Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — Każ dwar kont ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma bagħtet il-kont li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament, lill-persuna indikata wara li din ilha ma tgħix fil-post imsemmi aktar minn 15-il sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-persuna li ntbagħtilha dan il-kont imsemmi qatt ma avżat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma li hi telqet mill-post u għalhekk il-kont baqa' jgħajjat fuq isimha. Sa dan it-tant billi ħadd ma jrid jieħu responsabilta' tal-konsum ta' l-ilma inkwistjoni il-Korporazzjoni ħadet passi biex taqta' dan is-servizz partikulari ta' l-ilma.

Studenti universitarji — Summer work

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati studenti universitarji mill-Junior College jew MCAST bħala summer workers mal-ministeru jew aġenziji li jaqgħu taħtu dan is-sajf? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Investiment barrani — Pajjiżi ta' l-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu li qed iżomm investiment barrani milli jiġi f'Malta meta l-persuni li huma interessati li jinvestu f'Malta ma humiex ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jaf il-Ministru li hemm numru kbir ta' persuni barranin li lesti li jinvestu u joħolqu xogħol għall-Maltin u li ta' dan hemm prova ta' investiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindika l-identita tal-persuni msemmija minnu biex inkun nista' nara jekk għamlux xi talba lill-Malta Enterprise.

Ġibjun ta' San Niklaw — Limiti tal-Qrendi

Question

Għar-rigward tal-Ġibjun ta' San Niklaw, limiti tal-Qrendi, jista' l-Ministru jgħid: a) X'inhi l-kapaċita' ta' dan il-ġibjun? b) Kemm hija l-provvista ta' ilma kuljum? c) L-ilma ta' ġo fih, x'inhi s-sors tiegħu (RO, borehole)? d) X'inhu l-perċentwali minn tali sors? e) Dan il-ġibjun iforni ġibjuni/ħażniet oħra, u jekk fl-affermattiv, liema huma? f) Liema huma l-villaġġi li jieħdu l-provvista ta' l-ilma tagħhom minn San Niklaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-gibjun ta' San Niklaw maghruf ahjar bhala l-gibjun tal-Qrendi ghandu kapacita' ta' 55,000 metru kubu. Dan il-gibjun jipprovdi madwar 20,000 metru kubu kuljum. Il-gibjun tal-Qrendi jiehu l-ilma mill-impjant ta' l-R.O. li jinsab Lapsi, kif ukoll minn xi boreholes u mill-Pumping Station li jinsab Ta' Kandja. Il-provvista ta' l-ilma ghall-gibjun tal-Qrendi hija wkoll mizjuda minn ilma mill-gibjuni f' Ta' Qali meta jkun hemm bzonn. L-ilma gol-gibjun tal-Qrendi ghandu madwar 55% ilma ta' l-R.O. u madwar 45% ilma mis-sorsi ta' taht l-art. Dan il-gibjun iforni ilma lil dawn il-gibjuni: Zonqor li jinsab f' Marsaskala Nigret li jinsab iz-Zurrieq Schinas li jinsab Hal-Luqa Ghaxaq li jinsab Hal-Ghaxaq Il-lokalitajiet li jiehdu l-provvista ta' l-ilma mill-gibjun tal-Qrendi huma: Birzebbuga,Cospicua, Fgura, Ghaxaq, Gudja, Kalkara, Kirkop, Luqa, Marsa , Marsaskala, Mqabba, Paola, Qrendi, Safi, Santa Lucija, Senglea, Tarxien, Vittoriosa, Xghajra, Zabbar, Zejtun u Zurrieq.

Sewege treatment plant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratt għas-sewage treatment plant tat-Tramuntana ta' Malta ma ingħatax bit-tender meta dak l-istess servizz f'Għawdex ingħata b'tender? Jista' il-Ministru jgħid kemm jiswa' dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Enemalta — Kontijiet imħallsin mill-Gvern

Question

Kemm kien il-kont li l-Gvern ħallas lill-Enemalta għal-provvista tal-kurrent elettriku biex jinxtegħlu t-toroq ta' Malta matul is-sena 2003? Kemm kien il-kont għal-konsum fl-ewwel 6 xhur ta din is-sena, 2004? Kemm kien il-kont għal-konsum għall-provvista tal-kurrent eletriku li ħallas il-Gvern lill-Enemalta għall-użu fl-uffiċini u workships u stabbilimenti oħra kemm governattivi u dawk parastatali għall-istess perjodi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Little Armier — Servizz ta' dawl f'beach rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni Enemalta biex twassal is-servizzi tad-dawl fejn se jinbnew iżjed minn 1,500 beach room fl-inħawi ta' Little Armier skond applikazzjoni li saret lill-MEPA fi Frar ta' din is-sena? Kemm hu stmat li se tqum l-ispiża biex jitwassal dan is-servizz fl-inħawi u min se jħallas għat-twassil ta' dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li dan il-progett huwa ta' Ministeru iehor u l-Enemalta s'issa tat numru ta' options ta' kif jista' jsir ix-xoghol imsemmi fid-domanda. Ghall aktar dettalji nitolbok tressaq id-domanda lill-Ministru koncernat.

Little Armier — Servizz ta' drenaġġ u ilma f'beach rooms

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandha l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex twassal is-servizzi tad-drenaġġ u l-ilma lill-iżjed minn 1,500 beach room li saret applikazzjoni għalihom biex jinbnew fl-inħawi tal-Little Armier? Kemm hi stmata li se tkun in-nefqa għal kull wieħed minn dawn is-servizzi u min se jġorr l-ispiża biex dawn is-servizzi jiġu estiżi f'dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Mellieħa — Tal-Masrija -

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-korporazzjoni Enemalta tipprovdi d-dawl pubbliku meħtieġ fl-inħawi residenzjali magħrufa bħala tal-Masrija fil-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

L-installazzjoni ta' bozoz godda, minhabba l-process tad-devoluzzjoni, issa saret ir-responsabilita tal-Kunsilli Lokali u ma ghadhiex ta' l-Enemalta

Malta Enterprise — Biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu biljetti ta' l-ajru u akkomodazzjoni ta' lukandi barra minn Malta mill-aġenzija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-kumpannija Malta Enterprise minn kemm ilha li twaqqfet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MIA — Ajruplan KM615

Question

Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6428 u cioe' jista' jgħid jekk l-ajruplan li għamel it-titjira minn Ruma għal Malta KM615 ta' nhar is-Sibt 26 ta' Ġunju 2004 u li wasal Malta għall-ħabta tat-8.30 p.m. ġiex ipparkjat fil-parti ta' l-airport fejn proprju kien ġara l-inċident ta' ajruplan ieħor ta' l-Air Malta li kien ħabat ma' arblu u għamel ħsarat konsiderevoli? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li pparkja hemm meta fl-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Saviour Demicoli kien ikkonkluda li din il-parti ta' l-ajruport hi nieqsa minn ċerti faċilitajiet u li setgħu wasslu għall-inċident imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Tarzna/Malta Shipbuilding — Ex-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt li ffirmaw l-ex ħaddiema tat-Tarzna/Shipbuilding obbligawx ruħhom li jridu jew ma jridux ikollhom imorru jaħdmu ta' bilfors ma' entitajiet privati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Kalaxlokk Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala xi drabi x-xogħol li ngħatat id-ditta Kalaxlokk din ta' l-aħħar tagħtih b'sub contract lil terzi? Kemm għamlet telf il-kumpannija matul is-sena li għaddiet (2003)?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fl-okkazzjonijiet ta' meta il-kumpanija tirrikorri għall-terżi huwa meta l-kompetenzi u r-rizorzi interni tal-Kumpanija ma jippermettux li x-xogħol isir mill-Kumpanija. Fis-sena finanzjarja li għalqet fl-2003, il-Kumpanija għamlet telf ta' LM17,470.

Kalaxlokk Co. Ltd. — Allowances

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' allowances (inkluż tat-trasport) igawdu l-konsulenti, iċ-chairman u l-managers tal-kumpannija Kalaxlokk?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija m'għandha l-ebda konsulent, għajr li tagħmel użu minn servizzi professjonali ta' accountant u żewġ periti. Dawn ma jirċievu l-ebda allowance. Iċ-Ċhairman u l-Manager m'għandhom l-ebda allowance għajr li jirċievu transport allowance ta' mitt lira maltija fix-xahar.

Kalaxlokk Co. Ltd. — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jivverifika kif ħaddiema tal-kumpannija Kalaxlokk qegħdin jintbagħtu għall-interviews permezz ta' sempliċi telefonata minflok b'avviż miktub? Jaf il-Ministru li l-jobs li qegħdin jiġu offruti m'għandhom x'jaqsmu xejn max-xogħol li normalment jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant ghandu jkun infurmat li dawk l-impjegati li jigu identifikati sabiex jattendu ghal xi "interview" dawn jigu ikkuntattjati bit-telephone sabiex jattendu laqgha mal-Management biex jispjega verbalment in-natura tax-xoghol li qed jigi offrut. Prezentament il-Kumpanija ghaddejja minn perjodu ta nuqqas ta' xoghol u ghaldaqstant il-Management qed jipprova li jsib xoghol alternattiv lill-haddiema minflok ma jittiehdu mizuri ohra.

Kalaxlokk Co. Ltd. — Uffiċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' l-ispejjeż li l-kumpannija Kalaxlokk għamlet fl-uffiċini ġodda tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li sabiex il-Malta Enterprise tigi akkomodata fl-ufficini tat-Trade Centre, il-Kumpanija Kalaxlokk kellha tigi trasferita ghall-ufficini ohra f'San Gwann. L-ispejjez involuti lehqu l-ammont ta' Lm2836.

Kalaxlokk Co. Ltd. — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fadal ħaddiema ma' Kalaxlokk, inkluż dawk on loan? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Kif inhuma maqsuma u x-xogħlijiet qegħdin jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm hemm managers u x'inhu s-salarju tagħhom? Kemm hemm periti, min huma u kif qegħdin jitħallsu? Min hu l-konsulent finanzjarju u kemm qiegħed jitħallas? Min hu l-konsulent legali u kemm qiegħed jitħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija Kalaxlokk ghandha fuq il-kotba taghha 127 haddiem. Is-snajja tal-haddiema u gradi jinkludu Labourers, Constuction Tradesman u Technical Officers li jammontaw ghal 121 haddiem kif ukoll nukleu ta' 6 haddiema fl-Amministrazzjoni u Middle Management. Il-haddiema huma mqassma fuq diversi lantijiet tax-xoghol, progetti ta' kostruzzjoni, tindif u xoghol iehor f'enitajiet pubblici. Il-Kumpanija ghandha Manager wiehed u s-salarju tieghu jilhaq Lm6360 fis-sena. Il-Kumpanija m'ghandhiex Periti mpjegati maghha izda qed taghmel uzu minn zewg periti li ghalihom qed thallas Lm600 kull wiehed fix-xahar. Il-Periti huma s-Sinjuri Joseph Grech u Philip Mifsud. Il-Financial Controller tal-Kumpanija huwa s-Sur Saviour Agius li jithallas Lm670 fix-xahar. Il-Kumpanija m'ghandhiex konsulent legali.

WSC — Każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont anness ma' din id-domanda parlamentari qed jiġi għoli ħafna u l-konsumatur, għal diversi drabi, ilmenta ma' l-awtoritajiet u qed iħoss li l-ilment tiegħu qed jaqa' fuq widnejn torox?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li t-total pendenti ta' LM482.27 ikopri il-perjodu mit-2 ta' Mejju 2002 sas-6 ta' Marzu 2004. Dan it-total jiġbor fih 6 kontijiet. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ma għandiex 'records' li dan il-konsumatur qatt għamel xi lment matul dan iż-żmien. Għalhemm, il-kontijiet prima facie ma jidħrux esagerati għal ħamsa minn nies. Naturalment, meta konsumatur idum ma jħallas kontijiet għal sena w nofs, iċ-ċifra ta' sitt kontijiet flimkien jkunu jidhru 'esagerati' ħdejn iċ-ċifra ta' kont f'perjodu wieħed.

WSC — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jkun verifikat il-kont ta' anzjan li ismu qed jintbagħat separatament, li jgħix waħdu u li l-kont tad-dawl u l-ilma tiegħu minn Lm22.05 ta' 212-il ġurnata issa sploda għal Lm84.27 ta' 170 ġurnata? Jista' jindaga peress li din iż-żieda tidher li hi esaġerata u qed tkun ta' piż ġdid fuq l-anzjani tagħna?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-kont huwa mill-10 ta' Novembru 2003 sat-28 ta' April 2004 u huwa ta' LM5.59 ilma u LM78.68 dawl. Il-qari tad-dawl ġie verifikat, għalhekk huwa korrett. Mill-qari li ttieħed fil-5 ta' Lulju 2004, jidher li l-konsum tiegħu reġa nieżel, għalhekk l-unika konklużjoni plawsibli hi, li l-konsumatur kellu konsum ta' l-elettriku aktar mis-soltu fil-perjodu msemmi.