Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Il-Magħluq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta' dak li huwa magħruf bħala l-Magħluq ġewwa Wied il-Għajn jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru/dipartiment/i tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' isir ċertu xogħol ta' manutenzjoni bħall-irranġar tas-sistema ta' l-ilma u li jingħata dehra aħjar għax fil-preżent jidher fi stat ta' telqa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq is-sit tal-Magħluq huma responsabbiltà tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Ħaddiema tal-ministeru qegħdin jevalwaw ix-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fuq is-sit.

Servizzi veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli mill-operat kollu tas-servizzi veterinarji matul l-2004, l-2005 u l-2006? X'benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi kellu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2004 u l-2006 ir-responsabbiltà ta’ l-operat kollu tas-servizzi veterinarji kienet kif jidher hawn taħt: Perjodu Dr Carmel Lino Vella 01/01/04 – 13/03/05 Direttur Ġenerali Dr Mireille Vella 14/03/05 – 07/06/06 Direttur Mr Simon Sammut 08/06/06 – 31/12/06 Direttur Ġenerali Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar x’irid ifisser b ’benefiċċji veterinarji xjentifiċi jew veterinarji amministrattivi.

Biċċerija — EU - regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23104.

Biċċerija — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-biċċerija, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bżonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-biċċerija jkun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. L-operat tal-biċċerija jrid jikkonforma mad-diversi direttivi u li dawn id-direttivi qed jiġu regolati mis-Servizzi Veterinarji. F’dan il-kuntest l-istess Servizzi Veterinarji ta’ pajjiżna jikkummissjonaw studji minn żmien għal zmien biex jidentifikaw fejn hemm ħtieġa ta’ azzjoni biex isir titjib kontinwu fl-operat. Abbażi ta’ l-aħħar studju tfassal pjan sabiex sa April ta’ din is-sena jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji.

Farm Esperimentali — EU - Regoli

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali ta' l-Għammieri, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma r-regoli li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mar-regoli ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 23108.

Farm Esperimentali — EU - Direttivi

Question

B'referenza għar-rapport ta' l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-operat fil-Farm Esperimentali, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma d-direttivi li hemm bzonn jiġu aġġornati biex l-operat fil-farm ikun konformi mad-direttivi ta' l-EU in kwestjoni? Meta se jintlaħqu dawn l-għanijiet sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet ta' l-annimali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa fil-fatt rapport li kien ikkummissjonat mill-Gvern Malti biex jitfa’ dawl fuq ċerti issues li dehrilna li jenħtieġu titjib biex pajjiżna jkun konformi ma’ l-ogħla standards Ewropej. Ir-razzett fl-Għammieri hu biss għal skop ta’ esperimentazzjoni. Ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu rapport intern biex isir titjib kontinwu biex l-iskop li għalih jopera dan ir-razzett jibqa’ jintlaħaq.

Karozzi uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2006 saru b’kemm jiswew Lm 874.67 fi spejjeż ta’ manutenzjoni/tiswijiet fuq il-karozza BMW 520 li hi l-vettura uffiċjali tal-ministru. Ma saru ebda spejjeż fuq it-tieni karozza.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-mina li qed tiġi proposta għat-triq ġdida fil-Limbordin (ara tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22918) ma ssirx ħalli ma jitħarbatx l-ilma ġieri ta' taħt l-għolja tax-Xagħra ta' l-għansar li l-bdiewa tant għandhom bżonn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sajd taħt wiċċ il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom ma jistax isir sajd taħt wiċċ il-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu għax is-sajd kollu taħt wiċċ il-baħar isir.

Gass li jittella' mill-Magħtab

Question

Fejn se jiġi proċessat il-gass li se jittella' mill-Magħtab?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gassijiet li bħalissa qed jiġu ġġenerati mill-miżbla tal-Magħtab ser jiġu miġbura permezz ta’ sistema ta’ pajpijiet imħaffra fl-art. Dawn il-pajpijiet ser ikunu imqabbdin ma` sistema ċentralizzata tal-ġbir tal-gassijiet minn fejn jgħaddu għall-impjant installat fuq il-miżbla tal-Magħtab stess li jitratta dawn il-gassijiet.

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet pendenti mal-MEPA skond it-tagħrif mogħti għall-mistoqsija parlamentari 18274 ġew proċessati, approvati u/jew miċħuda? Jista' f'kull każ jgħid ir-raġuni għala l-MEPA ħadet tali deċizjonijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mil-lista li poġġejt fuq il-mejda tal-kamra għal Mistoqsija Parlamentari Nru 18274 ġew deċiżi żewġ applikazzjonijiet. Dawn kienu approvati għax kienu konformi mal-policies u l-guidelines u mal-pjan lokali taż-żona. Applikazzjoni oħra kienet irtirata mill-applikant.

Paceville — Triq Dobbie

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq Dobbie f'Paceville għadhiex imnizzla bħala triq residenzjali fil-pjan lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mappa PV1 tal-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana turi li Triq Dobbie hija indikata għal użu residenzjali skond il-policy NHHO01. Skond il-policy NHPV14, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tista’ tikkunsidra wkoll użu li jikkumplimenta l-attivitajiet fil-viċinanzi basta dan ikun ta' skala żgħira, ta' impatt ristrett u limitat għall-pjan terran biss. Dan jiġi assigurat billi l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) timponi kundizzjonijiet stretti biex tilħaq dawn l-għanijiet. Użu li jista’ jkollu impatt negattiv fuq ir-residenzi tal-madwar ma jkunx ikkunsidrat b'mod favorevoli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Il-katuniera ta' Triq Dobbie ma’ Triq Paceville taqa’ fiż-żona indikata għal żvilupp ta' lukandi skond policy NHPV04. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota li din l-informazzjoni hija diġà aċċessibbli pubblikament.

MEPA — Rationalisation of Development Boundaries

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 23010, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-proċess wasalx biex jiġi konkluż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22927. Nixtieq inżid li l-proċess issa qiegħed jiġ magħuq. Fadal biss numru ta' konfermi mill-aġenziji li jipprovdu s-servizzi infrastrutturali u dettalji dwar kemm ikunu u kif isiru l-ħlasijiet għas-servizzi ta' infrastruttura. Jekk ma jinqalgħux kumplikazzjonijiet, nittama li sa l-aħħar ta' Frar is-sistema tkun f'postha biex jibdew jiġu determinati l-parametri ta’ l-ippjanar. Dawn iservu ta’ bażi biex ikunu jistgħu jiġu pproċessati applikazzjonijiet fuq l-artijiet li ġew approvati għall-inklużjoni fiż-żoni ta' l-iżvilupp.

MEPA — Environmental permit

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm-il environmental permit ħareġ mill-MEPA sal-lum? Lil min ħarġu u għal xiex ħarġu? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-environmental permits għall-forom ta' operat li nħarġu s' issa huma prinċiparjament dawk il-permessi li nħarġu taħt Avviż Legali 337/01. Dettalji dwar dawn il-permessi qed jingħataw fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 23472. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet żewġ IPPC permits: lill-WasteServ (Malta) Ltd għal-landfill ta' Zwejra u lill-Medichem Manufacturing Malta Ltd. Dawn inħarġu taħt Avviż Legali 118/04 u avviżi legali relatati. Environmental permits oħrajn jinkludu permessi għal attivitajiet, importazzjoni u esportazzjoni ta' speċi, kimiċi u skart, fejn l Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha tagħti l-kunsens tagħha. Statistika dwar dawn il-permessi għadha trid tinġabar. Il-proċeduri użati huma dawk deskritti fil-leġislazzjoni rispettiva.

MEPA — Waste management permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il waste management permit ħareġ sal-lum mill-MEPA u minn meta bdew jinħarġu? Lil min ħarġu u għal xiex? Taħt liema liġi u xi proċedura tiġi adottata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Waste Management Permits jinħarġu taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001, Regolamenti ta’ l-2001 dwar Permessi u Kontrolli fil-Maniġġar ta’ Skart taħt Artiklu 9 ta’ l-istess regolamenti. Dawn ir-regolamenti jimplementaw il-Framework Directive ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-immaniġġar ta’ l-iskart. Kull min jagħmel xi attività li b’xi mod jew ieħor għandha x’taqsam ma’ l-iskart għandu bżonn ta’ permess. Dawk kollha li għandhom bżonn permess għandhom japplikaw ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Wara li jimlew il-formola apposta, l-applikanti jkunu ggwidati individwalment biex jissottomettu informazzjoni li jkollha bżonn ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun jista’ jinħareġ il-permess. Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn: Director General, Works Division Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste WasteServ Malta Ltd. Temporary Non-Hazardous Waste Storage,Treatment and Transfer Facility Jenine Korfan Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd Packaging Waste recovery scheme Jimmy Gatt o.b.o Gatt Bros (Mosta) Ltd Infilling with Inert Waste Metalco Ltd To Operate a Recycling Facility WasteServ Malta Ltd. Civic Amenity Site, Maghtab WasteServ Malta Ltd. Civic Amenity Site, Mriehel Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Infilling with Inert Waste Bezzina Maritime Services Limited To Operate a Barge "BEZZ I" for dumping of inert material at sea Bezzina Maritime Services Limited To Operate a Barge "BEZZ II" for dumping of inert material at sea Emarine Limited To Operate a Barge "SAULUS" for dumping of inert material at sea Emarine Limited To Operate a Barge "PAULUS" for dumping of inert material at sea Michael Attard o.b.o IMA Engineering Ltd To operate an interim storage, pre-treatment and transfer facility for hazardous wastes Ing. Mario Schembri o.b.o GreenPak Ltd Renewal of WM 00021/04 Greenpak compliance scheme for packaging waste recovery Qabel l-2001 kienu jinħarġu biss permessi ambjentali għall-barrieri taħt avviż legali 128 ta’ 1997, regolamenti ta’ l-1997 dwar id-drittijiet għad-depożitu ta’ kull skart u radam. Il-permessi li ħarġu taħt dan ir-regolament huma dawn: Emmanuel Aquilina o.b.o Debattista Schembri Dumping of inert waste Emmanuel Aquilina o.b.o Sand & Gravel Ltd Dumping/Recycling of inert waste Paul Vella o.b.o Ballut Blocks Ltd Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Vella o.b.o Julian Vella Dumping/Recycling of inert waste Mario Bonnici Dumping/Recycling of inert waste Carmel Spiteri & Michael Axiaq Dumping of inert waste Carmel Vella Dumping/Recycling of inert waste Carmel Vella Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Mifsud Dumping of inert waste Charles Polidano o.b.o Polidano Brothers Ltd Dumping/Recycling of inert waste Emmanuel Camilleri Dumping of inert waste John Mizzi Dumping of inert waste Barra min dawn il-permessi msemmija hawn fuq, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 20 permess għall-esportazzjoni ta’ skart perikoluż taħt ir-Regolament Ewropew 259/93/EEC li jirregola t-trasport ta’ Skart Perikoluż minn pajjiz għal ieħor. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet ukoll 665 permess għat-trasport ta’ skart perikoluż f’Malta taħt l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001 ( dawn ta’ l-aħħar inħarġu minn Ġ unju 2004 sal-lum ).

Xogħol ta' spraying — Tinġis fl-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-permessi meħtieġa biex garaxx li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jagħmel xogħol ta' spray u jniġġes l-inħawi u l-arja tal-ġirien? Jista' anke xogħol ta' spray isir barra kif jindika r-ritratt li qed jintbagħat separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet irċeviet rapport fuq bdil ta’ użu fil-fond numru 3, Triq il-Kubrit, Gżira, f'Awissu 2005. Wara investigazzjoni mill-ispettur ikkoċernat kien irriżulta li l-fond in kwestjoni ilu lliċenzjat mis-snin 80 u allura qabel ma daħlet fis-seħħ il- liġi dwar l-Ippjanar ta' 1992. Wara aktar stħarriġ mal-pulizija, kien ikkonfermat li din il-liċenzja kienet titħallas sa mill-1984. Kopja tagħha kienet ġiet ippreżentata lill-uffiċjal tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Għaldaqstant, min-naħa tas-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma tista’ tittieħed ebda azzjoni ulterjuri dwar l-użu ta’ dan il-fond.

Riabilitazzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet tingħata l-għajnuna għar-riabilitazzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ? Kemm kien hemm bdiewa, individwi jew għaqdiet li bbenefikaw minn din l-għajnuna? Kemm kienet tammonta din l-għajnuna kull sena? Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Policy & design guidance 2005

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jidħlu fis-seħħ l-emendi għal policy and design guidance 2005 sabiex jiġu kkoreġuti l-anomaliji li nħolqu permezz tal-ħruġ tal-pjani lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-konsultazzjonijiet mal-Kamra tal-Periti ntemmu, wara li kienet l-istess Kamra tal-Periti li talbet estensjoni ta’ żmien. Issa trid issir l-evalwazzjoni tar-risposti kollha u jingħaqad id-dokument finali.

Wales — Royal Welsh Agricultural Show

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex se jipparteċipa fir-Royal Welsh Agricultural Show li se ssir fl-aħħar ġimgħa ta' Lulju 2007 ġewwa l-Builth Wells Powys, f'Wales?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23622.

Royal Welsh Agricultural Show

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kellhiex stedina mill-organizzaturi tar-Royal Welsh Agricultural Show u jekk il-Ministru hux qiegħed jipprepara biex jagħmel xi stand biex jippromwovi l-agrikoltura ta' Malta ġewwa Builth Powys f'Wales?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi ma kellu ebda stedina għar-Royal Welsh Agricultural Show.