Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar sentejn biex tkompli tissaħħaħ l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? X’bidliet kien hemm fl-istaff complement tal-MCA minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’tip ta’ lmenti rċeviet mill-konsumaturi l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u kemm damet l-Awtorità biex tindirizza dawn l-ilmenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fl-ewwel sitt xhur tal-2015, rċeviet 142 ilment mingħand il-konsumaturi. L-iktar ilmenti komuni kienu jittrattaw it-terminazzjoni tas-servizz/i, il-kontijiet, u ħsarat fis-servizz. Qabel tibda l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat izda ma jkunux ġew solvuti għas-sodisfazzjon tal-klijent. 91% tal-ilmenti investigati mill-Awtorità, ġew indirizzati f’inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. It-tip ta’ azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha. Infatti l-Awtorità rċeviet numru ta’ kazijiet fejn ma setgħatx tintervjeni u b’hekk iggwidat lill-konsumaturi lejn l-entita' responsabbli. Minbarra l-ilmenti, f’dan il-perijodu, l-Awtorità wieġbet ukoll 279 talba għall-informazzjoni mingħand il-konsumaturi.

Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — strateġija għal Suq Uniku Diġitali Ewropew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-ambitu tat-twettiq ta’ strateġija għal Suq Uniku Diġitali Ewropew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kummissjoni Ewropea – miri stabbiliti x’jintlaħqu

Question

Jista’ l-Ministru jispjega dak li qiegħed jagħmel il-Gvern sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fejn waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa l-aċċess għall-internet veloċi u ultra-veloċi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — finanzjar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iffinanzjar tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-2014, kif ukoll dwar il-ġbir ta’ fondi li l-MCA għamlet għan-nom tal-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – persuni li ma jużawx l-Internet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex tindirizza l-problema ta’ perċentwal għoli ta’ individwi bejn l-etajiet ta’ 55 u 74 sena li ma jużawx l-Internet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kumpaniji reġistrati – sehem tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16349 u jelenka l-kumpaniji li ġew reġistrati minn Marzu 2013 li fihom il-Gvern ta’ Malta jew xi Dipartiment tal-Gvern, jew Korporazzjoni jew enti oħra tal-Gvern ta’ Malta, għandu/għandhom sehem, hu kemm hu dak is-sehem? F’liema data ġew reġistrati u min huma l-azzjonisti kollha f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15610 u 16419 u jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise ma gietx impjegata permezz ta’ sejħa pubblika. F’dan il-kas ġiet segwita l-istess prassi bħal fil-kaz ta’l-aħħar persuna li okkupat din il-kariga fil-Malta Enterprise, jiġifieri fil-perjodu 01/02/09 sa 11/05/2012 Fil-kaz tal-persuna f’din il-kariga llum,din ġiet maħtura a bazi tal-esperjenza tagħha professjonali u akkademika fil-qasam tal-investiment dirett barrani. Bil-kunsens tal-persuna kkonċernata din hi l-informazzjoni mitluba: Remunerazzjoni(Salarju Anwali):€85,000 Performance Bonus:massimu ta’10% tas-salarju* Assikurazzjonijiet Mobile u Internet Uzu ta’karozza tal-kumpanija (bix-xufier)meta jkun hemm bżonn Fuel għal-karozza personali *Il-persuna ikkonċernata għada ma talbietx li tiġi assessjata għal finijiet tal-performance bonus għas-sentejn li għaddew u mhux beħsieba tagħmel hekk sa t-tmiem ta’ l-impjieg tagħha.

Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklu¿i l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Armier – ksur ta’ liġi ta’ Trade Licensing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ ksur ta’ liġi ta’ Trade Licensing fejn fil-bajja tal-Armier, inħarġu permessi lil żewġ hawkers li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jarmaw biswit xulxin u għalhekk f’distanza ta’ inqas minn 50 metru minn xulxin u meta l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta l-permess biex l-Enemalta tissupplixxi l-elettriku kuntrarju għal dak stipulat fi-liġi tat-Trade Licensing?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li skond Liġi Sussidjarja 441.07 liċenzja għal street hawker ma tagħtix id-detentur id-dritt li jarma f’ lokalita partikulari imma li jarma’ f’ Malta u Għawdex skond l-obligi u kundizzjonijiet tal-liġi. Għalhekk ma jistax ikun li inħarġet trade licence biex street hawker jarma’ speċifikament f’xi lokalita partikulari. Barra minn hekk meta persuna tikser xi disposizzjoni ta’ l Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ (Kap 441) jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu (inkluz Liġi Sussidjarja 441.07), dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat. L-enforżar tal-Att u tar-regolamenti jaqgħu taħt ir-responsabilta tal-Pulizija u għalhekk nitolbok tirreferi dik il-parti tal-mistoqsija tiegħek lil Ministru konċernat. Ninforma ukoll l-Onorevoli interpellant li l-attivita tal-kunsilli lokali ma jaqgħux taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi u għalhekk nitolbok tgħaddi dik il-parti tal-mistoqsijia dwar il-Kunsill lokali tal-Mellieħa lill Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MCA – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15613, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju nkluż l-perkaċċi kollha tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? Jista’ jgħid fin-nuqqas tal-Kap Eżekuttiv, min qed imexxi x-xogħol ta’ kuljum ta’ din l-Awtorità?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett finanzjarju nkluż l-perkaċċi kollha tal-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni huwa: Onorarju - €18,000 (gross) Car Allowance - €4,800 (gross) Home Internet Broadband - Fuq prezentata ta' kontijiet - massimu €30 kull xahar Servizz ta' Mobile u Telefonija fissa tad-dar - Fuq prezentata ta’ kontijiet L- Awtorità tixtieq tikkonferma li fin-nuqqas tal-Kap Eżekuttiv, l-istess Chairman qed imexxi x-xogħol ta’ kuljum ta’ din l-Awtorità. Ta’ min jirimarka ukoll li fis-sena 2012 taħt amministrazjoni preċedenti ic-Chairman kellu: Onorarju - €116,232 (gross) Servizz ta' Mobile – €1,523 Health Insurance - €1,033 Home Internet Broadband - €359 Filwaqt li bejn Diċembru 2012 u Marzu 2013 ic-CEO kellu: Onorarju - €31,156 (gross) Servizz ta' Mobile u Telefonija fissa – €248 Health Insurance - €66 Home Internet Broadband - €74

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – nefqa f’petrol u diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet illi jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Ġunju 2015? Jista' jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti break down skont il-pompi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, tul is-snin 2013, 2014 u 2015 separatament ġew ingaġġati ħaddiema fil-Ministeru u fid-dekasteri varji fuq bażi ta' self-employed? Jista' jiġu indikati l-gradi u s-salarji bażiċi tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li ħaddiema fuq bażi ta’ self-employed ma jiġux ingaġġati fil-Ministeru jew fid-dekasteri varji tiegħu. Persuna li taħdem fuq bażi ta’ self-employed toffri s-servizzi tagħha bi qbil, jew kuntratt ta’ servizz, dwar in-natura ta’ xogħol jew servizz u titħallas skond is-servizzi li toffri.

Eks Malta Shipbuilding – persuni ingaġġati bħala security

Question

B'referenza għat-tweġibiet parlamentari 17395, 17198, 16639 u 15879, jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawk li qegħdin jaħdmu bħala security fis-sit tal-Ex Malta Shipbuilding fil-Marsa qed jagħtu dan is-servizz bħal self-employed? Jista' jgħid kemm hemm persuni li qed jagħtu s-servizz ta' security fis-sit tal-Ex Malta Shipbuilding fil-Marsa? Jista' jgħid kif intgħażlu dawn il-persuni biex jaħdmu bħala security self employed fl-Ex-Malta Shipbuilding? Jista' jippreżenta lista ta' dawn il-persuni ingaġġati bħala self employed fis-sit tal-Ex Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm kien l-ispiża fi ħlas imħallsa lis-security ġewwa s-sit tal-ex Malta Shipbuilding il-Marsa fix-xahar ta' Jannar 2015, Frar 2015, Marzu 2015, April 2015, Mejju 2015 u Ġunju 2015?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li s-sigurta’ tal-eks Malta Shipbuilding qed tiġi amministrata mill-likwidatur li nħatar għal għan tal-likwidazzjoni tal-kumpanija li ħadet f’idejha s-sit tal-Eks Malta Shipbuilding. Fost l-obbligi li għandu l-likwidatur hemm dak li jieħu taħt il-kustodja tiegħu l-propjeta’ u l-assi tal-kumpanija biex b’hekk jassigura li jkunu protetti l-assi tal-kumpanija li qed tiġi likwidata minn serq u vandalizmu, għal perjodu kollu tal-likwidazzjoni. Għalhekk huwa ċar li dan l-obbligu huwa llaċċat direttament mal-perjodu ta’ likwidazzjoni u fir-responsabilita’ tal-istess likwidatur.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li minn żmien għal ieħor ikun hemm persuni, minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ l-istess Ministeru, li jiġu mitluba jipprestaw servizzi u jassistu lis-segretarjat, skond l-eziġenzi u l-ħtiġijiet li jirrizultaw minn żmien għal żmien. L-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat huwa ta’ tmintax.

MGA – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta fil-mistoqsija parlamentari 15614, jista’ l-Ministru jispeċifika l-ammonti konnessi mal-pakkett finanzjarju taċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob f’dak li għandu x’jaqsam ma’ spejjeż tal-karozza, servizz ta’ mowbajl, servizz ta’ data, performance bonus u polza ta’ saħħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jirrizulta mit-tabelli li qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra, l-perkaċċi tac-Chairman u CEO preżenti huma €9,000 inqas min taċ-Chairman u CEO preċedenti.

Projects Malta – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15616, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tas-salarju, jispeċifika l-perkaċċi kollha u l-ammonti marbuta magħhom tal-individwu li jokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Għawdex -Proġett fil-Qala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni mill-Privatisation Unit għal proġett kbir fil-Qala, Għawdex, f’dik li kienet barriera, huwiex konkluż jew le? Jekk le, kif jispjega li l-bieraħ ditta internazzjonali ta’ periti ħabbret li rebħet hi l-bid u żvelat il-pjani tagħha għal dan il-proġett li jinkludi vilel, lukanda u cruise liner terminal f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.