Jista' l-Ministru jgħid min se jmexxi l-iskola speċjali tal-Wardija fis-sena skolastika li jmiss?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ttieħdu l-passi meħtieġa biex l-iskola speċjali tal-Wardija titmexxa kif inhu xieraq fis-sena skolastika li jmiss. Deċiżjoni finali tittieħed fid-dawl tar-rapport li tħejja minn konsulent dwar l-irwol ta' l-iskejjel speċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kors se jagħmlu s-supply kindergarten assistants li jaħdmu full timetable ma' tfal bi bżonnijiet speċjali biex isiru tal-post? Fiex se jkun jikkonsisti dan il-kors? Kemm se jkun twil? Meta se jingħata? Fi x'ħin? Min se jmexxi l-kors u jgħallem fih?
Response (GALEA, LOUIS)
Qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni kif ukoll mal-Malta Union of Teachers rigward il-pożizzjoni partikulari tas-supply kindergarten assistants li jaħdmu ma' tfal bi bżonnijiet speċjali. Għadu mhux il-mument li jingħataw aktar dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar it-talba tal-MUT li s-supply kindergarten assistants li jaħdmu full timetable jitħallsu għall-vaganzi tas-sajf? Meta se jitħallsu? Huma intitolati għal-leave? Kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru kkunsidra t-talba tal-MUT u ħass li għandu jirrakkomanda lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni sabiex tressaq il-każ miġjub mill-MUT għall-kunsiderazzjoni tal-Management and Personnel Office.
Is-Supply Kindergarten Assistant li jaħdmu full-time huma intitolati għal sittax-il siegħa u nofs leave speċjali, tlett ijiem sick leave b'paga sħiħa u tlett ijiem sick leave b'nofs paga. Huma intitolati wkoll għal jumejn leave jekk ikun hemm twelid jew mewt fil-familja u tlett ijiem f'każ li jiżżewġu. Dawn il-benefiċċji joħorġu mill-provedimenti tal-Avviż Legali 61/96.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li ħarġu madwar seba' charges kontra ħaddiema tat-Taqsima Sport fil-Marsa Sports Ground, ma tteħdux passi simili kontra ħaddiema oħra li b'mod miftuħ jagħmlu ferm agħar minn dawk akkużati, minkejja li jafu bihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ċ-charges li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jirrigwardaw allegazzjoni ta' aġir irresponsabbli minn xi ħaddiema biex jimminaw l-awtorita` fit-taqsima ta' l-iSport fil-Marsa.
Informat ukoll li kull min aġixxa b'dan il-mod inħariġlu charge kontra tiegħu. Ma jirriżultax li kien hemm xi ħaddiema oħra li aġixxew, jew qegħdin jaġixxu, b'dan il-mod irresponsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw studenti qabel iż-żmien fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet?
Kemm kienu bniet u kemm subien? X'kienu r-raġunijiet għaliex ingħatalhom il-permess li jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu s-16-il sena?
Jista' jagħti breakdown tal-lokalitajiet ta' fejn kienu joqogħdu dawn it-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li s-surmast tal-Kulleġġ ta' St. Edward's informa lill-ġenituri permezz ta' ittra li l-miżati tat-tfal kienu se jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid jekk intalabx permess mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar dan? Meta intalab il-permess u meta ngħata, jekk ingħata?
Jaf il-Ministru li għandi lmenti minn ġenituri li fil-fatt il-miżati għolew aktar minn dak li hemm fl-ittra fl-10 ta' Lulju għaliex issa t-tfal iridu jħallsu ta' l-ikel kull darba jekk iridu jieklu hemm, waqt li s'issa parti mill-miżata kienet dejjem intiża bħala ħlas mill-ġenituri għal ikel ta' nofs inhar? Jaf li dik il-parti li kienet għal ikel ma tnaqqsitx?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa l-Ministru tal-Edukazzjoni għadu ma rċieva ebda avviż mill-iskola msemmija dwar żieda fil-miżati għas-sena akkademika li jmiss.
Ninsab infurmat ukoll li d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ma kellha ebda lmenti mill-ġenituri dwar il-kontenut tat-tieni parti tad-domanda ta' l-Onor. Kollega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Numru 8004.
Fil-listi li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - Dok. A
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - Dok. B
Dipartiment tal-Mużewijiet - Dok. C
Dipartiment tal-Kultura - Dok. D
Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport - Dok. E
Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija - Dok. F
Public Broadcasting Services - Dok. G
Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u l-Mediterranean Conference Centre ma nefqux flus f'safar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999.
L-informazzjoni mitluba mill-Universita` ta' Malta għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7914, Seduta Nru. 126?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi s-suġġeriment li jinfetħu l-mużewijiet storiċi filgħaxija sejjer jiġi kkunsidrat meta ssir ir-riforma tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u s-settur tal-kultura u wirt storiku.
Minn Settembru, 1998 sa Ġunju, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva? X'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu f'dawn il-laqgħat? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ġew attwati?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva ġie appuntat fit-30 ta' Novembru 1999, u Ġunju 1999, iltaqa' 8 darbiet.
Uħud mid-deċiżjonijiet prinċipali li ttieħdu minn dan il-Kumitat u l-azzjoni li ttieħdet dwarhom kienu dawn:
DEĊIŻJONI AZZJONI
1. Il-proċess tar-reklutaġġ ta' Tfassal time frame għad-
facilitators każwali jsir fil- għad-dħul ta' studenti
ħin biex l-istudenti ma jilħqux b'diżabilita` fil-livell
jibdew jaqgħu lura ta' kindergarten fi Frar.
2. Inħatar sotto-kumitat biex Dan is-sotto-kumitat lesta
iħejji rapport dwar l- r-rapport tiegħu. Deċiżjoni
istatementing bord. dwaru tittieħed wara
aktar konsultazzjonijiet.
3. Dr Chris Bezzina ntalab Sar termini ta' riferenza
jagħmel rapport komprensiv għal dan l-istudju, u r-
dwar il-futur tal-iskejjel rapport ġie preżentat fit-
speċjali. 23 ta' Lulju 1999.
4. F'Ottubru 1999 għandu jsir Il-Fakulta` tal-Edukazzjoni
kors mill-Universita` biex intalbet tissottometti
ħaddiema li fil-preżent jagħmlu l-proposti tagħha għal dan
xogħol ta' facilitators iżda li il-kors.
m'għandhomx it-taħriġ neċessarju
f'livell ta' diploma, ikunu
jistgħu jilħqu dan il-livell.
5. Tinġabar informazzjoni dwar Din l-informazzjoni nġabret
studenti li ma humiex qed jieħdu u l-istudenti konċernati
s-servizz ta' edukazzjoni kollha bdew jieħdu dan is-
komprensiva. servizz edukattiv sal-
massimu possibbli.
6. Isir studju mill-Fakulta` ta' Din il-proposta ġiet
l-Edukazzjoni dwar studenti aċċettata mill-Fakulta`
b'diżabilita`(kemm fuq il-livell ta' l-Edukazzjoni u l-
individwali u anke bħala grupp) istudju se jkun iffinanzjat li ser jgħaddu mil-livell mill-Universita`.
primarju għal dak sekondarju.
7. L-istudenti b'diżabilita` li Il-kapijiet ta' l-iskejjel
kellhom jispiċċaw mill-iskejjel speċjali qed jaħdmu fuq dawn
speċjali f'Settembru 1999 il-programmi, u ġiet
għandhom jibqgħu fl-istess identifikata għalliema
skejjel biex isirilhom programm kwalifikata f'dan il-qasam
ta' transizzjoni ta' sena biex tikkoordina din il-
ħidma.
8. Skola Wens terġa' ssir dan Din id-deċiżjoni ġiet attwata.
is-sajf għal studenti b'
diżabilita` ta' bejn it-8 u
l-11-il sena li jattendu l-
iskejjel speċjali. Studenti b'
diżabilita` ta' l-istess eta`
li jattendu skejjel regolari
jistgħu jattendu Skola Sajf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern l-istatementing board mindu beda jiffunzjona? Kemm tħallsu s'issa l-membri li kienu u huma f'dan il-board?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istatementing Bord ma sewa xejn lill-Gvern minn mindu beda jiffunzjona. Il-membri tal-Bord ma nbidlux minn mindu twaqqaf f'Mejju 1998. Il-membri tal-Bord qatt ma tħallsu xejn tax-xogħol li għamlu u li għadhom qed jagħmlu. Bħalissa qed nikkunsidra proposti ta' titjib fl-istruttura u l-proċeduri ta' dan il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-istatementing board mindu ġie mwaqqaf? Kemm saru assessments u rakkomandazzjonijiet s'issa minnu? Kemm minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati u kemm ġew attwati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel irreġistrati bħala fondazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ u kemm irreġistrati bħala privati? Iż-żewġ tipi ta' skejjel jingħataw xi trattament differenti mill-gvern? Fil-każ, fiex tikkonsisti d-differenza?
Response (GALEA, LOUIS)
Fl-għoti tal-Liċenzja lill-iskejjel privati sive indipendenti (mhux tal-Knisja) ma tingħatax konsiderazzjoni dwar jekk l-iskola hix fondazzjoni li tagħmel jew ma tagħmilx qliegħ. Bħala istituzzjoni privata/indipendenti għandha dritt tiġbor il-fees mingħand il-ġenituri li jiffrekwentaw dik l-istituzzjoni ta' tagħlim.
Għaldaqstant ser impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' skejjel liċenzjati bħala privati/indipendenti (mhux tal-Knisja); l-ismijiet miktuba korsiv jirreferu għal dawk l-istituzzjonijiet/fondazzjonijiet li jistqarru li ma jagħmlux qliegħ i.e.
a) San Andrea (L-Imselliet L/O Żebbiegħ)
b) San Anton (L-Imselliet L/O Żebbiegħ)
c) St Edwards (Vittoriosa)
d) St Michael's Foundation (Pembroke)
Skejjel — Ta' l-Istat - Tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-gvern għandhom facilitator/kindergarten assistant/helper magħhom? Kemm minn dawn it-tfal għandhom diżabilita' fiżika u kemm għandhom diżabilita' mentali? F'liema livell ta' skola se jkunu dawn it-tfal fis-sena skolastika li ġejja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-gvern li għandhom facilitator/Kindergarten Assistant/helper magħhom huwa 423 li minnhom hemm 73 bi problemi fiżiċi, 338 bi problemi mentali u 12 bi problemi sensorjali. Fis-sena skolastika li jmiss hu maħsub li fl-iskejjel primarji se jkun hemm 45 fil-Kindergarten, 315 fil-primarji u 60 fis-sekondarji.
Skejjel — Tal-Knisja - Tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-knisja li għandhom facilitator imħallas mill-flus li l-gvern jgħaddi lill-knisja? Kemm huwa stmat li hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel privati li jixtiequ l-istess għajnuna finanzjarja pubblika għall-facilitator tagħhom? X'ġara mill-wegħda elettorali li dawn it-tfal jiġu mgħejjuna mill-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja imħallsa mill-flus li l-gvern jgħaddi lill-Knisja sal-lum huwa ta' 95. Din il-figura ma tinkludix il-każijiet pendenti li l-Istatementing Board għandu f'idejh bħalissa. Peress li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tipprovdix dan is-servizz lil tfal li jattendu l-iskejjel Privati Indipendenti ma jinżammx record ta' dawn it-talbiet.
Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji u tagħrif dwar il-korsijiet ta' taħriġ li l-KNŻ qed jorganizza flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlametari Numru 8590. Il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ huwa istituzzjoni awtonoma u l-Onor. Membru jista' jikkomunika mal-Kunsill għat-tagħrif li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-irwol ta' l-EU Liaison Officer fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Kif ġie appuntat dan l-uffiċjal u min hu? Għalkemm żmien ġie appuntat? X'inhu x-xogħol tiegħu fil-ministeru ta' l-edukazzjoni? Għandu xogħol ieħor fil-ministeru? Kemm qiegħed jieħu allowance? S'issa x'attivitajiet huma nvoluti fihom? Xi kwalifiki għandu dan l-uffiċjal u liema training ingħata f'dan il-qasam?
Response (GALEA, LOUIS)
L-irwol tal-EU Liaison Officer fil-Ministeru tal-Edukazzjoni hu li jikkordina l-ħidma tal-Ministru fil-proċess tal-i'screening' u, jekk ikun hemm bżonn, waqt il-proċess ta' negozjar u, meta eventwalment Malta ssir membru, l-istess uffiċjal jibqa' jikkordina l-ħidma li tkun trid issir fil-programmi edukattivi u ħidma oħra relatata magħha.
Dan l-uffiċjal hu s-Sur Joseph Sammut, Direttur, Pjanar u Żvilupp, u ntgħażel minħabba l-esperjenza tiegħu f'dan il-qasam fi żminijiet preċedenti. Dan l-uffiċjal qed iwettaq din il-ħidma flimkien max-xogħol l-ieħor li għandu fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Dan l-uffiċjal m'għandu ebda allowance għal dan ix-xogħol. Ix-xogħol ta' dan l-uffiċjal f'din il-ħatra s'issa kien l-aktar jikkonċerna l-proċess tal-i'screening'. Rigward il-kwalifiki u t-taħriġ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, nitolbu jara l-ewwel parti ta' din it-tweġiba.
Institute of Health Care — Occupational therapists
Question
Jikkunsidra l-Ministru li l-Institute of Health Care isir Masters għal Occupational Therapists hawn Malta, mingħajr ma' dawn l-Occupational Therapists ikollhom għalfejn jirriżenjaw minn mal-Gvern waqt li jkunu qed jagħmlu l-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Ottubru ta' 1999, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa ta' l-Universita` ta' Malta sejjer joffri għall-ewwel darba kors ta' studju li jwassal għall-Baċċelerat fl-Occupational Therapy. Sa issa l-Universita` ta' Malta mhix f'pożizzjoni li toffri programmi ta' Masters f'dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f'kull skola speċjali? X'inhuma l-etajiet tagħhom? Kemm minnhom huma bniet u kemm subien? X'diżabilitajiet għandhom? Kemm hemm minnhom b'diżabilita' mentali? Kemm hemm minnhom b'diżabilita' fiżika?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali ta' kull skola speċjali? Kemm hu r-ratio ta' studenti u teachers, kindergarten assistants u facilitators f'dawn l-iskejjel? kemm hi l-ispiża għat-trasport għal kull skola? Kemm hi l-ispiża għall-ikel għall-istudenti ta' kull skola speċjali? Kemm hi l-ispiża amministrattiva ta' kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu tas-sena skolastika Settembru 1998 sa Awissu 1999, l-ispiża totali ta' kull skola speċjali:-
San Miguel, St Andrews Lm218,514
Mater Dei, Msida Lm 45,317
Qrendi Visually Impaired Lm209,357
Guardian Angels, Ħamrun Lm277,685
Dun Manwel Attard, Wardija Lm129,252
Sta Marija Day School, Msida Lm128,384
Informat ukoll li r-ratio ta' studenti u teachers, Kindergarten Assistants u facilitators hu ta' 287:125.
spiża għat- spiża spiża
trasport għall- amminis-
ikel trattiva
LM LM LM
San Miguel, St Andrews 3,664 3,290 14,562
Mater Dei, Msida 5,366 1,214 1,246
Qrendi Visually Impaired 10,879 2,119 10,783
Guardian Angels, Ħamrun 21.806 7,110 11,829
Dun Manwel Attard, 15,804 5,397 2,960
Wardija
Sta Marija Day School, 14,300 4,100 4,509
Msida
Għaliex l-istudenta, li isimha qed jintbagħat separatament, u li s-sena li ġejja se tattendi Form IV fl-iskola sekondarja Adelaide Cini qed tiġi mċaħħda li tistudja l-chemistry wara li f'laqgħa apposta li saret fl-iskola fit-term skolastiku li għadu kemm intemm qalulha li tista' tagħżel il-chemistry? Għaliex din id-diskriminazzjoni kontra l-istudenti bniet? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
M'hemm ebda bażi għall-mistoqsija dwar diskriminazzjoni ma' studenti bniet. Informat li l-problema li jekk fi skola għandekx tiftaħ klassi ta' xi suġġett partikolari meta jkollok student jew studenta waħda biss kif inhu f'dan il-każ. B'danakollu ser niddiskutu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u nistħarreġ jekk hemmx rimedju.