Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9387 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żejtun - Maid

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta se terġa' tiġi replaced il-maid li tneħħiet mill-Iskola Primarja taż-Żejtun xhur ilu? Għaliex minkejja diversi wegħdiet lili personali minn uffiċjali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, li se tintbagħat maid sa l-1 ta' Jannar, 1999, s'issa jien informat li baqgħet ma marritx? Jaf il-Ministru li f'din l-iskola qed issir estensjoni ta' bini u allura hemm bżonn immedjat li tintbagħat maid?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser jiġu ngaġġati numru ta' "casual cleaners" dalwaqt u b'hekk l-ilment ta' l-Onorevoli Membru jiġi sodisfatt.
Leg 9 PQ #9002 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument

Question

Jista' l-Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi li huma membri tas-Segretarjat Privat tiegħu bil-grad tagħhom kif ukoll il-lokalita' reġistrata bħala l-indirizz tagħhom fuq il-karta ta' l-identita' li tappartjeni lilhom kif ukoll jgħid jekk għandhomx għall-użu tagħhom xi vettura jew xi telefon ċellulari provdut lilhom mill-Ministeru jew minn xi enti li taqa' taħtu jew inkella b'kirja għall-pożizzjonijiet ta' Ministry Communications Co-ordinator, Ministry Policy Co-ordinator, Ministry Projects Co-ordinator, l-erba' membri tas-Secretariat Pool, l-erba' Secretariat Messengers/Charwomen u ż-żewġ Drivers/Security Officers kif ukoll jagħti rendikont tal-fuel kollu minfuq u ta' kontijiet ta' telefons ċellulari kemm dawk li huma sejħiet, kiri jew xiri ta' settijiet għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

1. Rigward l-ismijiet u l-piżizzjoni tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi nirreferi għat-tweġiba diġa' mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 6625. 2. Rigward vetturi u rendikont ta' fuel nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8999. 3. Rigward telefon ċellulari nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6625.
Leg 9 PQ #9003 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Projects Office

Question

Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-artiklu ppubblikat fil-ħarġa tat-Tnejn, 28 ta' Ġunju 1999 tal-ġurnal "The Malta Independent", jgħid x'funzjonijiet għandu l-Projects Office tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni billi jelenka d-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi li dan għandu fl-istruttura ta' l-istess Ministeru kif ukoll jagħti l-lista bl-isem u l-kunjom ta' l-impjegati u l-konsulenti fi ħdanu, il-gradi rispettivi tagħhom flimkien mas-salarju tagħhom u kull tip ta' remunerazzjoni jew benefiċċji li jgawdu minnhom? Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-istess artiklu msemmi, jgħid min kienu ż-żewġ impjegati li inizjalment kienu ġew assenjati d-dmir "to deal with enquiries" kif ukoll jagħti l-gradi tagħhom, l-ammont tas-salarju tagħhom kif ukoll isemmi kull tip ta' benefiċċju li huma jgawdu? B'riferenza għall-istess artiklu, jista' l-Ministru jgħid ukoll min kienu "another 2 staff members had to pitch in and help cope with the constant stream of telephone calls and enquiries" billi filwaqt li jagħti l-ismijiet u l-gradi tagħhom, jgħid x'salarju għandhom u x'benefiċċji oħra jgawdu minnhom rispettivament?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Projects Office hija taqsima ġdida li qed tiġi kostitwita fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni b'responsabbilita` lejn is-Segretarju Permanenti. Il-funzjoni tal-Projects Office hija li jgħin l-iżvilupp ta' pjanijiet u jikkordina l-implimentazzjoni ta' inizjattivi u proposti oħra li joħorġu mill-politika u pjan ta' ħidma tal-Ministeru mad-dipartimenti u l-entijiet konċernati. L-ismijiet, gradi, salarji u benefiċji ta' l-istaff f'din it-taqsima huma: ISEM GRAD SALARJU BENEFIĊJI OĦRA Joseph A Cannataci Ko-ordinatur tat- qed jiġi qed jiġu taqsima u negozjat negozjati Konsulent fuq proġetti ta' Restawr Claude Busuttil Konsulent fuq qed jiġi qed jiġu proġetti ta' negozjat negozjati Restawr Peter Micallef Senior Tradesman scale 14 xejn Henriette Sultana Snr Clerk scale 14 xejn Natasha Cassar Clerk scale 16 xejn L-erba' impjegati li rrispondew l-enquiries kienu membri ta'l-istess taqsima - Claude Busuttil u Henriette Sultana megħjjuna minn Natasha Cassar u anke Peter Micallef.
Leg 9 PQ #9004 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Periti privati/soċjetajiet ta' periti

Question

Jista' l-Ministru, b'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju, 1999 rigward il-ħtieġa ta' servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jgħid għal liema proġetti speċifiċi huma meħtieġa dawn is-servizzi kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet, inklużi termini dwar ħlas skond ix-xogħol li jkun mistenni li jsir minn dawn il-professjonisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fost ħwejjeġ oħra, l-Ministeru tal-Edukazzjoni hu risponsabbli għat-tlestija ta' bosta proġetti fl-oqsma tal-wirt kulturali, xjenza u teknoloġija u sport. Xi wħud minn dawn il-proġetti huma diġa' mibdija u huma fi stadji differenti ta' tlestija, (min jonqsu l-istallazzjoni tad-dawl, min xogħol strutturali, oħrajn xogħol ta' restawr fil-ġebel) oħrajn qiegħdin jiġu prijoritizzati sabiex jinbdew f'ordni kif jixraq. Il-proġetti mibdija jinkludu: 1. Bini u refurbishment ta' skejjel/kulleġġ 2. Villa Bighi (li għandha tintuża bħala s-sede tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija) 3. iċ-Ċentru Malti għar-Restawr 4. Discovery & Archaeological Resource Centre 5. il-Hostel ta' Ħal Far 6. il-Mużew ta' l-Arti Moderna u Kontemporanja Informazzjoni fuq il-Proġetti mhux mibdija tingħata aktar tard meta dawn jiġu definiti. Fejn hu possibbli, il-Ministeru tal-Edukazzjoni jottjeni s-servizzi professjonali rikjesti fl-avviż tal-gazzetta tal-gvern mingħand il-Ministeru ta' l-Ambjent u f'bosta okkażjonijiet dawn ingħataw b'mod mill-aktar sodisfaċenti u tempestiv. Iżda jkun hemm ċirkostanzi fejn ir-riżorsi tal-Ministeru ta' l-Ambjent huma wisq limitati u ma jkunux jistgħu jidħlu għal, jew ikomplu, biċċa xogħol, u minħabba f'hekk il-ħidma fuq ċertu proġetti minn dawk imsemmija aktar il-fuq kellhom jieqfu jew jaqgħu lura. Għaldaqstant ikun hemm ċirkostanzi fejn jinħtieġu servizzi professjonali esterni għas-servizz pubbliku sabiex ċertu proġetti jitlestew fil-ħin mixtieq. Il-ħlas ta' ċertu servizzi professjonali hu rregolat mill-liġi u fejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma jistax jinnegozja prezz aktar vantaġġjuż jiġu applikati ir-rati ffissati mil-liġi. Il-kondizzjonijiet preċiżi jitqgħiedu fuq il-Mejda tal-Kamra wara li dawn jiġu negozjati ma' dawn il-professjonisti li wrew interess li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.
Leg 9 PQ #9027 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ngħatat il-marki l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fl-iskola primarja Ħaż-Żabbar li s-sena skolastika li għaddiet attendiet fil-klassi primarji l-ħames sena, peress li din m'attendiex għall-eżami finali għax kienet marida? Għaliex lill-ġenituri tal-persuna fuq indikata ma jispjegawlhomx kif tawha l-marki li tawha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-marki fl-eżami tal-persuna msemmija ngħataw skond formola stabbilita li tintuża f'każi ta' mard jew assenzi oħra ġustifikati. Il-kap ta' l-iskola nfurmana li wieħed mill-uffiċjali tal-istess skola spjega din il-proċedura fid-dettal lill-ġenituri ta' l-istudenta msemmija.
Leg 9 PQ #8451 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Caravaggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni skoraġġew lill-kapijiet ta' l-iskejjel milli jibagħtu t-tfal jaraw il-kapulavur tal-Caravaggio meta ġie lura Malta wara daqs dak żmien Firenze?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirrefei lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8285 f'Seduta 133.
Leg 9 PQ #8452 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gżira - Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kmamar tax-xjenza bħal dik li twaqqfet fl-iskola tal-Gżira ma jitwaqqfux ukoll fi skejjel oħra ta' l-istess kategorija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm ħsieb li fis-sena skolastika li ijmiss 1999-2000 jitwaqqfu aktar kmamar tax-xjenza fl-iskejjel primarji. L-għajnuna tingħata kull fejn it-talba għall-kamra tax-xjenza tkun riflessa fil-pjan ta' żvilupp imħejji mill-iskola kkonċernata. Iżda fejn mhux il-każ, xorta waħda tingħata l-għajnuna kollha biex it-tagħlim tax-xjenza ikun wieħed ta' kwalita`.
Leg 9 PQ #8996 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati - Telefons ċellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telefon ċellulari kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telefon ċellulari għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba diġa' mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari Numru 6625.
Leg 9 PQ #8999 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati - Użu ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza kemm jekk hi tal-gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija kif ukoll jagħti rendikont ta' fuel minn fuq kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn li ġejjin huma l-uffiċjali fis-Segretarjat privat fil-Ministru tal-Edukazzjoni li għandhom karozza skond il-Kuntratt ta' mpjieg: ISEM FUEL BEJN L-1.10.98 U 30.06.99 1. Frank Mifsud Lm466.43 2. Ignatius Abela Lm377.69 3. Albert Callus Lm282.23 Informat ukoll li dawn il-vetturi jintużaw kontinwament mill-uffiċjali l-oħra fis-segretarjat li jużaw ukoll żewġ karozzi oħra għall-użu ġenerali.
Leg 9 PQ #8289 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-differenza bejn il-kriterji wżati mill-Bord ta' l-Għażla fl-intervisti għall-għażla ta' l-assistenti kapijiet (primarji) u dawk li kienu wżati qabel fil-konfront ta' din il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Għażla fl-intervisti għall-għażla ta' l-assistenti kapijiet (primarji) ikun maħtur mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li tiddeċiedi hi l-kriterji. Inħalli f'idejn il-PSC tiddeċiedi tippubblikax il-kriterji jew le.
Leg 9 PQ #8290 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani speċifiċi għandu biex itejjeb il-livell tat-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat: * Li jiżdiedu n-numru ta' għalliema tal-E.F. fl-iskejjel Primarji. * Inizjattivi ta' "awareness" u taħriġ fost l-għalliema ta' l-iskejjel primarji biex kull skola jkollha programm ta' kwalita` aħjar ta' tagħlim, u wkoll ta' attivitajiet extrakurrikulari sportivi. * Tixrid u prattika ta' sillabu u ta' skemi ta' tagħlim li joffru lill-għalliema tal-E.F. fil-Junior Lyceum u fl-Iskola Sekondarja sensiela ta' miri li għandhom jintlaħqu. * Li l-Edukazzjoni Fiżika barra li tibqa' kif inhi bil-ħin allokat għal "core subject" tkun offruta wkoll bħala suġġett "option" fil-Form 3 tal-Junior Lyceum u wkoll fil-Form 4 tal-Area Secondary u b'hekk ikun hemm żieda konsiderevoli fin-numru tal-lezzjonijiet tal-E.F. * Li jissokta programm ta' varjeta` wiesgħa ta' sports bħala attivitajiet extrakurrikulari għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji. * Li nkomplu nagħtu l-appoġġ għal inizjattivi biex il-faċilitajiet fl-iskejjel jintużaw għall-attivitajiet sportivi wara l-ħin normali ta' l-iskola, u dan prinċipalment mill-istudenti ta' l-istess skola.
Leg 9 PQ #8291 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm naqqas il-budget lill-iskejjel statali maħsub għal manutenzjoni tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus allokati għall-manutenzjoni fl-iskejjel huma maqsuma fi tnejn - dawk rikorrenti u dawk kapitali. Għas-sena 1999 ġiet allokata s-somma ta' LM184,834 għal infieq rikorrenti filwaqt li s-sena l-oħra ntefqet is-somma ta' Lm176,157. Fir-rigward tal-Vot Kapitali "Item 7 - Refurbishment and Maintenance of Government Schools", din is-sena ġiet approvata s-somma ta' nofs miljun lira u huwa maħsub li din is-somma tiżdied b'mitejn elf lira ohra minħabba xogħlijiet urġenti. Informat ukoll li s-sena l-oħra mill-istess Vot Kapitali oriġinarjament ġiet approvata s-somma ta nofs miljun u ħamsin elf lira, iżda ntefqet is-somma ta' LM938,108. Informat li jirriżulta li l-amministrazzjoni preċedenti ma żammitx mal-budget li vvotat hi stess u ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni wettqet infieq li kellu jitħallas mill-flus ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #8292 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Maltafest

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati spejjeż bit-tmiem tal-Maltafest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskop li mhumiex sejrin jiġu organizzati l-attivitajiet kulturali mtella' mid-Dipartiment tal-Kultura fis-Sajf li konna nsibuhom bl-isem ta' Maltafest jew Malta International Arts Festival ma kienx biex jiġu ffrankati l-flus. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għad-domanda numru 6404 tas-26 ta' April 1999.
Leg 9 PQ #8991 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Persuni li applikaw biex jgħallmu

Question

Mit-8 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw: 1) permanent warrants; 2) temporary warrants lill-persuni li applikaw għalihom biex jgħallmu? Min huma dawk li ngħataw: 1) permanent teaching warrant; 2) temporary teaching warrant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sa 'llum ingħataw 339 warrant permanenti u 123 warrant temporanji. Il-lista ta' l-ismijiet tal-persuni konċernati ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9205 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Operational support workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-operational support workers li ġew mogħtija l-appointment f'April 1999 u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu bl-istess mod ta' qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Teżor ħa l-azzjoni neċessarja biex jaġġusta s-salarju tagħhom skond l-appointment li rċevew.
Leg 9 PQ #8228 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liġi ta' l-edukazzjoni — Permanent warrant

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) għamilx stħarriġ xieraq fuq il-konsegwenzi tal-Liġi ta' l-Edukazzjoni li biha se jingħataw permanent warrant għalliema barranin; (2) qiesx il-fatt li b'din il-mossa ħafna gradwati Maltin ikollhom xogħolhom mhedded; (3) jistax jgħid il-161 persuna li se jiggradwaw bħala għalliema din is-sena humiex se jsibu xogħol fl-iskejjel statali; (4) iddiskutiex il-prospetti kollha mdaħħlin f'din il-kwestjoni ma' l-MUT u jistax jgħid x'parir tagħtu l-MUT?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' għidt bi tweġiba għal PQ oħra, il-kwestjoni ta' Warrant permanenti għal għalliema b'ċittadinanza barranija tqanqlet minn tlitt għalliema barranin miżżewġin Maltin u li ilhom snin jgħallmu fi skejjel Maltin. Il-materja ġiet konsidrata u f'dan l-istadju m'hemm ebda ħsieb li tinbidel il-liġi f'dan ir-rigward. Jekk ikun hemm raġuni għal xi tibdil il-Kamra tiġi mgħarrfa. Informat ukoll li l-għalliema li ser jiġu ngaġġati f'Settembru 1999 sabiex jimtlew il-vakanzi eżistenti jridu jiġu magħżula minn fost gradwati li applikaw taħt is-sejħa għall-applikazzjonijiet li għalqet f'Mejju 1999.
Leg 9 PQ #8229 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Alfons Maria Galea

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija fuq dik li kienet l-iskola Alfons Maria Galea ta' Ta' Sliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' manutenzjoni jikkomprendi, tibdil ta' soqfa, tiswijiet tal-faċċata, installazzjoni ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi ġodda u xogħlijiet ta' finitura. Informat ukoll li nbdew nhar it-Tnejn 3 ta' Mejju 1999 u huwa antiċipat li jitlestew sa Frar tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #8230 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid iqisux bħala vot ta' sfiduċja fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, immexxija minnu, li l-ħatriet fid-diviżjoni jibqgħu battala u ma japplika ħadd għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Le.
Leg 9 PQ #8815 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm technicians li ġew aċċettati biex jagħmlu s-Certificate Course in Education for Instructors bejn April 1997 u Settembru 1998? F'kull każ, x'teaching load kellhom dawk li ġew aċċettati? Matul din l-aħħar sena skolastika kien hemm xi każi fejn technicians issejħu biex jagħmlu interview għall-istructors? Xi kwalifiki kellhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm technician wieħed li ġie aċċettat biex jagħmel il-kors tal-Pedagoġija għall-instructors bejn April 1997 u Settembru 1998. Din il-persuna kellha teaching load ta' 20 lezzjoni fil-ġimgħa. Kien hemm persuna waħda li ġiet imsejħa biex tagħmel l-"interview" għall-instructor. Il-kwalifika kienet li din il-persuna ssodisfat il-bżonnijiet skond is-sejħa.
Leg 9 PQ #8816 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm laqgħa bejn il-Ministru u l-MUT nhar it-Tlieta 22 ta' Ġunju 1999 fejn ġew diskussi d-drittijiet tal-pensjoni għal dawk li ħallew id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex imorru jgħallmu fil-Junior College, Ġan Franġisk Abela? Għad fadal kwestjonijiet x'jiġu solvuti minkejja li l-Ministru ilu jgħidli mis-sena li għaddiet li ma fadalx problemi għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva nikkonferma li ittra datata 18 ta' Diċembru 1998, il-Malta Union of Teachers ġew infurmati li numru ta' għalliema u assistent kap ta' l-iskola li qed jaħdmu l-Junior College ser iżommu d-dritt għal pensjoni tal-Gvern skond ir-regolamenti attwali. L-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Awditur qed isostni diffikolta` legali li qed tiġi trattata mill-Uffiċċju tal-Ministeru tal-Finanzi b'kollaborazzjoni mal-Unions, biex tiġi ċċarata l-pożizzjoni.