Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – Triq Ta’ Ċieda — wires

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għal bosta xhur tħallew wires imdendlin fi Triq Ta’ Ċieda, kantuniera ma’ Triq JF Marks, f’San Ġwann hekk kif anke ġie rrapurtat ukoll minn xi residenti mal-gazzetta The Times of Malta ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ Novembru? Jista’ jgħid meta hu mistenni li jitneħħa dan il-perikolu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-wires imsemmija mhumiex parti mis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li tieħu ħsieb l-Enemalta plc.

San Ġwann – Triq Caruana Dingli – xogħol wieqaf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari x-xogħol fuq Triq Caruana Dingli, San Ġwann, reġa’ waqaf u m’hemmx aċċess adegwat għall-bini tal-Kunsill Lokali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol fuq il-main tal-ilma fit-triq imsemmija tkompla wara li ġew megħluba xi diffikultajiet loġistiċi bejn il-kuntrattur ta’ Transport Malta u l-istess Korporazzjoni.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — laboratorju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jsir investiment fil-laboratorju sabiex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiżgura li l-operat tagħha fil-qasam tal-ilma u d-drenaġġ huwa aċċettabli u jilħaq il-livell mixtieq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara snin ta' nuqqas ta' investiment, dawn l-aħħar sentejn sar investiment fil-laboratorju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, liema investiment ser jammonta għal iktar minn miljun Ewro. Dan l-investiment sar permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea taħt l-iskema ta' ERDF u Cohesion Funds, u jinkludi apparat sofistikat u għamara ġdida. Dan l-investiment ser jiżgura li l-Korporazzjoni tagħmel il-monitoraġġ meħtieġ fuq għażla akbar ta' parametri. Dan mhux biss fil-qasam tal-ilma tax-xorb u ilma msaffi mid-drenaġġ, imma wkoll tista' tiżgura li ilma prodott minn proġetti ġodda bħalma hu n-NEW Water, ikun iċċertifikat li huwa ta' livell ta' kwalita' meħtieġa. Permezz ta' dan l-investiment ser ikun possibbli li jiġi ċċertifikat l-ilma fl-iqsar żmien possibbli minn ħaddiema kwalifikati li għandha l-Korporazzjoni fi ħdan il-laboratorju. L-upgrade kollu tal-laboratorju huwa mistenni li jkun konkluż sa nofs is-sena d-dieħla.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – standards — kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema standards ta’ kwalità tħaddan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddan dawn l-istandards ta' kwalita': ISO9001 - Quality Management Systems. Dan l-istandard jiġi mġedded kull sena wara awditjar estern. Dan ikopri l-attivitajiet tal-Korporazzjoni kollha. ISO14001 - Environmental Management Systems. Dan iċ-ċertifikat ikopri l-attivitajiet li jseħħu fl-uffiċċju fiċ-Ċentrali ta' Ħal-Luqa, fl-impjant ta' Pembroke u dawk fil-Pumping Station ta' Kandja. ISO17025 - General Requirements for Competence of testing and calibration laboratories. Dan iċ-ċertifikat jiġi mġedded u estiż kull sena wara awditjar indipendenti mill-Bord Nazzjonali tal-Akkreditar ta' Malta.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – kompetenzi tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma biex tiżgura li l-ħaddiema tagħha huma kompetenti sabiex jaqdu dmirijiethom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dawn l-aħħar sentejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma reġgħet ġabet fuq saqajha l-Institute of Water Technology u permezz tiegħu reġgħet bdiet torganizza regolarment sezzjonijiet ta' taħriġ għall-ħaddiema f'oqsma varji fosthom: • Induction courses għall-ħaddiema ġodda; • Health and Safety Courses għall-ħaddiema f'kull grad speċjalment dawk li jaħdmu f'oqsma speċjali għad-drenaġġ; • Kors għall-ħaddiema li jaħdmu f'confined space;ħ • Kors għall-ħaddiema li jsuqu inġenji kbar; • Kors għall-Managers; u • Korsijiet oħra skont l-esiġenzi. Barra minnhekk hemm pjanijiet biex isir aktar taħriġ għall-ħaddiema fosthom fit-teknoloġija informatika, team building u supervision. Flimkien mal-MCAST se jiġi mnedi kors ta' Diploma 5 fuq EnvironmentaL and Water Technology fejn apparti li l-kors hu offrut għall-pubbliku in ġenerali, il-Korporazzjoni ikkommettiet ruħha li tgħin ukoll lill-ħaddiema tagħha li lesti li jagħmlu l-kors. Il-Korporazzjoni hi marbuta wkoll bis-sistema tal-ISO li tassigura li ċertu tip ta' xogħlijiet isiru min nies kwalifikati. Għalhekk il-kumpanija qed tintroduċi sistema ta' skills card li permezz tagħha l-ħaddiema jkollhom indikat liema tip ta' xogħol huma kwalifikati/illiċenzjati li jagħmlu.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – fondi ewropej — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikat il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn fondi ewropej għall-proġetti strutturali u jagħti dettalji ta’ fiex jikkonsistu dawn il-proġetti ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tingabar

Korporazzjoni għas-Servizzi – ilma prodott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex tassigura li l-ilma li jiġi prodott, qed isir bl-aktar mod effiċjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha sistema ta' awditjar biex tassigura li l-impjanti joperaw bl-aktar mod effiċjenti. Dan l-awditjar isir kull xahar sabiex b'hekk l-inġiniera jkunu ċerti li l-produzzjoni tal-ilma qed issir bl-aktar mod effiċjenti u allura b'anqas użu ta' enerġija. Minn żmien għal żmien il-Korporazzjoni tinvesti f'apparat modern biex ittejjeb l-operat tagħha. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett fejn partijiet mill-impjant qed jiġu rinovati b'apparat ġdid li hu aktar effiċjenti.

Sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed isir investiment biex titjieb is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma? X’sorsi ta’ investiment qed jintużaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li s-sistema tal-ilma issirilha tinsab f’kundizzjoni aħjar minn dik tad-drenaġġ, iżda xorta jibqa’ lok kbir u kontinwu ta’ manutenzjoni u immodernizzar sabiex titnaqqas sostanzjalment l-użu tal-enerġija. Qed isiru diversi proġetti importanti fosthom l-ippumpjar tal-ilma minn Ħondoq sa Ta' Ċenċ Għawdex, minn ta' Bakkja għal Ta' Qali, u minn Ta' Qali għan-Naxxar. Dawn il-proġetti jiswew diversi għexieren ta' miljuni bil-għan li drastikament tonqos l-ispiża rikorrenti fl-enerġija.

Kiri ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkrew ambulanzi, ta’ liema ċilindrata u kemm hu l-konsum ta’ dawn l-ambulanzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tkun izjed specifika fil-mistoqsija taghha, tindika l-perjodu u l-entita inkwistjoni.

Dipartiment tas-Saħħa — ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’każ ta’ major accident, kemm hemm ambulanzi f’idejn id-Dipartiment tas-Saħħa li mhumiex jinkrew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Mater Dei ghandu 14 -il ambulanza li jistghu jintuzaw f’kaz ta’ incident magguri, filwaqt li l-Isptar Generali t’Ghawdex ghandu 2 ambulanzi li jintuzaw ghal dan il-ghan.

Kiri ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li wrew interess fil-kiri ta’ ambulanzi? Liema huma dawn il-kumpaniji u liema minnhom qed jieħdu direct orders?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant tispecifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ambulanzi — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għat-tiswija ta’ambulanzi? Liema huma l-kumpaniji li applikaw u liema minnhom qed jieħdu direct orders?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispecifika ghal perjodu taz-zmien qed tirreferi.

Garaxx tal-Ambulanzi — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tmexxija tal-garaxx tal-ambulanzi hijiex f’idejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu huwiex manager jew assistant manager fil-garaxx tal-ambulanzi? Dan l-individwu huwa intitolat li juża karozza tal-Gvern għall-użu privat tiegħu speċifikament il-karozza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx tal-ambulanzi jitmexxa mill-individwu imsemmi.

CPSU – tender tal-IT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender tal-IT għas-Central Procurement & Supplies Unit (CPSU) li ħareġ fl-2013 ġiex aġġudikat? Jekk iva, lil min ġie aġġudikat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tender gie ikkancellat.

MRI – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-MRI?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li wieħed mill-aktar dipartimenti li fih rajna tnaqqis drastiku fil-waiting lists huwa dak tal-Medical Imaging fejn minn sena u nofs għat-test tal-MRI illum tistenna bejn tlieta u erba’ xhur.

Magni speċjalizzati għall- Cardiac MRI — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment f’magna speċjalizzata biex tagħmel il-Cardiac MRI għax għalkemm il-magna preżenti tista’ tiġi aġġustata għal cardiac, din il-magna l-ġdida mhux biss tkun qed tnaqqas il-waiting list, iżda tista’ potenzjalment issarraf fi dħul peress li tkun waħda mill-ftit magni fl-Ewropa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21039.

Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa – Enemalta — three phase

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn diversi persuni, primarjament mid-distrett ta’ Buġibba, Qawra u l-Mellieħa, qed isibuha diffikultà biex idaħħlu l-elettriku three phase? Jista’ jgħid għalfejn qed ikun hemm ċirkostanzi fejn l-Enemalta qed titlob lill-applikanti nfushom biex ikunu huma li jħaffru u jagħmlu t-trinek sabiex jgħaddu t-three phase u jagħmlu dan a spejjeż tagħhom, u dan meta t-tariffa ta’ €900 li qed titlob li titħallas l-Enemalta, suppost tinkludi wkoll l-ispiża biex l-Enemalta tagħmel it-trinek hi stess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li m’għandhiex informazzjoni li hemm xi klijenti li qed isibuha diffiċli biex idaħħlu s-servizz tal-elettriku three phase f’inħawi partikolari. Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Portelli tgħaddi tagħrif aktar speċifiku biex jiġi investigat u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa fl-aħjar interess tal-klijenti. Il-Kumpanija ma tużax prattiċi differenti f’inħawi differenti ta’ Malta u Għawdex meta tkun qed tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha. Kull servizz tal-elettriku ġdid li jingħata jinvolvi konnessjoni tas-sistema interna tal-klijent mal-grid tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali tal-pajjiż. F’dan ir-rigward, il-miżati li jitħallsu mal-applikazzjoni jkopru l-ispejjeż li tidħol fihom Enemalta plc biex tipprovdi din il-konnessjoni permezz ta’ linji mwaħħla fuq arbli jew mal-ħitan (aerial lines), kif ukoll biex jitwaħħal l-apparat ta’ protezzjoni u ta’ metering neċessarju għas-servizz mitlub, kemm jekk single-phase, kif ukoll three-phase. Madankollu, ċertu nħawi, fosthom artijiet barra z-zona tal-iżvilupp, huma suġġetti għal kundizzjonijiet (imposti minn entitajiet nazzjonali terzi) li ma jħallux li jsiru konnessjonijiet permezz ta’ aerial lines. F’dawn il-każi, jkun jeħtieġ li jitħaffru trinek biex fihom jintradmu l-cables meħtieġa għall-konnessjoni tas-servizz meħtieġ. Meta jiġri hekk, Enemalta toffri li tagħmel ix-xogħlijiet kollha hi u tipprovdi stima tax-xogħlijiet ta’ tħaffir u ħidmiet oħra addizzjonali meħtieġa għall-kunsiderazzjoni tal-klijent, peress li dawn l-ispejjeż mhumiex koperti fil-miżata stabbilita għal servizzi permezz ta’ aerial lines. Ikun hemm każi fejn il-klijenti jagħżlu li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ tħaffir permezz ta’ kuntratturi tal-preferenza tagħhom. Enemalta ma toġġezzjonax għal dawn it-talbiet. Meta jiġri hekk, il-Kumpanija ssegwi x-xogħol tat-tħaffir li jkun qed isir mill-kuntrattur tal-klijent, biex imbagħad tqiegħed il-cables meħtieġa ħalli tipprovdi s-servizz meħtieġ.

Stallazzjoni ta’ meter tad-dawl

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data saret l-applikazzjoni imsemmija f’din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll meta saret l-istallazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija 18276 kienet dwar installazzjoni ta' meter tal-ilma u mhux tad-dawl kif indikat fil-mistoqsija tagħha.
Leg 12 PQ #21339 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.