Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enerġija elettrika — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fis-settur domestiku, industrijali u kummerċjali rispettivament? X'kienu r-riżultati ta' dan l-istudju ġdid li sar? Meta sar? Minn min sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent l-Enemalta qed tagħmel studju ma ditta Franċiża, bħala parti minn programm kummissjonat mill-Unjoni Ewropeja, biex fost affarijiet oħra jiġi stabbilit kif inhu mqassam l-użu tal-enerġija elettrika fis-settur domestiku, industrijali u kummerċjali kif ukoll ikunu jistgħu jiġu estrapolati dettalji aktar speċifiki f`dan ir-rigward. Dan l-istudju għadu ma ġiex finalizzat.

Enerġija elettrika — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku skond id-diversi bżonnijiet li jkun hemm, eżempju tisħin ta' ilma, fran domestiċi, dwal, arja kondizzjonata, tisħin tad-djar fix-xitwa, eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 188.

Servizzi Ekonomiċi — Forum għall-Ekonomija aħjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern dwar il-Forum għall-ekonomija aħjar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Forum għall-Ekonomija Aħjar nbena madwar il-kunċett ta` parteċipazzjoni aktar wiesa fejn jidħol l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta` Malta, kunċett li kien diġa ġie ntrodott f`pajjiżna fl-1989 permezz tat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku (MCED). Mal-MCED kien żdied l-'Advisory Council' li jidher li l-iskop tiegħu kien laħqu permezz tal-pubblikazzjoni tal-'White Paper Value 2000'. Dwar il-konklużjonijiet inklużi f`din il-'White Paper'għad hemm ir-riżervi. Ninsab infurmat li l-għanijiet, il-funzjonijiet u l-istrutturi tal-Forum għadhom fi stat ta` transizzjoni u żvilupp. Għalhekk, għalkemm naqblu fil-prinċipju ma dan il-kunċett, għad irridu naraw x`tifsila se nagħtu lil Forum għal Ekonomija Aħjar.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta — Simonds Farsons/Marsovin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-konklużjonijiet preliminari ta' l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta dwar il-proposta ta' Simonds Farsons Cisk (SFC) u l-Marsovin għall-merger bejniethom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta għamel diversi laqgħat kemm ma' l-intrapriżi involuti f'dan il-'merger' kif wkoll m'intrapriżi oħra li joperaw fis-suq relevanti u li setgħu jiġu affetwati minn dan il-'merger'. Inġabret ħafna nformazzjoni u sar studju dettaljat biex jiġi stabbilit kemm fil-fatt dan il-'merger' se jaffetwa l-kompetizzjoni fis-suq lokali kemm fiċ-ċirkostanzi preżenti meta s-suq hu protett kif ukoll meta titneħħa l-protezzjoni fuq il-prodotti involuti f'dan il-'merger'.
Leg 9 PQ #216 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cash registers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Nazzjonalista dwar il-cash registers b'memorja fil-qasam tal-kummerċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-onorevoli interpellant huwa mitlub jirreferi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Tal-Bidni — Vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex titaffa l-problema tal-vultaġġ baxx fl-inħawi tal-Bidni fil-limiti ta' Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Diġa sar xogħol biex tittaffa l-problema ta` vultaġġ baxx fl-inħawi tal-Bidni, bejn Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar billi żewg 'Feeders' fil-lokalita msemmija. Barra minn hekk, il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda fil-proċess biex tingħata art mingħand l-Uffiċċju Konġunt biex fuqha tkun tista tibni 'substation' ġodda.

Mellieħa — Triq il-Fortizza - Plot 171

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħħa l-wire tat-telephone li hu għaddej minn ġo gallerija tal-familja li tabita fi Plot Nru. 171, Triq il-Fortizza, Mellieħa, peress li qed ikun ta' inkonvenjent għalihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hu mistenni li l-imsemmija 'cable' jiġi ddevjat fi żmien qasir skond pjanijiet eżistenti.

Dawl/ilma — Unit cost

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hi l-unit cost ta' produzzjoni: a) ta' unit ta' konsum ta' dawl; u b) unit ta' konsum ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Luqa — Mains ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol diġa' approvat ta' tibdil ta' mains ta' l-ilma f'Ħal-Luqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tikkonferma li fażi mill-proġett tal-bdil tal-mejn tal-ilma f`Ħal-Luqa tlesta. Bħalissa qegħdin jitwaħħlu l-`earth electrodes` fir-residenzi bi preparament biex jiġi konkluz dan il-proġett.

Air Malta — Loaders

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta se jinħarġu vakanzi għal loaders ma' l-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-mument l-Air Malta m`għandhiex bżonn ta` iżjed 'Loaders'. Dawn jiġu mpjegati meta il-kumpanija tħoss il-bżonn tagħhom.

Tarxien — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jikkonsidra li ssir lampa ġdida fi Triq Ġdida bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir faċċata tar-razzett, ġewwa Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex issir lampa fil-lokalita msemmija mill-Onorevoli Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Naxxar — Triq il-Ħaddieda - Bozzoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinxtelgħu l-bozoz kollha li hemm fi Triq il-Ħaddieda, fin-Naxxar peress li f'din it-triq toqgħod persuna b'diżabilita' fiżika u żgur li dawl f'din it-triq jgħin lil din il-persuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`Seduta ohra.

Malta Drydocks/Shipbuilding — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa fil-fatt in-numru ta' ħaddiema mpjegati fil-Malta Shipbuilding u Malta Drydocks? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena u fuq il-55 sena? Kemm huma n-numri ta' ħaddiema li weġgħu waqt il-ħin tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-Malta Shipbuilding Co. Ltd In-numru ta` il-35 sena 262 Fuq il-55 sena 49 Numru ta` tax-xogħol huwa kif ġej: Sena Numru 1994 457 1995 398 1996 283 1997 251 1998* 253 * Il-perjodu jkopri 01.01.98 sa 27.10.98 80% tal-korrimenti ndikati huma kunsidrati bħala minor injuries. Fil-Malta Drydocks In-numru ta` mpjegati huwa 3096 Taħt il-35 sena 868 Fuq il-55 sena 620 Numru ta` huwa kif ġej: Sena Numru 1993 1674 1994 1541 1995 1620 1996 1422 1997 1207 1995 Imwiet 9

Distrett Nru.12 — Stallazzjoni ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' manutenzjoni u stallazzjoni ta' bozoz ġodda li se jiġu rranġati u/jew stallati mill-Korporazzjoni Enemalta, fit-12-il distrett fit-tliet xhur li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Issir manutenzjoni regolari fuq il-bozoz fit-triqat u din tilħaq l-ibliet u l-irħula ta` Malta kollha, inklużi dawk tat-Tnax il-Distrett. Il-manutenzjoni ssir fuq bażi ta` kemm dawn il-lampi jkunu ilhom li ġew irrappurtati maħruqa jew mhux jixegħlu fil-belt jew raħal rispettiv. Rigward lampi ġodda l-proċedura għad trid tiġi kkonfermata.