Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30057 Sitting 659 2001-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Irdum il-Qawwi

Question

Peress li triq li jużaw il-bdiewa li tagħti għall-irdum il-qawwi fl-aħrax tal-Mellieħa tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża inkonvenjent kbir għall-istess bdiewa, jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jippreżenta pjanta lit-Taqsima ta' l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali biex jispeċifika liema triq jixtieq li tiġi rranġata biex tkun tista' tiġi kkunsidrata mal-lista ta' talbiet għat-tiswija ta' toroq tal-bdiewa.
Leg 9 PQ #30040 Sitting 658 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Landscaping

Question

Issa li l-Gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li mill-flus ivvutati jsir il-ġnien fil-Qasam tad-Djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat li l-Gvern preċedenti kien se jikkordina bejn id-Dipartiment tal-Urban and Rural Landscaping, Dipartiment tal-housing u l-kunsill lokali tar-Rabat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi l-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati. Minn naħa tiegħi lest li nikkonsidra is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant, meta r-riżorsi meħtieġa jiġu ipprovduti u jkun hemm talba uffiċjali mill-Kunsil Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #30032 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Barranin — Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid bir-regoli l-ġodda tas-sajd maħruġa skond l-Att 2/2001, f'każ li l-persuna li f'isimha toħroġ il-liċenzja ma tkunx ċittadini Malti għalkemm din tkun residenti f'Malta, din il-liċenzja tingħata xorta lis-sajjieda barranin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-regoli l-ġodda li jirriżultaw minn Kapitlu 425 għadhom qed jiġu diskussi mal-partijiet interessati fi ħdan il-Fisheries Board u għalhekk huwa prematur li nagħti xi kummenti.
Leg 9 PQ #30033 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd

Question

Jista' l-Ministru, peress li f'Jannar li ġej skond l-Att 2/2001 il-bastiment tas-sajd lokali jridu jkunu konformi ma' Torremolinos Convention, jinfurmani kemm huwa n-numru tal-bastimenti tas-sajd lokali li diġa huma konformi ma' din il-konvenzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li hemm fid-domanda tiegħu m'hix eżatta. Għaldaqstant nirriferik għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30034 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Regoli tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-regoli ġodda tas-sajd skond l-Att 2/2001 se jidħlu fis-seħħ f'Jannar tas-sena 2002?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviżi legali ġodda jew emendati jidħlu fis-seħħ meta jkunu lesti u kif ikun meħtieġ għall-immaniġġjar aħjar tas-sajd.
Leg 9 PQ #30035 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif ingħata lill-Kooperattivi tas-sajjieda lokali sabiex jinfurmaw lis-sajjieda membri tagħhom bit-tagħrif li jridu jiktbu fuq il-formoli l-ġodda skond l-Att 2/2001 waqt is-sajda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li hemm fid-domanda tiegħu m'hix eżatta. Għaldaqstant nirriferik għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30036 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Liċenzji Ġodda tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kategoriji u l-kriterji ġodda li abbażi tagħhom se jinħarġu l-liċenzji ġodda tas-sajd għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30037 Sitting 657 2001-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Liċenzji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu l-ħlasijiet tal-liċenzji l-ġodda għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30032.
Leg 9 PQ #30029 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provision for agriculture produce li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tiproċedi l-Biedja tal-popli tal-pajjiżi membri? Ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gzejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif l-Onor. Interpellant ġie infurmat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 30012, b’referenza għall-ewwel mistoqsija, l-Onor. Interpellant jista' jivverifika kull informazzjoni dwar din il-materja fuq il-website ta' l-EU jew billi jagħmel użu mis-servizz taċ-Ċentru Informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. B' riferenza għat-tieni mistoqsija, nassiguraħ li kulma qed isir hu fl-interess tal-viabbilta' sostenibbli tas-settur. Hu permezz t'hekk li d-dħul tal-bdiewa u l-mestjier innifsu jkunu tabilħaqq imħarsa.
Leg 9 PQ #30030 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 29202? Kemm fil-fatt hija ż-żieda fil-prezz tal-laħam tal-majjal li qed jitolbu l-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li t-talba għaż-żieda fil-prezz tal-laħam min-naħa tal-produtturi tal-majjal għadha f'fażi ta' diskussjoni.
Leg 9 PQ #30031 Sitting 656 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il tip ta' liċenzji ġodda għas-sajd se jinħarġu b'effett ta' l-Att 2/2001 u liema huma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-possibbilta' ta' liċenzji li jistgħu jinħargu hi skond Taqsimiet IV, V u VI ta' Kapitlu 425 Att II / 2001.
Leg 9 PQ #30012 Sitting 655 2001-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-87 Tariff Quotas li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tipproteġġi prodotti partikulari li jipproduċu l-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi membri? Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l-Gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal-provista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'riferenza għall-ewwel mistoqsija, l-Onor. Interpellant jista' jivverifika kull informazzjoni dwar din il-materja fuq il-website ta' l-EU jew billi jagħmel użu mis-servizz taċ-Ċentru Informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. B' riferenza għat-tieni mistoqsija, nassiguraħ li kulma qed isir hu fl-interess tal-viabbilta' sostenibbli tas-settur. Hu permezz t'hekk li d-dħul tal-bdiewa u l-mestjier innifsu jkunu tabilħaqq imħarsa.
Leg 9 PQ #29990 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar tliet snin id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma żammx kuntatt mal-bdiewa u l-kumpanija Ingliżi li kienet bdiet timporta minn Malta ħxejjex bħal spinaċi kosbor, coriander, eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara r-riżultati xejn sbieħ miksuba mill-esportazzjoni ta' ħxejjex għas-suq Ingliż matul s-snin 1997/1998, ma kienx il-każ li jitkomplew il-kuntatti mal-kumpannija Ingliża.
Leg 9 PQ #29991 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Problemi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bir-rapporti li preżenta d-Dipartiment tas-Sajd lill-FAO u l-GFCM dwar l-aħħar problemi u żvantaġġi li sofrew is-sajjieda Maltin u Għawdxin li jistadu għall-pixxispad, tonn u lampuki? Xi żviluppi kien hemm u meta mistennija jkomplu laqgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 29929 u 29930.
Leg 9 PQ #29992 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikultura — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' studenti mill-pajjiżi Għarab u Afrikani li tħarrġu fiċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Agrikultura Lokali matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jispeċifika għal liema "Ċentru Nazzjonali ta' l-Agrikoltura Lokali" qiegħed jirriferi, biex inkun f' pożizzjoni aħjar li nagħti t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #29993 Sitting 654 2001-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani matul dawn l-aħħar 3 snin kemm għamel żjarat il-Ministeru sabiex ikompli d-diskussjonijiet għall-iżviluppi li kienu ppjanati fil-protokoll ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-Biedja u s-Sajd li kien sar f'Ġunju tal-1997?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li żar il-Libja uffiċjal għoli mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura bħala parti mill-Kummissjoni Mħallta Maltija - Libjana.
Leg 9 PQ #29929 Sitting 651 2001-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa sa issa d-Dipartiment tas-Sajd sabiex jiddefendi d-diffikultajiet u l-iżvantaġġi li qed ikunuu suġġetti għalihom is-sajjieda Maltin u Għawdxin li jistadu għat-tonn u l-pixxispad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirriferi għax-xogħol lid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura kien beda fl-aħħar laqgħa tal-GFCM f'Ischia fejn ġiet proposta żona fil-lbiċ ta' Malta għal sajd tat-tonn bil-knuz. Din il-proposta kienet ġiet amalgamata ma' proposta oħra mressqa mill-Ġappun u mgħoddija lill-grupp GFCM / ICCAT working group biex tkun studjata, x'aktarx f'April li ġej waqt laqgħa li għandha ssir f'Malta. > > Il-problema l-kbira dwar il-pixxispad hi l-kwantita' ta' pixxispad żgħir li qiegħed jinqabad. Internazzjonalment, huwa kkunsidrat li kull pixxispad taħt 125 ċentimetru tul jew 19 -il kilo piż hu żgħir. S'issa għadha ma nstabitx is-sistema teknika biex jitnaqqas il-qbid tal-pixxispad taħt dan id-daqs (125ċm). Dan il-qbid qed jipperikola s-sostennibbilta ta' dan is-sajd.
Leg 9 PQ #29930 Sitting 651 2001-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Staġun tal-Lampuki

Question

Jista' l-Ministru jaggornani dwar l-iżvilupp li kelli d-Dipartiment tas-Sajd ma' l-Awtoritajiet Tuneżini dwar il-kwistjoni tas-sajd fl-istaġun tal-lampuki? Ma' min qed isiru l-laqgħa u x'konsultazzjonijiet saru mill-G.F.C.M. dwar il-każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li minn meta saru l-komunikazzjonijiet diplomatici u wara l-mawra tal-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami fit-Tunisia l-każi ta' l-inċidenti fuq il-kannizzati tal-lampuki naqsu u ma kien hemm l-ebda rapport ieħor minn naħa tas-sajjieda Għawdxin/Maltin. Il-kuntatti li kien hemm dwar il-possibbilta' ta' skambju tekniku biex forsi tiġi evitata l-problema fil-futur kienu bejn l-MCFS (Malta Centre for Fisheries Sciences) u l-INSTM (Institut National des Sciences et Technologies de la Mer). Id-Direttur tas-Sajd u Akwakultura wkoll iltaqgħa ma' Dr Amor El Abed li huwa d-Direttur ta' l-INSTM. Fil-preżent jeżisti proġett tekniku xjentifiku taħt il-kappa tal-COPEMED dwar is-sajd tal-lampuki li jinvolvi lil Malta, lil Tuneż, lil Sqallija u lil Baleari. Il-GFCM tinvolvi ruħha f'suġġerimenti għal sistemi ta' immaniġġjar tas-sajd fil-Mediterran. Ma tidħolx fi problemi bilaterali bejn pajjiżi, speċjalment meta l-problema tkun qed tiġi diskussa bejn dawn iż-żewġ pajjiżi f'livell diplomatiku.
Leg 9 PQ #29911 Sitting 650 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE

Question

Jista' l-Ministru jagħmel fid-dawl tar-rapport li ppreżentat l-UE lill-Gvern Malti u ċioe li fil-qasam tal-Biedja u s-sajd ftit li xejn sar matul dawn l-aħħar tlett snin, ma jħossx il-Ministru li għandu jagħti r-raġunijiet lill-poplu x'ikkawża dan in-nuqqas?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li sar ħafna xogħol mill-Ministeru fl-ambitu tat-tħejjija għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport tal-Kummissjoni jirrikonoxxi l-progress dwar l-integrated administration and control system(IACS) li a bażi tagħha jitħallsu s-sussidji u l-pagamenti diretti lill-bdiewa u raħħala. Dan fattur importantissimu għax dan hu l-bażi li nuru li nistgħu nipparteċipaw b'mod responsabbli fil-Politika Komuni Agrikola ta' l-Unjoni Ewropea. Bdiet tinbena l-infrastruttura meħtieġa biex il-Ministeru jkun imħejji sewwa sa meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Iżda wieħed irid jifhem li kien hemm bżonn ta' riforma radikali fil-Politika Agrikola ta' Malta, qabel jibdew jitwaqqfu xi strutturi. Kien hemm bżonn ta' pedament sod qabel jibdew jinbnew l-istituzzjonijiet.
Leg 9 PQ #29913 Sitting 650 2001-11-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għat-tweġiba f'PQ 29596, ma jħossx il-Ministru li ġa ladarba bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se jkun hawn il-liberalizzazjoni fil-kummerċ u se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja f'pajjiżna, m'hemmx għalfejn il-ħtieġa li napplikaw u naħlu ż-żmien ninnegozjaw is-supply measures ma' l-UE sabiex nimportaw materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li diġa nimportaw bla dazju meta ninsabu barra mill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li dak li qed ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea m'hu bl-ebda mod ħela ta' ħin.