Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid lil min se jingħataw il-fondi li qegħdin jiġu esproprjati bin-numri 20 sa 23 fi Srejdek Lane, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett li rreferit għalih l-Onor. Interpellant huwa parti mis-'Slum Clearance Projects' li qed isiru f'Bormla. Meta dawn il-Units ikunu lesti, tintuża l-istess proċedura li ntużat sa issa f'każijiet simili sabiex dawn jiġu allokati.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet ma' l-MPO dwar il-każ tal-ħaddiema awżiljarji għar-rigward ta' l-impjieg permanenti fis-Servizz Pubbliku? Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li din hija materja urġenti minħabba l-fatt li dawn l-impjegati, waqt li qegħdin jagħmlu l-istess xogħol, qegħdin jitħallsu ferm inqas mill-ħaddiema sħabhom li qegħdin fuq bażi permanenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7780.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li każijiet ta' vetturi impressed fid-diversi dipartimenti jiġu regolarizzati fuq impjieg regolari mal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li riċeviment il-Prim Ministru approva l-ħatra ta' 'working team', li għandu jitmexxa mis-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru tiegħi li ġie nkarigat sabiex jevalwa fid-dettal l-implikazzjonijiet kemm ta' din il-miżura kif ukoll ta' miżura oħra mħabbra fil-Programm Elettorali ta' din l-Amministrazzjoni, jiġifieri l-impjieg fuq bażi regolari ta' dawk l-impjegati tal-Gvern li għal żmien twil kienu qed jaħdmu fuq bażi każwali.
30.06.99
Jista' l-Ministru jara li l-każ tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-attenzjoni biex taħdem f'xi home ta' l-anzjani peress li miċ-ċertifikati li għandha ta' mard qiegħda tkun diffiċli li taħdem fid-djar partikolari ta' l-anzjani bħala CSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ippresent ċertifikat mediku li fil-futur tista' tiġi bżonn 'minor operation' f'idejha. Ma nħossx li dan il-każ jimmerita li għandha teħdem f'xi dar ta' l-Anzjani, kif mitlub fil-Mistoqsija Parlamentari. Hemm fatti oħra, minn barra s-saħħa, li jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni f'dawn il-każi.
30.06.99
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata servizz urġenti ta' home help peress li tgħix waħedha u permezz ta' din l-għajnuna tkun tista' tkompli tgħix id-dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni ta' din il-persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, waslet fid-Dipartiment fit-22 ta' Ġunju 1999. Din issa tiġi pproċessata u l-Bord jiddeċiedi tingħatax dan is-servizz jew le. Pero', mill-parti medika ta' din l-applikazzjoni ma jidhirx li dan il-każ jimmerita xi urġenza.
30.06.99
Jista' l-Ministru jara li l-flats f'Telgħet Paola, Raħal Ġdid Skema 2/3, Block 2 u Block 1 jitbajdu fil-komun minħabba l-ħmieġ u d-dehra ta' telqa li hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien għaddejt dan il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa. Jien infurmat li x-xogħolijiet diġa ġew approvati.
30.06.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7904?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni minn dejjem tfittex metodi diversi ta' kif tista' tnaqqas in-numru ta' dawk il-persuni li qed jirreġistaw għax-xogħol. Fost l-azzjonijiet li għanda ppjanati, l-Korporazzjoni ser tniedi studju tal-bżonnijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni fir-rigward ta' nies imħarrġa. Dan ser tagħmlu sabiex tkun f'pożizzjoni aħjar biex tiżviluppa programmi ta' taħriġ li jilqgħu it-talbiet ta' l-industrija. Dan l-istadju ser iservi ukoll sabiex il-korporazzjoni ma tħarriġx nies fi snajja li għalihom diġa hemm biżżejjed ħaddiema.
Miżura oħra li l-Korporazzjoni beħsieba taħdem fuqha hi li tħeġġeġ kemm tista' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew negozju għal rashom. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni qed tirrevedi il-programmi ta' taħriġ 'Small Business Management'.
Il-Korporazzjoni bħalissa qed tirrevedi il-'policies' u l-proceduri tagħha sabiex dawn jissaħħu u jkunu ta' benefiċċju akbar għal-dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol.
Il-Korporazzjoni beħsieba ukoll issaħħaħ it-taqsima ta' l-ispettorat tagħha sabiex persuni li jabbużaw mir-rreġistrar ma jitħallewx jagħmlu dan iktar.
30.06.99
Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar — Xogħlijiet pendenti
Question
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7829, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm xogħlijiet approvati pendenti fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-Ħamrun u f'Tal-Pieta'? Kemm saru xogħlijiet minn dan id-dipartiment minn Jannar sa l-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena f'dawn iż-żewġ lokalitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar lesta 15-il biċċa xogħol fil-Ħamrun u 3 biċċiet xogħol f'Tal-Pieta'. Hemm ukoll approvati li jsiru 44 xogħlijiet fil-Ħamrun u 9 xogħlijiet f'Tal-Pieta'.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva fil-Belt u fil-Furjana? Kemm minnhom joqogħdu f'appartamenti tal-gvern u b'hekk jistgħu jibbenefikaw mill-iskema V ta' l-Awtorita' tad-Djar peress li r-raġuni għall-applikazzjoni tagħhom hi l-ammont sostanzjali ta' taraġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 344 applikazzjoni mill-Belt u 80 mill-Furjana. Minn dawn, 157 u 18 rispettivament, qed japplikaw minn post tal-Gvern, iżda mhux possibli li wieħed jgħid kemm minn dawn ta' l-aħħar huma minħabba taraġ.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qabdet nies jaħdmu illegalment il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema settur jispikka l-aktar l-abbuż? Kemm mill-persuni maqbuda kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kuriduri u l-landings tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla l-ewwel ġew miksija imbagħad reġgħu ġew miksija għat-tieni darba bil-gypsum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux veru li l-kuriduri u l-'landings' tad-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ġew miksija darbtejn. Il-fili ta' dawn l-postijiet ġew imkaħħla normalment u wara sar il-kisi bil-gypsum.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-kitchenettes u t-toilets tal-viżitaturi tal-bini kollu flimkien mal-laundry room u l-kmamar tal-banju fuq is-sitt sular tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla ġew l-ewwel miksija u miżbugħa imbagħad wara dawn reġgħu ġew imbaqqna u twaħħlilhom il-madum taċ-ċeramika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa veru li parti mil-'laundry' u xi parti mill-'kitchenette' kienu ġew miksija mill-kuntrattur. Dan sar bi żball min-naħa tal-kuntrattur. Il-Gvern m'hu se jidħol fżebda spejjeż 'extra'.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk it-taraġ u l-iskirting tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux veru se jsir tal-mużajk (insito) minflok slabs ta' l -irħam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa veru li l-intenzjoni oriġinali kienet li t-taraġ u l-'skirting' tad-dar ta' l-Anzjani f'Bormla isir tal-mużajk (in sito).
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'kemm ingħata r-restoration work li sar fil-parti antika tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment ġie jiswa issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
30.06.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew id-Detox Centre mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm kienu ġodda? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienu l-etajieti tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies differenti li attendew iċ-Ċentru tad-Detox (Malta) bejn Settembru, 1998 u Mejju, 1999 kien ta' 708. Minnhom, 106 persuni ġew għall-ewwel darba.
L-etajiet tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox kien kif ġej:
ETA' IRĠIEL NISA
14 - 19 62 18
20 - 24 224 39
25 - 29 167 17
30 - 34 92 11
35 - 39 35 8
40 - 44 18 1
45 - 49 11 0
50+ 5 0
---------------------------------------------- TOTAL 614 94
23.6.99
B'riferenza għat-talbiet tiegħi f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti sabiex isiru l-lifts fil-Housing Estate tat-12-il distrett ċioe' f'Għeriexem Housing Estate u Għajn Qajjed Housing Esate, fir-Rabat, Ta' Pennellu fil-Mellieħa u dawk fl-Imġarr u San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-parti mill-fondi allokati jintużaw sabiex isiru l-lifts f'dawn il-Housing Estates?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hija l-intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-Iskema ta' l-Installar tal-Lifts, fejn dan jippermetti, eventwalment tiġi estiża għall-lokalitajiet oħra minn dawk imħabbra sa issa.
23.6.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-mument?
Kemm huwa in-numru ta' djar li jista' jalloka fil-mument id-dipartiment konċernat?
Meta huwa maħsub li jiġu rrimedjati dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 3158 familja li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva. Numru ta' djar tal-Gvern jew rekwiżizzjonati jitbattlu regolarment u dawn jiġu allokati lill-dawn il-familji. In-numru ta' djar li jitbattlu hu ta' madwar 260 fis-sena. Fil-mument id-Dipartiment għandu 10 djar li qegħdin fil-proċess biex jiġu allokati.
23.6.99
B'riferenza għall-requisition order 53497 u ċioe' l-fatt li l-familja in kwestjoni ddikjarat dħul ta' Lm222 aktar fuq snin preċedenti b'riżultat li l-kera għal din il-familja żdiedet minn Lm181 fis-sena għal Lm469, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga kif din il-familja għaliex iddikjarat dħul ta' Lm222 aktar ġiet mitluba tħallas b'aktar minn Lm250 żieda fil-kera fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filfatt din ir-reviżjoni suppost li saret f'Ġunju 1998, iżda l-amministrazzjoni preċedenti naqset milli tagħmel dan l-eżerċizzju ta' reviżjoni skond regoli approvati mill-istess Amministrazzjoni Laburista (i.e. emendi tas-sistema li biha jingħata sussidju fuq il-kera ta' djar lill-Gvern.)
23.6.99