Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8807 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut MA Sapiano e

Question

L-apparat tas-CNCs li hemm fl-Istitut MA Sapiano kemm-il darba ntuża minn Ottubru, 1998 sa Ġunju, 1999? Minn min intuża f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8820 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tiegħu u tas-segretarju parlamentari dwar il-VAT fuq l-isports? Sar xi studju sabiex jara l-impatt ta' din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru diskussjonijiet u laqgħat dwar l-implikazzjonijiet tal-VAT fuq l-iSport mal-Ministru tal-Finanzi. F'dawn il-laqgħat ġie iċċarat fuq liema mill-bosta attivitajiet li fihom huma nvoluti għaqdiet sportivi għandha tinġabar it-taxxa tal-VAT. Saret ukoll rakkomandazzjonijiet li xi talbiet dwar ħlasijiet dovuti li seta' kien hemm minn snin mgħoddija jkunu maħfura għar-raġuni li l-pożizzjoni kienet għadha ma ġietx iċċarata. Dit it-talba ġiet milqugħa.
Leg 9 PQ #8893 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Wirja Russian Fantasy

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru biex itellgħu l-wirja Russian Fantasy fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jgħid x'kien is-sehem tas-Segretarjat ta' l-Isport u Kultura f'din il-wirja? Kemm daħħlet il-Pixxina Nazzjonali minn sponsorships f'din il-wirja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispejjeż li saru biex ittellgħet il-wirja Russian Fantasy fil-Pixxina Nazzjonali kienu jammontaw għal Lm5,055.25, imqassmin hekk: Reklamar Lm 333.60 Titjiriet Internazzjonali inklużi t-Taxxi Lm 382.00 Kiri ta' Karozzi Lm 247.00 Hospitality, akkomodazzjoni, ikel Lm1207.55 Stampar Lm 405.00 Kiri ta' makkinarju Lm 185.00 Kiri ta' l-istage Lm 100.00 Comperes Lm 250.00 Sound and Lighting Effects Lm 750.00* Spejjeż żgħar oħra Lm 195.10 Troupe Russu Lm1000.00 Is-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport għen billi ħallas għall-ispiża tas-Sound & Lighting Effects u wkoll biex, bil-patroċinju tiegħu, jiffaċilita r-relazzjonijiet ma' l-Uffiċċju tas-Citizenship and Expatriate Affairs. Is-Segretarjat ħass li kellu jgħin f'din l-ewwel attivita` ta' dan it-tip għaliex tressaq nies ġodda lejn il-kumpless. B'aktar pubbliċita` dawn l-attivitajiet jistgħu jibdew isiru bi qliegħ. Id-dħul minn sponsorships għal din il-wirja kien jammonta għal Lm2,900.00. liema somma tinkludi Lm750* mgħotija mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport. L-ammont tad-dħul mill-bejgħ ta' biljetti kien jammonta għal Lm2,626.80.
Leg 9 PQ #8894 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-somma totali li l-Gvern għadda lill-Knisja għall-iskejjel tagħha matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figuri għal kemm ingħata għas-salarji ta' l-għalliema, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma totali li l-Gvern għadda lill-Knisja għall-iskejjel tagħha matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet kienet ta' Lm5,183,813. Informat ukoll li minn din is-somma, Lm4,665,432 tħallsu bħala salarji ta' l-għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel tal-Knisja u Lm518,381 tħallsu bħala spejjeż ġenerali ta' 10 fil-mija kif provdut fil-ftehim tal-1991 bejn il-Vatikan u l-Gvern Malti.
Leg 9 PQ #8895 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Privati - Miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret minn awtoritajiet ta' skejjel privati biex jgħollu l-miżati għas-sena skolastika li jmiss? Liema skejjel kienu u b'kemm iridu jgħollu? Kien hemm approvazzjoni mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa hemm 4 Skejjel Indipendenti li ser iżidu l-miżata għas-sena skolastika li jmiss, u li nfurmawni kif tirrikjedi l-liġi. Dawn huma: Fees per Term Żieda ta' 1999/2000 kull term Little Angels School Kinder Lm105 LM27 Primary Lm140 Lm10 Bambi/Anthony Lawrence Bartolo Kinder Lm 95 Lm 3 Year 1 - 2 Lm119 Lm 4 Year 3 - 4 Lm126 Lm 4 Year 5 - 6 Lm132 Lm 4 St Ceclia Kindergarten Kinder Lm 95 Lm10 The Lakin School Kinder Level (Part-time) Lm 65 Lm 5 (full-time) Lm 75 Lm 5 Pre Primary Level Lm 84 Lm 2 Primary Level Lm 90 Lm 2 Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-proċedura skond l-Avviżi Legal tal-1990 u tal-1994 hija li: a) Il-Miżati ma jistgħux jogħlew qabel ma jingħata Avviż lil Ministru tal-Edukazzjoni, ta' l-anqas xahar qabel ma jsir it-tibdil. b) Il-Miżati ma jistgħux jogħlew matul is-sena skolastika.
Leg 9 PQ #9142 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid

Question

Veru li t-tfal li kienu jattendu Form 3, f'St. Joseph Junior Lyceum, Kordin, Raħal Ġdid tant tilfu lezzjonijiet tal-fiżika matul is-sena li se jkollhom jiddaħlu fis-sajf waqt il-vaganzi biex jagħmlu tajjeb għal dak li tilfu? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni li tħalliet tiżviluppa din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lezzjonijiet imsemmija qed jingħataw fuq inizjattiva tal-Kunsill ta' l-Iskola li ħass li kellu jieħu dan il-pass minħabba li l-istudenti tilfu xi lezzjonijiet matul is-sena minħabba li l-għalliem kien marid.
Leg 9 PQ #9159 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Kotba ta' awturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'isimhom iż-żewġ pubblikazzjonijiet ġodda li rrifera għalihom il-Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żewġ publikazzjonijiet ġodda li rriferejt għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659 huma: 1. Noli Noli 1 Noli Noli 2 2. Nagħdriet 1 Nagħdriet 2
Leg 9 PQ #9191 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Nurse fil-librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qed taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care? Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha? X'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perijodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa? X'inhuma l-allowances li għandha għall-Ħdud u l-festi pubbliċi? Mil-liema vot qed jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9263 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Conversion Course

Question

Billi naf li hemm mill-anqas enrolled nurse wieħed li jaħdem fi sptar privat u li hu interessat li jkun sponsored mill-istess sptar fejn jaħdem biex jagħmel il-Conversion Course għall-SRN u billi dan it-tip ta' kors isir biss mill-Institute of Health Care, għaliex persuni bħal dawn ma jitħallewx jattendu għal dan il-kors la darba l-institute se jitħallas għal dan il-Conversion Course mill-isptar privat in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #8370 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Minn Settembru, 1998 sa Ġunju, 1999 fiex kien jikkonsisti x-xogħol kollu li sar mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Matul dan il-perijodu kemm intalab u kemm ingħata l-parir tal-kunsill lill-gvern dwar politika fix-xjenza u teknoloġija? X'attivitajiet oħra ġew organizzati mill-kunsill f'dan il-perijodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-9 ta' Settembru 1998, il-membri tal-Kunsill preċedenti taw ir-riżenja tagħhom u l-impjegati tal-Fondazzjoni baqgħu jaħdmu fuq xogħol u proġetti assenjati mill-Kunsill ta' qabel flimkien ma' xi inizjattivi ġodda. Fid-19 ta' Frar 1999 inħatru l-membri tal-Kunsill il-ġdid u mill-ewwel bdew ifasslu direzzjoni ġdida rigward pjan ta' ħidma (Rif. P.Q. 6888). Kienu diversi l-okkażjonijiet fejn il-Kunsill ta pariri lill-Gvern, fosthom rigward kooperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn Malta u pajjiżi oħra; State of the Environment Report lill-Ministeru ta' l-ambjent, tifli l-leġislazzjoni Ewropea taħt Kapitlu 17, Xjenza u Riċerka; xogħol fuq Energy Policy għal Malta; pariri lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar rigward reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura u l-istat ta' l-Edukazzjoni tax-Xjenza f'Malta. Uħud mill-attivitajiet l-oħra li saru fil-perjodu bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999 kienu s-'Science Week', l-inawgurazzjoni tal-'Innova Awards' għal studenti li jagħmlu proġetti fix-xjenza u teknoloġija, diversi attivitajiet ta' promozzjoni għal parteċipazzjoni taħt il-'Fifth Framework Programme' tal-Unjoni Ewropea, diskussjoni dwar iżjed kooperazzjoni u proġetti flimkien ma' entitajiet lokali u barranin, eżempju: Dr. Ken Lum, Segretarju tal-Commonwealth Science Council u Direttur tad-Diviżjoni tax-Xjenza u Teknoloġija.
Leg 9 PQ #8371 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jaħdmu mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? F'kull każ, x'inhu x-xogħol ta' kull persuna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuni li jaħdmu mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, u wkoll il-karigi tagħhom, huma l-istess bħal ma kienu taħt il-Kunsill preċedenti, ħlief għar-riżenja ta' żewġ part-timers: a) Persuna li kienet inkarigata minn "Network" ta' l-industrija. b) Persuna li kienet inkarigata minn "Network" tal-Bio-diversita. Informat ukoll li l-Kunsill il-ġdid beħsiebu jaġġorna l-istruttura organizzattiva skond il-ħtiġijiet kif imfissra fil-pjan ta' ħidma. Nirreferi lil-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6888.
Leg 9 PQ #8622 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Żgħażagħ illitterati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żgħażagħ li huma llitterati u bla snajja' jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jekk kemm-il darba Malta tissieħeb bħala membru sħiħ? X'inhuma l-possibbiltajiet li nibdew nipparteċipaw minn issa f'dawn il-programmi u dan bħalma ġara anke fi żmien meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-E.T.C.
Leg 9 PQ #8624 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tar-regolamenti dwar is-sistema ġdida ta' l-istipendji? Jista' jgħid jekk dawn ir-regolamenti humiex se jkunu konformi mal-wegħda li nsibu fil-programm elettorali tal-PN, jiġifieri li jingħataw stipendji sħaħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed naħdem biex ir-Regolamenti jkunu in vigore qabel tibda s-sena akkademika li jmiss.
Leg 9 PQ #8988 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Belt Valletta — Mini - mapep

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għadhomx jeżistu mapep tal-mini li hemm taħt il-Belt Valletta, liema mini kienu nbnew mill-Kavallieri ta' San Ġwann?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Iterpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Artijiet.
Leg 9 PQ #8246 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema u casuals li spiċċaw bl-eta' ta' 61 sena bejn Jannar u Mejju 'il hawn? Kemm huwa mistenni li jirtiraw għalliema sa Diċembru, 1999 bl-eta' ta' 61 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li spiċċaw bl-eta` ta' 61 sena bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena hu għaxra (10). Bejn Ġunju u Diċembru 1999 hu mistenni li jirtiraw dsatax-il għalliem. M'hemm ebda għalliem każwali li spiċċa bl-eta` ta' 61 sena.
Leg 9 PQ #8369 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija — Business plan

Question

Tfassal il-business plan tat-tliet snin li ġejjin mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Meta ntbagħat lill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Business Plan tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għat-tlett snin li ġejjin issa hu mfassal. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6888 fejn ingħatat indikazzjoni ta' pjan ta' ħidma. Informat ukoll li l-Business Plan intbgħat lill-Ministeru tal-Finanzi fl-10 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #8614 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Programmi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jibbenefikaw persuni mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea? Minn liema kategorija ġejjin dawn il-persuni? Kemm ibbenefikaw persuni minn mindu Malta applikat għas-sħubija sħiħa fl-1990 sal-lum? Jista' jgħid taħt liema kategorija jaqgħu u jagħti din l-informazzjoni sena b'sena u bl-etajiet ta' dawn il-persuni u s-sess tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 11152 (seduta 173 tat-13 ta' Jannar 1998) u 12080 (seduta 193 tat-2 ta' Marzu 1998).
Leg 9 PQ #8615 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hu l-isports l-ieħor, minbarra l-football, li fuqu issa se tibda tiġi mitluba li titħallas it-taxxa tal-VAT?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8616 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni sportiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji u pjanijiet qed tagħmel id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex ikollna edukazzjoni sportiva fl-iskejjel primarji u sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat li jkun hemm: * Żieda fin-numru ta' għalliema tal-E.F. fl-iskejjel Primarji * Inizjattivi ta' "awareness" u taħriġ fost l-għalliema tal-iskejjel primarji biex kull skola jkollha programm ta' kwalita` aħjar ta' tagħlim, u ta' attivitajiet extrakurrikulari sportivi. * Tixrid u prattika ta' sillabu u ta' skemi ta' tagħlim li joffru lill-għalliema tal-E.F. fil-Junior Lyceums u fl- Iskejjel Sekondarji sensiela ta' miri li għandhom jintlaħqu. * Li l-Edukazzjoni Fiżika, apparti li tibqa' bil-ħin allokat bħala "core subject", tkun offruta wkoll bħala suġġett "option" fil-Form 3 tal-Junior Lyceum u wkoll fil-Form 4 tal-Area Secondary, biex b'hekk ikun hemm żieda konsiderevoli fin-numru tal-lezzjonijiet tal-E.F. * Li jissokta għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji programm ta' varjeta` wiesgħa ta' sports bħala attivitajiet extrakurrikulari. * Id-Dipartiment jinkorraġġixxi inizjattivi sabiex il- faċilitajiet fl-iskejjel jintużaw għal attivitajiet sportivi wara l-ħin normali tal-iskola, u dan prinċipalment mill- istudenti li jattendu l-istess skola.
Leg 9 PQ #8617 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-ispejjeż li saru mill-Gvern konnessi mal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7476 tal-31 ta' Mejju 1999 mgħotija f'Seduta Numru 116.