Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23981 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Fortizza Sant'Anġlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ser ikun l-aċċess lejn il-fortizza ta' Sant'Anġlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-aċċess lejn il-Fortizza ta' Sant'Anġlu ser ikun minn ġor-rixtellu ta' ħdejn ix-xatt (Sea Gate). Dan l-aċċess fil-fatt diġa' beda jintuża matul dawn l-aħħar xhur. Saru diversi xogħlijiet mill-Gvern u llum dan l-aċċess huwa mdawwal tajjeb u mnaddaf. Issewwew ukoll xi ħsarat li kien hemm fis-sistema ta' l-ilma tax-xita u kienu wkoll irranġati kmamar għall-watchman tal-Gvern li jassess il-Forti, u għalhekk issa l-watchman qed ikun ma' dan l-aċċess. Ta' min jgħid li dan l-aċċess ġie wżat waqt konferenza ta' l-Ordni tal-Kavallieri u ma kien hemm ebda problemi għall-karozzi biex jgħaddu minn dan l-aċċess.
Leg 9 PQ #23993 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Fawran ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex tissolva darba għal dejjem u possibbilment issa li qed isiru xogħlijiet fl-inħawi - l-problema tad-drenaġġ li teżisti fil-qasam tad-djar tal-Gvern magħruf bħala Binja Indipendenza Santa Venera (fl-inħawi tal-Knisja l-antika) billi ma' kull ħalba xita qed ifur għat-toroq ta' l-istess qasam tad-djar u jibqa' nieżel għal Triq Psaila li bħalissa qed tinbena mill-ġdid?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23899 (Seduta 505).
Leg 9 PQ #24001 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla/Birgu — Dilettanti tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jagħmel il-laqgħa mas-sajjieda u d-dilettanti ta' l-opri tal-baħar minn Bormla u l-Birgu, bħalma sar ma' dawk ta' l-Isla? Jista' jiggarantixxi lil dawn li fil-ftehim magħhom se jżommu l-istess kundizzjonijiet li sar ma' l-għaqdiet tal-baħar ta' l-Isla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Apparti mill-fatt li diġa' kelli laqgħat ma' rappreżentanti ta' sajjieda u dilettanti ta' l-opri tal-baħar mill-postijiet indikati, ma jkolli ebda diffikulta niltaqa' ma' dawn ir-rappreżentanti, hekk u meta javviċinawni biex niffissaw laqgħa f'data u ħin li jkunu komdi għal kulħadd.
Leg 9 PQ #24135 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħolijiet Pubbliċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar għal ħlas ta' overtime li l-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħolijiet pubbliċi ħadmu fix-xogħol li sar fil-bajja taħt it-Taormina Kiosk f'San Ġiljan.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara investigazzjonijiet u taħdidiet li saru ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu, ftiehmna li l-ħaddiema nvoluti jitħallsu nofs dak li qed jitolbu. Naħseb li din hi soluzzjoni ġusta. Dawn se jitħallsu fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #23806 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi regolari biex l-area magħrufa bħala fuq Tal-Blat II, Qormi, ma tibqax infestata bil-ġrieden?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23807 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex inspection box tad-drainage fi Triq l-Industrija fl-area magħrufa bħala Tal-Blat II , Qormi, tiġi magħluqa tajjeb u ma tibqax mikxufa biex l-area ma tibqax infestata bil-ġrieden kbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Wara spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ fi Triq l-Industrija, l-area magħrufa bħala Tal-Blat II, Qormi irriżulta illi t-tappieri huma kollha mgħottijin sewwa. Kien hemm tappiera illi forsi l-Interpellant qed tirreferi għaliha illi ġiet mgħottija bil-konkos minn xi individwi. Rigward il-problema tal-ġrieden, nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23808 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Imrieħel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li għalqa fuq in-naħa ta' ġewwa ta' Triq l-Industrija li tiġi fuq wara tal-fabbrika Dowty u li tintuża bħala miżbla, tiġi mdawwra b'boundary wall biex ikun ta' deterrent għal min qiegħed iwaddab l-iskart?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa responsabbilta' tal-Malta Development Corporation. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23899 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Triq Psaila - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex tissolva darba għal dejjem il-problema tad-drenaġġ li teżisti fil-qasam tad-djar tal-Gvern ta' ħdejn il-knisja l-qadima ta' Santa Venera li ta' spiss u partikolarment wara xi ħalba xita, qed ifur għat-toroq ta' l-istess qasam u jibqa' nieżel għal Triq Psaila? Jistax il-Ministru jara li dan ix-xogħol isir issa u qabel ma x-xogħol tal-bini mill-ġdid ta' Triq Psaila jasal hemm hekk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għandu jsir CCTV survey fil-post imsemmi biex tiġi stabbilita l-ħsara fis-sistema ta' drenaġġ f'din it-triq. Jekk jinstab li hemm ħsara din tissewwa minnufih qabel ix-xogħol ta' Triq Psaila.
Leg 9 PQ #23900 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Latrini Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema latrini pubbliċi beħsiebu jibni matul din is-sena? Min talab li jsiru dawn il-latrini u meta? Kemm se tiswa kull latrina pubblika? X'talbiet għandu pendenti l-Gvern? Fejn? U meta dan hu maħsub li jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 mistennija li: Titlesta l-latrina ġdida fil-Ħamrun (ħdejn l-M.P.D.) Qed isir xogħol preparatorju biex tinbena latrina ġdida f'Santa Luċija ħdejn il-Ġnien Ċiniż. Hu maħsub ukoll li matul is-sena jinbeda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina f'ġnien P.P. Saydon, Żurrieq. It-talbiet għal dawn il-latrini jsiru mill-Kunsill Lokali rispettiv. It-Taqsima tax-Xogħlijiet qed tgħin permezz ta' servizz ta' periti biex jiġu mibnija mill-ġdid il-latrini li hemm fl-Armier u Għajn Tuffieħa. L-informazzjoni fuq kemm ser jiswew dawn il-latrini għadha ma tistax tingħata għax għadu għaddej ix-xogħol preparatorju msemmi hawn fuq.
Leg 9 PQ #23841 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Mintoff — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-perit Mintoff dwar kumpens għall-Għarix? Qamu xi diffikultajiet ġodda dan l-aħħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress illi d-diskussjonijiet għadhom mhux konklużi u għad hemm kawża pendenti, mhux prudenti li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #23676 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Barriera tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqata' ġebel mill-barriera tal-Gvern f'ta' Robba matul is-sena 2000 u fl-ewwel sitt (6) ġimgħat tal-2001? Kemm minn dawn kienu għall-proġetti tal-Gvern? Matul l-istess żmien inqata' xi ġebel għall-kuntratturi? Liema? Kemm tħallas għall-ġebel? kemm inqata? Dan tħallas kollu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi fil-barriera tal-Gvern f'Tar-Robba nqata' dan il-ġebel: Vażi 40 Ċangatura 1700 Blokki kbar 3020 Kantun 78485 (minn dawn madwar 6050 ma kienx kantun sħiħ) Il-ġebel kollu li ħareġ mill-barriera mar għall-proġetti tal-Gvern. L-unika żewġ ġebliet kbar (rejects) li ma marrux għall-proġetti tal-Gvern ingħataw bi ħlas ta' Lm10., lis-Segretarju tal-Każin tal-Banda Santa Katerina taż-Żurrieq.
Leg 9 PQ #23769 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation

Question

Briferenza għad-domanda nru. 17105, jista' l-Ministru jikkonsidra li jibgħat rappreżentant minn ħdan il-Cottonera Rehabilitation sabiex jara jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-ħadid mitluq u ħażin li hemm tul Bastion Str, Senglea jitneħħa billi qiegħed jagħmel ħsara lis-swar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant kienet mgħoddija lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jieħdu l-miżuri neċessarji.
Leg 9 PQ #23772 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Ġbir ta' Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskart domestiku fl-area ta' Tal-Blat II f'Ħal Qormi jinġabar darba iva u darba le? Jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx ma' xi awtorita' u jekk ġewx ikkonsultati r-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ġbir ta' l-iskart jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Interpellant biex tgħaddi din il-mistoqsija lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #23774 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tal-Blat - Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjani biex l-area residenzjali f'Tal Blat II Ħal Qormi, tiġi embellised b'mod biex jittaffa l-impatt negattiv li hemm fuqha minħabba li qiegħda f'zona industrijali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23801 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Karozzi self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, jista' l-Ministru jinfurmani bil-pożizzjoni? Jista' jinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Jista' jagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent jikri l-karozzi self-drive fuq bażi ta' perjodu twil li jkopri wkoll ħlasijiet għall-użu ta' l-istess vetturi matul il-weekend. Jista' jkun awtorizzat li dawn il-vetturi jintużaw barra l-ħinijiet tax-xogħol. In-numru ta' karozzi mikrija jammonta għal 63. Matul is-sena 2000 in-nefqa fuq il-fuel għal dawn il-karozzi kienet ta' Lm49107.
Leg 9 PQ #23852 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Triq il-Ħajt tal-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar drenaġġ li jinsab fi Triq Ħajt il-Wied fiż-Żejtun, minħabba li s-sitwazzjoni għadha dik li kienet minkejja li fi tweġiba oħra kien intqal li ħarġet it-tender sabiex isir ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12335 (Seduta 221), nixtieq inżid li f'dik ir-risposta ma ntqalx li ħarġet it-tender għax-xogħol imma li ser toħroġ tender fil-futur. Fil-fatt qegħdin isiru l-preparamenti neċessarji mal-Kunsill Lokali dwar dan ix-xogħol, minħabba li parti mix-xogħol irid jgħaddi minn għelieqi privati. Trid tinbena wkoll Silting Trap. Din it-tender mistennija tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #23857 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23698?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #23641 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex dawk l-inħawi fin-Naxxar li għadhom jużaw il-fosos fl-aħħar jiġu wkoll imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ? Kemm għad fadal djar fin-Naxxar li għadhom bis-sistema tal-fosos?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-futur qarib, ser isir it-taħfir għad-drenaġġ f'dawn l-inħawi fin-Naxxar: Gravity and rising main at Birguma Sewer extension works at Triq il-Lanġas Sewer repair works at Skippon Street Sewer works at Triq Daħlet il-Ġibjun Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #23706 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Fosos tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23428 dwar l-estensjoni ta' fossa ġdida ta' drenaġġ għar-raħal tal-Bidnija, jista' l-Ministru jara li jinħarġu t-tenders relattivi li jitlestew ix-xogħlijiet u li preferibilment ix-xogħlijiet jitlestew kollha matul din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tenders imsemmija għandhom jinħarġu fil-futur qarib sabiex eventwalment dawn ix-xogħlijiet isiru aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #23733 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' leakages ta' drenaġġ minn mat-taraġ li minn Triq W Rosato jagħti għal Sqaq S. Liena, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li parti mis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Santa Liena għaddejja minn main intern ta' ħamest'idjar li wara jgħaddu minn taħt propjeta' oħra li qiegħda fi Triq il-Kunċizzjoni għat-taraġ li jagħti għal Triq W Rosato. Fuq dan il-main peress li l-ħsara fi propjeta' privata, l-manutenzjoni trid issir mill-istess terzi persuni u mhux mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.