Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8618 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-emendi li hemm riferenza għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 7525 dwar il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-emendi li għalihom hemm riferenza wkoll fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Numru 7525 fil-fatt issa saru. Kopja tad-dokument dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tkun tista' titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jiġu finalizzati t-tħejjijiet għall-pubblikazzjoni ta' dan id-dokument.
Leg 9 PQ #8619 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentri sportivi — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar it-tliet ċentri sportivi ġiex diskuss fil-Kabinett? Jekk iva, jista' jagħmel pubbliku dan ir-rapport billi jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva kopja tiegħu tkun tista' titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.
Leg 9 PQ #8696 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tat midalji bejn l-1983 u issa l-Foundation for International Studies ta' Old University Buildings, St Paul Str, Valletta sena b'sena u f'kull każ jagħti d-data; l-isem ta' min irċieva l-midalja; ir-raġuni ta' l-għotja; u jekk il-midalja kenitx tad-deheb, fidda jew xi materjal ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni tat medalji tal- bronż jew gold plated lil dawn il-persuni għall-kontribut tagħhom lejn il-Fondazzjoni: 1987 Prof Richard England, Architect, University of Malta 1988 Prof Elizabeth Mann Borgese, International Ocean Institute 1989 Mr Victor Passmore, British Artist 1990 Mr Victor Meslin, former President, University of Paris IV Sorbonne 1996 Prof Mario Ruivo, University of Oporto Dr Jean Pierre Massue, Council of Europe Judge Mohammed Bedjawin, President, International Court of Justice
Leg 9 PQ #8746 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sparar ta' l-airguns

Question

Billi Malta bagħtet żewġ kompetituri biex jieħdu sehem fl-isparar ta'l-airguns ġewwa l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar meta dan l-isport huwa illegali hawn Malta, jidhirlux il-Ministru illi xi ħadd mill-ministeru tiegħu għandu jew jgħid kif intgħażlu dawn il-persuni jew jgħid illi din l-anomalija m'hijiex se tirrepeti ruħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5536 mgħotija f'Seduta numru 75.
Leg 9 PQ #8748 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sparar ta' l-airguns

Question

Billi l-isport ta' l-isparar ta' l-airguns huwa sal-lum illegali hawn Malta u ħadd ma għandu permess jispara airgun u billi Malta bagħtet żewġ tiraturi jirrappreżentaw lil pajjiżna fuq livell nazzjonali ġo sport li hawn Malta huwa illegali, jidhirlux il-Ministru li għandha ssir investigazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ħalli jaraw kif intgħażlu dawn in-nies, u jekk l-għażla tagħhom kenitx waħda li saret b'mod illi kienet ġusta u li saret b'mod mill-aktar trasparenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5536 mgħotija f'Seduta 75 u għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti Numru 8746.
Leg 9 PQ #9067 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal b'dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li jbatu mid-dyslexia ma ġewx mogħtija l-facilitator waqt l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Unit tal-SPLD għadda l-ismijiet ta' l-istudenti li kellhom bżonn l-għajnuna fl-eżamijiet annwali lid-dipartiment. Dawn ġew mgħoddija lill-kapijiet ta' l-iskejjel konċernati, li ġew mitluba biex jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għas-suġġetti bażiċi. Jekk tagħtini dettalji partikolari inkun nista' nistħarreġ aktar.
Leg 9 PQ #8198 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpanija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) inħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tindif tal-uffiċji tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni normalment isir mill-fattigi. Madanakollu, matul il-perjodu msemmi, f'żewġ okkażjonjiet sar xogħol urġenti ta' tindif minn kumpaniji privati wara xogħol ta'refurbishment. Dan ix-xogħol ta' tindif kien jikkonsisti kif ġej: 1. Tindif ta' kurituri u twieqi wara sejħa għall-kwotazzjonijiet numru DCS/2 fejn intlaqgħet l-offerta tal-Bad Boy Cleaning Services Ltd għas-somma ta' Lm80. 2. Tindif tal-pjan tal-Ministeru minn Salamander Janitor Services Ltd għas-somma ta' Lm37.38. M'hix proċedura normali li jitpoġġew l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8242 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema kwalifikati sabiex jedukaw lill-istudenti b'diżabilita' li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat? Meta kkwalifikaw? F'liema qasam u x'taħriġ jingħatalhom sabiex jibqgħu aġġornati maż-żminijiet moderni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8243 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat — Malta - Skola C. Pullicino

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdiedu l-cleaners fl-iskola sekondarja tal-bniet C. Pullicino, Rabat, Malta? Peress li din l-iskola tirċievi madwar 700 student, jista' l-Ministru japprova din iż-żieda fl-interess ta' aktar indafa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa f'din l-Iskola hemm: * Messaġġiera * Supervisor * 2 General Hands responsabbli għat-tindif * 2 Ħaddiema għal manutenzjoni * 3 Casual Cleaners Ma' dawn hemm ukoll General Hand responsabbli għat-tindif, li bħal issa qiegħda bil-Parental Leave u li ser tirrapporta lura għax-xogħol fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #8613 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tipjip/alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7629?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-problemi tat-tipjip u l-alkohol jingħataw attenzjoni speċjali fl-iskejjel Sekondarji f'suġġetti tal-kurrikulu bħal Personal and Social Education, Home Economics, Studju Soċjali u Bijoloġija. L-istudenti ta' 15-il sena jattendu Seminar ta' tliet ijiem bl-isem "Irrid Nagħżel Tajjeb" fejn issir enfażi fuq skills importanti bħal Valuri, Kif Tieħu Deċiżjoni u Relazzjonijiet, li huma innovati biex jgħin fil-prevenzjoni minn droga, alkohol u tipjip. Il-laqgħat isiru fi gruppi żgħar sabiex l-istudenti kollha jiddiskutu ma' għalliema professjonali. Fl-aħħar ġurnata tas-Seminar, l-istudenti jkunu jistgħu jitolbu pariri ta' tabib preżenti. Informat ukoll li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni taħdem id f'id ma' għaqdiet bħal Caritas, Oasi u s-Sedqa biex fost l-istudenti anke fi skejjel Primarji jsir xogħol ta' prevenzjoni minn dawn il-problemi. Persuni mħarrġa minn dawn l-għaqdiet imorru fl-iskejjel biex jiddiskutu dawn is-suġġetti mat-tfal. L-Oasi u s-Sedqa organizzaw korsijiet għal għalliema biex jgħinuhom jaħdmu aħjar f'dan il-qasam fost l-istudenti.
Leg 9 PQ #8690 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999 l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ivvjaġġat a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: id-data; il-postijiet fejn mar; l-iskop tal-vjaġġ u kemm ġie jiswa b'kollox il-vjaġġ mill-fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8691 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozza self-drive

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 kemm-il darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament kriet karozza self-drive jew chauffer driven hawn Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop jew ir-raġunni tal-kirja; u (ċ) kemm ġiet tiswa b'kollox il-kirja minn fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8692 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 kemm-il darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tħallset għal okkażjonijiet ta' hospitality jew entertainment hawn Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu, u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop u d-deskrizzjoni ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm ġiet tiswa l-okkażjoni minn fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8693 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Segretarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu humiex iħallsu direttament jew indirettament għas-salarju jew ħlasijiet oħra tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem bħala segretarja f'The International Foundation, 54 West Str, Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tweġiba fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8694 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Fondazzjoni Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament il-kera; il-kont ta' l-elettriku; il-kont ta' l-ilma; il-kont tat-telephone jew fax għal-linji 237249 u 221473 ta' The International Foundation ta' 54 West Str, Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8695 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu humiex iħallsu direttament jew indirettament għal kont tat-telecell privat numru 09492383 tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8783 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-użu tal-bini li kien kindergarten ġewwa Brittania Street, Raħal Ġdid? Jistgħu fil-frattemp jittieħdu passi sabiex jiġi mbarrat kull aċċess għal dan il-bini abbandunat minħabba d-diversi abbużi ta' droga li jseħħu fih?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li tlabt li jittieħdu l-passi mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija, qed nivverifika l-użu maħsub tal-post imsemmi.
Leg 9 PQ #8784 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jara x'inhi r-raġuni għaliex fis-6 ta' Lulju, 1999 il-kap ta' l-iskola primarja ġewwa Triq Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid irċeviet telefonata mingħand xi ħadd mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jinformaha li, minkejja li kien hemm Lm26,000 approvati għat-tiswija tat-toilets f'din l-iskola, dan ix-xogħol ma setgħex isir u dan meta t-toilets ilhom ma jissewwew sa minn meta nbniet din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Isteering Committee for School Refurbishment iddeċieda li l-'Contracts tender' joħroġ fil-bidu tas-sena 2000 biex ix-xogħol jibda f'Lulju tal-istess sena.
Leg 9 PQ #8865 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Distrett Nru. 3 — Għaqdiet sportivi/kulturali

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward in-numru u l-isem ta' l-għaqdiet sportivi u kulturali li applikaw biex jingħataw premises aħjar u li jkunu tagħhom fit-Tielet Distrett Elettorali (Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm erba' għaqdiet sportivi u kulturali fit-Tielet Distrett li talbu sabiex jamministraw il-faċilitajiet tal-postijiet tal-clubs rispettivi tagħhom. Dawn huma: * M'Scala Girl Guides * Żabbar Boċċi Club * Xgħajra Boċċi Club * Żejtun Boċċi Club
Leg 9 PQ #8873 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Raba' Protokoll Finanzjarju

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta tilfet madwar EUR 2.3 miljuni għat-twaqqif tal-Kulleġġ Vokazzjonali mir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'April 1998 il-Policy and Research Department tal-Korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp resqet proposta għall-allokazzjoni ta' fondi mir-Raba' Protokol Finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea għar-ristrutturar ta' l-industrija biex tkun tista' tikkompeti f'ambjent ta' suq ħieles. F'dan il-kuntest intalbet l-għajnuna għat-twaqqif ta' Kulleġġ Vokazzjoniali. Ġejt informat ukoll li l-Kummissjoni indikat li tista' tkun lesta tikkonsidra li tiffinanzja programmi li jsiru fil-Kulleġġ meta dan jitwaqqaf, imma mhux it-twaqqif ta' l-istess Kulleġġ. Għaldaqstant ma jirriżultawx ċirkostanzi li bihom nista' nikkonferma dak li qed jallega l-Onor. Kollega.