejjem ġew ipproċessati fi żmien stipulat fil-liġi, jiġifieri fi żmien sitt ġimgħat minn l-irċevuta tal-formola ta' l-applikazzjoni li tkun mimlija kif xieraq. Huwa ta' min jinnota illi l-applikazzjoni tibda tkun ipproċessata biss, wara li d-dettalji tekniċi mitluba fil-formola ta' l-applikazzjoni jkunu mniżżlin kif xieraq. Qatt ma kienet il-policy tad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili li joħroġ liċenzji a bażi ta' telefonata..
Jista' il-Ministru jinnota li qed jiġi mpurtat filugranu li mhux maħdum bl-idejn u li qed jikkompeti ma' dak maħdum bl-idejn f'Malta? X'qed jagħmel il-Malta Crafts Council dwar dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat joħroġ tags li jitwaħħlu fuq prodotti artiġjanali Maltin u li jiċċertifikaw l-ġenwinita ta' prodotti magħmulin bl-idejn. Il-Kunsill Malti għall-artiġjanat jara wkoll li ma jsirux abbużi f'dan il-qasam u flimkien mad-Dipartiment tal-Konsumatur sejjer fix-xhur li ġejjin iżid s-sorveljanza tiegħu fuq kull prodott bit-tikketta sabiex jiċċertifika l-awtentiċita tal-prodotti. Għalhekk abbużi li jista jkun hemm jiġu ndirazzati permezz ta' din il-kampanja ta' sorveljanza u moniteraġġ.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ikliet/riċevimenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista jintuża aħjar, ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' il-Ministru jgħarrafni x'passi ħa l-gvern matul din is-sena s'issa biex jiżdied in-numru ta' irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex? Meta ttieħdu dawn il-passi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena l-Awtorita' Marittima kompliet tara jekk hux possbili li fil-port ta' l-Mgarr jiżdiedu l-irmiġġi ma' dawk eżistenti. Minbarra dan l-Awtorita' kienet infurmata bl-iżviluppi li hemm proposti għal marina fil-limiti tal-Qala.
Jista' il-Ministru jagħtina breakdown f'ċifra ta' flus tas-sussidju li wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tħallsu fuq l-importazzjoni taz-zokkor lill-imprendituri lokali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq sussidju taz-zokkor wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-Gvern ħallas Lm1,659,341 fit-2004 u Lm1,090,443 fit-2005 (s'issa).
Awtorita' Marittima ta' Malta — Reġistrazzjoni ta' dgħajjes
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dgħajjes li ġew reġistrati mal-Malta Maritime Authority għall-ewwel darba fis-snin 2003, 2004 u 2005 ?(s'issa)?
Response (GALEA, ĊENSU)
jien infurmat li n-numru ta' dgħajjes li ġew reġistrati ma' l-Awtoorita' Marittima għall-ewwel darba fis-snin 2003, 2004 u 2005 (s'issa) huwa hekk:
2003 368
2004 518
2005 359 (sa 01/09/05)
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13970, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx il-ħsieb li jippubblikaw airline blacklist għal raġunijiet ta' air safety kif għamlu t-Taljani u pajjiżi oħra, jew jekk humiex sejrin jistennew lill-Unjoni Ewropea tippubblika l-lista uffiċjali tagħha lejn tmiem is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtoritajiet Maltin ilhom aktar minn tliet snin li bdew jagħmlu spezzjonijiet fuq ajruplani barranin fl-ajruport ta' Malta skond il-proċeduri nternazzjonali ta' l-European Civil Aviation Conference (ECAC) li tagħha Malta hi membru. Għalkemm kien hemm xi okkazjoni jew tnejn fejn ajruplani tħallew jitilqu minn Malta wara li sarilhom xogħol ta' manutenzjoni fuq insistenza ta' l-Awtoritajiet Maltin, s'issa qatt ma nħasset ħtieġa li tiġi ppublikata black list. L-Awtoritajiet Maltin pero` jieħdu l-passi neċessarji li jippublikaw black list meta jkun hemm bżonn.
Irrid ngħid ukoll illi kull applikazzjoni li tasal għand l-Awtoritajiet Maltin biex issir xi titjira minn linja ta' l-ajru barranija, waħda mill-affarijiet li tiġi kkontrollata hija jekk din il-linja għandhiex xi problemi partikolari skond id-data base tal-Joint Aviation Authorities of Europe.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħmel sinjal indikattiv ta' Merħba fid-daħla tal-qasam industrijali ta' Ħal Farrug, Ħal-Luqa? Ma jaħsibx li dan mhux biss ikun konformi ma' dak li sar f'daħliet ta' oqsma industrijali oħra, iżda jkompli jsebbaħ u jagħti dehra professjonali ta' pajjiżna, speċjalment issa li sar ix-xogħol ta' bini tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, billi din l-area taqa taħt il-Malta Industrial Parks.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13578 u 13748 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif ukoll minn iffiċjali li jaħdmu f'entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru huwa kif ġej:
2003
2004
2005
Ministeru/Dipartimenti
Lm61,833.21
Lm68,815.76
Lm62,984.79
Entitajiet Pubbliċi
Lm233,788.6
Lm265,966.01
Lm150,924.29
Total
Lm295,624.81
Lm334,781.77
Lm213,909.08
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti ndikati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien koness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja l-ammont ta' Lm78,214 diġa ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13693 u jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini tal-Ministeru qed titħallas Lm33.98ċ fil-ġimgħa għat-tindif kollu. L-isem ta' din il-kumpannija huwa Jescer Cleaning Services Ltd.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13694 u jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u qed jittieħdu kontra dawk il-ħwienet li qed jikkwotaw prezzijiet tal- prodotti/servizzi tagħhom f'euro f'mod sproporzjonat ma' l-ekwivalenti tagħhom f'liri Maltin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Lira Maltija hija l-valuta legali f'Malta. B'hekk il-prezzijiet ta' l-oġġetti huma biss dawk indikati fil-lira Maltija. Referenza għal xi prezzijiet f'munita oħra barra dik Maltija huma biss bħala indikazzjoni u l-konsumatur mhux obligat li jħallas b'muniti barranin.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija 13491 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni , Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk in-national reform programme hux lest jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan il-programm fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
ONOR. ĊENSU GALEA: Fit-30 t'Awissu, il-Ministeru tiegħi flimkien mal-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nieda perjodu ta' konsultazzjoni dwar in-National Reform Programme, li għalaq nhar il-ġimgħa 23 ta' Settembru. Wara li jiġu analizzati is-sottomissjonijiet li daħlu, isir id-dokument finali li ser ikun wkoll ippublikat. Ma nsib l-ebda diffikulta li npoġġiħ fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kumpannija tat-tindif li tnaddaf l-uffiċini li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Liema hi l-kumpannija tat-tindif?
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13578 u jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal negozji ġodda f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-servizz ta' Kummerċ fi ħdan id-Diviżjoni għall-Kummerċ beda jirregola' l-ħruġ tal-Liċenzji tal-Kummerċ minn Mejju 2002. Għaldaqstant, in-numru tal-applikazzjonijiet għal negozji ġodda bejn Mejju 2002 u 6 ta' Settembu 2005, sena b'sena, huma dawn:
Mejju - Diċembru 2002 908
Jannar - Diċembru 2003 809
Jannar - Diċembru 2004 870
Jannar - 6 ta' Diċembru 2005 501
Jista' il-Ministru jgħid fid-dettall min huma dawk il-ħaddiema tax-Xatt li għandhom id-dritt li wara li jispiċċaw mill-impjieg, l-impjieg tagħhom jista' jintiret minn dixxendenti?
Jista' jgħid min jista' jiret l-impjieg, jiġifieri jekk hux l-ulied u/jew l-aħwa?
Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi tip ta' ftehim bejnu u r-rappreżentanti ta' dawn il-ħaddiema fuq din il-materja tal-wirt ta' l-impjieg? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liċenzja ta' dawk il-ħaddiema tal-port li kienu hekk liċenzjati sas-17 ta' Settembru 1990 u li jirtiraw jew li jmutu tista' tintiret mill-ulied, izda fin-nuqqas ta' ulied ta' haddiem tal-port li jirtira jew imut u li kien hekk liċenzjat fl-10 ta' Ġunju 1975, il-liċenzja tista' tintiret mill-aħwa tal-ħaddiema tal-port. (Vide Regolament 13 tar-Regolamenti tal-haddiema tal-Port tal-1993).
Sa llum ma sar l-ebda ftehim ġdid fuq din il-materja tal-wirt ta' mpieg.