Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – servizz ta’ medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi qegħdin jittieħdu fil-preżent sabiex is-servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jiġi offrut aħjar? Jista’ jinforma jekk effettivament sarux sessjonijiet ta’ medjazzjoni u jekk iva kemm?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala waħda mill-Budgetary Measures għas-sena 2016, irid jibda jitħaddem il-Victim Offender Mediation. S’issa s-sessjonijiet tal-Victim Offender Mediation ma setgħawx jibdew minħabba li kellu jinbena l-qafas sabiex dan jista’ jitħaddem sew u jiġi evitat is-secondary victimisation. Madanakollu sabiex il-medjazzjoni taħdem aħjar saru diversi inizjattivi fosthom: · Saru diversi laqgħat regolari, bejn il-membri tal-Victim Offender Mediation Committee sabiex isiru l-preparamenti kollha neċċessarji sabiex jitwaqqaf il-Victim Offender Mediation. F’dawn il-laqgħat tfassal il-Victim’s Charter, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, kif ukoll id-dokumenti kollha meħtiega sabiex ikun jista’ jitħaddem il-medjazzjoni (bħal referral form, u l-kuntratt ta’ bejn il-partijiet); · Rilokazzjoni għall-bini ġdid sabiex jista’ jiġi implimentat il-medjazzjoni, f’bini iktar mgħammar u addatat għal dan, li jinkludi waiting area separat mill-offenders, kamra sabiex isiru l-laqgħat bejn iż-żewg partijiet, jiġifieri bejn il-vittma u l-offender, kif ukoll ġew implimentati mi¿uri ġodda relatati mas-sigurtà; · Saru xi laqgħat mal-istakeholders relevanti, bħal-laqgħa mad-dekan tal-liġi; · Sar ukoll programm ta’ taħriġ għall-medjaturi prospettivi (fuq firxa ta’ diversi xhur u nħareġ ukoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni). · Tfasslet l-Expression of Interest sabiex isir sejħa għall-medjaturi prospettivi;

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – talbiet għall-parole

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi tul dawn l-aħħar tmintax-il xahar u kemm ġew milqugħa, kemm għad hemm pendenti u kemm ġew miċħuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Novembru 2014 sa Mejju 2016: Applikaw għall- Parole: 155 applikant Ingħataw il-Liċenza tal-Parole: 42 applikant Ma ngħatawx il-Liċenza tal-Parole: 76 applikant Pendenti sal-aħħar ta’ Mejju 2016: 21

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – reati rappurtati fil-lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapportati fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura f’dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu dawn ir-reati bħala kategoriji?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li r-reati rapportati lill-Pulizija, sena b’sena, mis-sena 2011 sas-sena 2015, fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Ghajn, iz-Zejtun u l-Fgura kienu kif jidher fit- tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Abbużi fuq minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew ikkundannati l-ħabs minħabba abbużi fuq minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet is-sentenza mogħtija f’kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Fgura matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 25915.

Korp tal-Pulizija – extra duty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' extra duty mill-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2014 u 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – extra duty

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu għall-extra duty fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2014 u 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont li tħallas bħala overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2014 u 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Bormla – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati serqiet fil-lokalità ta’ Bormla mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar, u l-31 ta’ Mejju, 2016, ġew irrapurtati erbgħa u tletin (34) każ ta’serq fil-lokalita ta’ Bormla, lill-Pulizija.

Birkirkara – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet fil-lokalità ta’ Birkirkara mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju, 2016, ġew irrapurtati lill-Pulizija wieħed u sebgħin (71) każ ta’ serq, fil-lokalita ta’ Birkirkara.

Belt Valletta – rapporti ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet fil-lokalità tal-Belt Valletta mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju, 2016, ġew irrapurtati lill-Pulizija, mija u tnejn u disgħin (192) każ ta’ serq, fil-lokalita tal-Belt Valletta.

San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika, fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b’xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija, fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar kull xahar, matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Suldati Għawdxin li ntbagħtu jaħdmu Malta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25530, jista’ l-Ministru jgħid għalkemm żmien hu maħsub li ser idumu jservu f’Malta dawk is-suldati Għawdxin li ġew trasferiti lejn Malta minn Għawdex biex jaħdmu fl-Iskwadra Marittima?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ż-żmien ikun skond il-ħtiġijiet u eżiġenzi tas-servizz.

Wied il-Għajn – reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 f’Wied il-Għajn? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ ta Marsaskala mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal mija u erbagħtax (114) il-każ. Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sitta u tletin (36) każ ta’ serq. Serq minn residenzi fil-lokalita ta’ Marsaskala bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħmistax (15) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ ħames (5) każi. Informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tip ta’ serq rapportat qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigrutà Nazzjonali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-snin 2003 u 2013 ma ngħatawx xogħlijiet lill-Avukat u/jew id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.

Pulizija għassa ma’ residenzi privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom pulizija għassa mad-dar tagħhom? Jekk hemm min għandu dan is-servizz, jista’ jgħid kemm qiegħed jiġi jiswa lill-gvern?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm tnax (12) il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija ma persuni diversi. Uħud minn dawn huma fuq bażi ta’ 24x7 waqt li oħrajn huma matul il-lejl u siegħat bikrin. L-ammont globali jiswa lill-Gvern madwar Euros 12,580 fil-gimgħa. Peress li informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta’ natura ta’ sigurta’ u għalhekk sensittiva, dettalji ta’ dawn il-persuni ma tistax tingħata.

Ħal Qormi – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq irrapurtati f’Ħal Qormi fl-aħħar xahar? X’tip ta’ serq ġie rrapurtat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix- xahar ta’ Mejju 2016 ġew irrapurtati sebgħa u tletin (37) każ ta’ serq lill-Pulizija fil-lokalita’ ta’ Ħal-Qormi. Dettalji dwar it-tip ta’ serq irrapurtat, tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Minn dawn kien hemm erbgħa (4) każi li ġew solvuti. Fi tnejn minn dawn il-każi l-persuni suspettati diġa ġew imressqa il-Qorti filwaqt li għaż-żewġ każi l-oħra, il-persuni suspettati ser jitressqu il-Qorti dalwaqt.

Ħal Qormi – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux konxju tal-biża’ li qed jitnissel fost l-anzjani minħabba serq li qed isir fit-toroq ta’ Ħal Qormi fejn l-aggressur qed jiġbed il-ġiżirajjen minn ma’ għonq l-anzjani? Jista’ jassigura li jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex din l-aggressjoni tiġi mrażżna? X’qed isir bħalissa rigward dawn il-każijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara l-inċidenti li seħħew dan l-aħħar fil-lokalita ta’ Ħal-Qormi, fejn anzjani spiċċaw fil-mira ta’ kriminali li jisirqu ġiżirajjen , żdiedu l-investigazzjonijiet, li għadhom għadejjin, fejn anke ġew arrestati xi suspettati. Barra minn dan il-Pulizija anke żiedet il-presenza tagħha f’lokalitajiet u f’ħinijiet regulari u dan anke fid-dawl ta’ serq ieħor fl-istess lokalita, tant li diġa kien hemm riżultati posittivi, wara li riċentement saru arresti ta’ żewġ persuni barranin li eventwalment ġew akkuzati b’serq. Il-Pulizija ser tkompli bil-ħidma tagħha f’din il-lokalita biex tizgura li dawn ir-reati u oħrajn ma jseħħux jew jittrazznu.