Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpelant illi fil-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu ma kien hemm ebda impjegat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li l-kuntratt tiegħu jew tagħha nbidel minn kuntratt definit għal wieħed indefinit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-tfittxija li saret f’dan il-Ministeru jirriżżulta li l-pagamenti li saru lill-'Europa Research Consultancy Services Ltd' jirreferu għall-kuntratt li sar mal-kumpanija Ganado Sammut Advocates u għaldaqstant il-pagamenti li saru lil dawn iż-żewġ kumpaniji qed jiġu kkompilati f’risposta waħda.
Il-kumpanija msemmija ingħatat kuntratt għal servizzi ta’ konsulenza liema servizzi ġew mogħtija mill-Avukat Simon Busuttil bħala Kap taċ-Ċentru tal-Informazzjoni Malta-EU (MIC). Dan il-kuntratt ġie ffirmat fl-1 ta’ Mejju 1999 u ġie estiż sena b’sena sat-30 t’April 2004. L-ispiża laħqet is-somma ta’ Lm82,144.13 kif maqsuma fit-tabella hawn taħt:
1999
Lm15,866.52
2000
Lm 17,966.45
2001
Lm 17,499.58
2002
Lm 17,490.40
2003
Lm 10,413.82
2004
Lm 2,907.86
Mill-informazzjoni disponibbli jirriżulta wkoll li lill-Avukat Simon Busuttil tħallset is-somma ta’ Lm1,130.45 liema somma ma tistax tiġi verifikata jekk tappartjenix għal Fringe Benefits (mobile telephony u fully expensed car) li hemm imsemmija fil-kuntratt imsemmi hawn fuq. Ġie ikkalkolat li l-imsemmi avukat kien intitolat għal massimu ta 1650 litru ta’ petrol liema spiża ma tistax tiġi verifikata jekk tħallsitx jew le. Ġiet innotata spiża ta’ Lm1,453.33 li saret lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates liema spiża ma tistax tiġi verifikata jekk hiex relatata mal-kuntratt imsemmi.
Mill-informazzjoni disponibbli ma rriżultax li saret sejħa għal offerti fl-1999. Estensjonijiet ta’ dan il-kuntratt sad-data tat-terminu dejjem saru b’ordni diretta (Direct Order).
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-pajjiżi Ewropej li magħhom intlaħħaq ftehim sabiex jieħdu immigranti rregolari minn Malta? Meta ntlaħħaq dan il-ftehim u kemm-il immigrant se jieħu kull pajjiż?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta m'għandiex u lanqas qatt kellha ftehim sabiex pajjiżi Ewropej jieħdu "immigranti rregolari" minn Malta. Il-persuni li telqu lejn pajjiżi Ewropej permezz ta' proġetti ta' relocation, u li telqu u qed jitilqu lejn l-Istati Uniti pemezz tal-programm ta' resettlement, igawdu minn status ta' refuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja, u b'hekkk m'humiex "immigranti rregolari".
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ djalogu saret mal-pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013? Jista’ jgħid minn fejn saru dawn il-laqgħat?
Response (VELLA, GEORGE)
Tista' l-Onor Membru tispeċifika minn min qiegħda tistaqsi li saru l-laqgħat ta' djalogu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Commercial and Economic Diplomacy Unit u minn fejn qed jopera?
Response (VELLA, GEORGE)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7540, ninforma li l-
Commercial and Economic Diplomacy Unit
ġiet mwaqqfa mar-reviżjoni tal-istrutturi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li tnehdiet fl-1 ta' Awwissu 2013. Il-
Unit
hija komposta minn uffiċċjal taħt id-direzzjoni ta' Assistent Direttur u Direttur fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali, Żvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi tal-Ministeru. Fost l-għanijiet tal-
Unit
hemm dawk li jippromwovu lil Malta fil-qasam kummerċjali permezz tal-ħidma li ssir fir-rappreżentazi Maltin barra l-pajjiż kif ukoll sabiex ikun hemm sinerġija aktar soda bejn l-entitajiet Maltin li jaħdmu f'dan il-qasam. F'dan is-sens, il-
Unit
jieħu ħsieb jikkoordina u jmexxi l-laqgħat tal-
Joint Stakeholders Working Council
li jiġbor fi ħdanu dawn l-entitajiet. Fost il-ħidma tal-
Unit
hemm ukoll koordinament ma' Ministeri kkonċernati dwar it-teħid ta' pożizzjonijiet ta' Malta f'diversi fora internazzjonali kif ukoll qsim ta' informazzjoni dwar interessi kummerċjali minn u lejn Malta. Nixtieq insemmi wkoll li hemm il-ħsieb li din il-
Unit
tkompli tissaħħaħ anke permezz taż-żieda ta' uffiċċjali oħra fil-ġejjieni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013 hekk kif mitlub minnu fl-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-Sajf 2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?
Response (VELLA, GEORGE)
Filwaqt li napprezza l-interess li qiegħda turi l-Onor. Membru, jiena ċert li tifhem li b'numru ta' Konsli Onorarji li għandna, f'kwalunkwe ħin ikun hemm għaddejin inizjattivi u diskussjonijiet biex jitwettqu proġetti fl-interess ta' pajjiżna.
Nieħu pjaċir ngħid li ninsab sodisfatt bin-nurmru ta' proġetti li ġew konklużi, jew għadhom għaddejjin imma nispera li l-Onor. Interpellant tapprezza li ħafna minn dawn l-inizzjattivi għandhom element qawwi ta' tagħrif u mportanza kummerċjali.
Għalhekk filwaqt li ma nħossx li jkun f'waqtu li nippubblika dettalji ta' dawn il-proġetti, nistieden lill-Onor. Membru li jekk jogħġobha tavviċinani nagħtiha informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tħaffir għaż-żejt — blata kontinentali Maltija - relazzjonijiet mal-Italja
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4675, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-note verbale li ntbagħtet lill-Italja?
Response (VELLA, GEORGE)
Nerġa' ntenni l-istedina diġà estiża mill-Onor. Joe Mizzi, lill-Onor. Interpellant, sabiex jikkunsidra jikkonsulta ma' kopja tan-Nota Verbale fl-uffiċċju pertinenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, filwaqt li nirreferih għar-risposta diġa mogħtija fis-seduta Nru. 69 tat-30 ta' Ottubru 2013 għad-domanda parlamentari Nru. 4675.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (VELLA, GEORGE)
L-Onor. Interpellant tifhem li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna ħin u riżorsi.
Jekk l-Onor. Interpellant tixtieq informazzjoni speċifika inkun lest li nipprovdi din l-informazzjoni.
Altrimenti jkun apprezzat ħafna jekk tingħata raġuni valida għaliex għandhom jintużaw dawn ir-riżorsi kollha sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (VELLA, GEORGE)
Kellna persuna waħda li ġiet ingaġġata fuq contract for service minn Marzu 2013 sal-lum. Id-dettalji tal-kuntratt huma kif jidhru hawn taħt :
Isem
Minn meta
Perjodu
Ħlas
Edwin Pace
9 ta’ Diċembru 2013
6 xhur
(143 hours)
€20 per hour
not exceeding €2,860.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella hawn taħt:
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu/April 2013
301
17
Mejju 2013
302
4
Ġunju 2013
302
1
Lulju 2013
301
1
Awwissu 2013
300
6
Settembru 2013
296
7
Ottubru 2013
302
8
Novembru 2013
294
6
Diċembru 2013
294
3
Jannar 2014
289
3
Impjegati ingaġġati mill-Ambaxxati Maltin Barra minn Malta
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu 2013
166
1
April 2013
165
0
Mejju 2013
169
4
Ġunju 2013
169
3
Lulju 2013
171
4
Awwissu 2013
171
1
Settembru 2013
173
3
Ottubru 2013
172
0
Novembru 2013
172
1
Diċembru 2013
173
1
Jannar 2014
175
2
INIA
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu 2013-Jannar 2014
7
0
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-Kummissarju Għoli Malti designated għall-Awstralja, u jekk saretx pressjoni - u fil-każ x’tip ta’ pressjoni saret - mal-Gvern Awstraljan sabiex jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-istess Kummissarju Għoli Malti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma li l-Kummissarju Għoli Malti għall-Awstralja ppreżenta l-kredenzjali tiegħu fil-25 ta' Settembru 2013. Ma saret l-ebda pressjoni minn naħa tal-Awtoritajiet Maltin fuq il-Gvern Awstraljan sabiex jiġu aċċettati l-kredenzjali tal-istess Kummissarju Għoli Malti.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'każi bħal dawn il-protokoll jeżiġi li mhux talli ma tistax issir pressjoni, imma lanqas biss huwa aċċettat li tibgħat reminder.
Azzjoni bħal din normalment twassal biex il-persuna li tkun qiegħda tiġi rakkomandata, ma tiġix ikkunsidrata aktar mir-receiving state.
Ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u pajjiżi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kien iffirmat fl-2013 mill-Gvern Malti ma’ pajjiżi oħra u jagħti lista ta’ dawn? Jista’ jikkonferma li dawn kollha jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti ffirma 31-il Ftehim fl-2013 li t-titlu tagħhom huwa mniżżel fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-Ftehim.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li t-test ta' dawk il-Ftehim li diġa daħlu fis-seħħ huwa aċċessibli minn fuq dan is-sit, it-test tal-Ftehim li għadhom ma' daħlux fis-seħħ, jew huma ta' sensittivita' kummerċjali, mhuwiex aċċessibli.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tinfetaħ l-ambaxxata Maltija ġewwa Doha, il-Qatar?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-preparamenti relatati mal-ftuħ ta' Ambaxxata Maltija f'Doha, il-Qatar għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li din tinfetaħ meta l-proċess jiġi ffinalizzat.
Sadanittant, għandi l-pjaċir ninforma li l-Ambaxxata tal-Qatar ilha topera b'mod residenti f'Malta sa mill-aħħar ta' Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ftehim iffirmat mal-Libja dwar xiri ta' żejt u l-ftehim iffirmat maċ-Ċina dwar il-bejgħ tal-Korporazzjoni Enemalta, mhumiex disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku bħalma huma disponibbli mijiet ta' ftehim bilaterali oħra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura tal-imsemmija Memoranda u l-kontenut ta' sensittivita' kummerċjali tagħhom, għad m'huwiex il-waqt li dawn isiru disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jindika jekk kemm-il darba xi partijiet mir-rapport li ġie minnu kommissjonat tul s-sena li għaddiet taħt t-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġewx implimentati u jekk iva liema?
Response (VELLA, GEORGE)
Huma bosta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport tal-Board of Review li diga’ huma fis-seħħ jew qedgħin fil-proċess ta’ implimentazzjoni.
Nibda billi nirreferi għat-taħriġ li ngħata lill-uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kif ukoll lill-Ambaxxaturi ġodda f’ Ġunju u Lulju li għaddew. Dan it-taħriġ tmexxa flimkien mal-entita`
Malta Enterprise
u għandu jerġa’ jsir skont il-ħtieġa.
F’Awwissu tal-2013, sar tibdil fl-istrutturi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Fost dan it-tibdil, twaqqaf
Unit
għall-affarijiet kummerċjali u ekonomiċi li jikkollabora ma’ entitajiet oħra Ministerjali u pubbliċi sabiex tissaħħaħ il-ħidma tal-Ambaxxati tagħna f’dan l-aspett u ssir promozzjoni ta’ Malta fil-qasam kummerċjali.
Twaqqaf
Joint Stakeholders Working Council
mmexxi minn dan il-Ministeru. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kunsill saret fit-18 ta’ Settembru 2013. Dan il-Kunsill jiltaqa’ kull xahar u huwa magħmul minn rappreżentanti minn entitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu lil Malta bħala pajjiż miftuħ għall-investiment u l-kummerċ. F’dan l-għan il-Kunsill qed jieħu ħsieb li jħares lejn il-promozzjoni ta’Malta b’mod sħiħ u li jidentifika dawk l-oqsma jew pajjiżi li huma tal-akbar interess għal Malta.
Ġie mwaqqaf ukoll
Legal Unit
skond kif kien irrakkomandat fir-rapport tal-
Board of Review
. Fost it-tibdil fl-istruttura tal-Ministeru, sar ukoll tibdil tal-mod kif ix-xogħol huwa mqassam bejn żewġ Direttorati Ġenerali – wieħed politiku (
Political, EU Affairs and Maltese Living Abroad
) li jitratta relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi Ewropej u barranin; u wieħed ta’ natura globali
(
Global Issues, International Development and Economic Affairs
).
Hemm imbagħad il-ħsieb li tiġi ppublikata
on-line newsletter
li ser tinħareġ fiż-żmien qrib. L-għan tagħha huwa li jittejbu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni fost l-oqsma differenti li jagħmlu parti mill-Ministeru kif ukoll sabiex jingħata tagħrif dwar il-ħidma u l-uffiċjali tal-Ministeru. Din ser tiġi ppublikata darba fix-xahar minn Marzu 2014. Ma’ dan irrid insemmi wkoll xi tibdil li sar fuq il-websajt tal-Ministeru b’diversi
links
għall-aġenziji oħra tal-Gvern, kif ukoll l-iżvilupp tal-intranet sabiex titjieb il-kommunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru.
Skont rakkomandazzjoni tal-
Board of Review
, inħass il-bżonn li x-xogħol kollu li jsir fl-Ambaxxati Maltin jiġi skedat u rrekordjat b’mod aktar regolari. Għalhekk ġie introdott sistema ta’ rappurtaġġ li jsir kull xahar fuq bażi ta’
template
imfassla minn dan il-Ministeru.
Fuq l-analiżi li sar permezz tar-rapport tal-
Board of Review
, dan il-Ministeru qiegħed jara kif għandu jagħmel biex isaħħaħ il-preżenza ta’ Malta barra l-pajjiż. Il-Ministeru jinsab fil-proċess li jiftaħ ambaxxata fil-Qatar kif ukoll rappreżentanzi fl-Alġerija, Shanghai, Misurata, Sao Paolo u fl-Emirati Arabi Magħquda.
Ġew ukoll appuntati numru ta' Konsli Onorarji ġodda kif jirrakkomanda r-rapport.
Il-Ministeru ngaġġa wkoll żewġ persuni fuq bażi ta’
internships
, kif ukoll issuġġerit mir-rapport imsemmi.
Qegħdin isiru diskussjonijiet b’mod regolari kemm interni kif ukoll mal-Uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali sabiex isir it-taħriġ meħtieġ għall-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal meta Malta ser ikollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017.
Filwaqt li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati jew qedgħin fil-proċess t’implimentazzjoni, l-Ministeru jinsab impenjat sabiex jwettaq dawk ir-rakkommandazzjonijiet kollha tal-
Board of Review
skont il-ħtieġa.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni li rriżenjaw jew ġew trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra kemm-il-persuna rriżenjat jew ġiet trasferita mill-Ministeru tul is-sena li għaddiet u l-bidu ta' din is-sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żmien indikat saru 14-il trasferiment li 10 minnhom ġew mitluba mill-individwu stess, 2 ġew deployed fil-Ministeru għal Għawdex u 2 ġew trasferiti skont l-esiġenzi tas-servizz. Saru ukoll 34-il trasferiment minħabba tibdil fid-Dekasteru tal-Ministeru. Fl-2013, 32-il uffiċċjal offrew ir-riżenja skond kif stipulat fil-kuntratt ta’ ingaġġ tagħhom li f’każ ta’ tibdil tal-Prim Ministru u/jew il-Ministru għall-Affarijiet Barranin huma obbligati li joffru r-riżenja tagħhom.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ambaxxatur ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul is-sena li għaddiet ġew maħtura (20) għoxrin Ambaxxatur residenti u (12) 12-il Ambaxxatur mhux residenti. Il-lista ta' dawn l-Ambaxxaturi ġodda qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.