Legislature:
Category:
Reset
Active:

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Port Ħieles ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li: Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ġew impjegati tliet ħaddiema mal-Freeport Terminal (Malta) plc.L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi saru kollha mill-ETC, fis-17 ta' Ġunju 1997 u ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet. Mal-Malta Freeport Corporation Ltd ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema fil- perjodu msemmi.

Maltacom plc — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Maltacom plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Malta Ship Building — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Malta Shipbuilding? Jista' l-Ministeru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perjodu bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998 ma ġew ingaġġati l-ebda impjegati ġodda mal-Malta Shipbuilding Co. Ltd.

WSC — Sholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata fżseduta oħra.

WSC — Chief Internal Auditor

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-Chief Internal Auditor tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jgħid taħt liema sejħa ta' applikazzjonijet saret din il-ħatra u jista' jgħid meta ġie ffirmat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed nippreżenta l-kuntratt taċ-'Chief Internal Auditor' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif mgħoddi lili mill-Korporazzjoni.Dan il-kuntratt kien ġie ffirmat nhar is-26 ta' Marzu 1997 u emendat fil-31 ta' Lulju 1998. Dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li ċ-'Chief Internal Auditor' għandu jiġi mpjegat għal żmien definit f'pożizzjoni meqjusa bħala 'Special Trust' taħt Sezzjoni 15, paragrafu 2(1) tal-att tal-1990 tas-Servizzi tal-Impjiegi u Taħriġ, ma kinitx inħarget sejħa għall-applikazzjonijiet.

Birżebbuġia — Tneħħija ta' arblu tad-dawl

Question

Possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi u tneħħi l-arbli tad-dawl fi Triq l-Izbark tat-Torok kantuniera ma' Triq il-Kitarristi f'Birżebbuġia (ħdejn Garage Nru. 55)? Billi dan l-arblu qiegħed hemm għalxejn għax il-wires li kellu miegħu ġew trasferiti għal mal-ħitan, possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tneħħieħ anki għal fatt li ilu madwar erba' snin jintalab b'mod ripetut biex l-Korporazzjoni Enemalta tneħħi dan l-arblu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-arblu msemmi fi Triq l-Iżbark tat-Torok B'Buġia ġie mneħħi.

Enerġija — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-politika tal-Gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Floriana — Triq l-Imħażen

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir lampa tad-dawl ġdida fi Sqaq l-Imħażen fil-Floriana, ġewwa nett fl-isqaq, fejn ir-residenti qed jilmentaw minn dlam ċappa? Jaf il-Ministru li fl-isqaq l-ieħor biswit dan (Sqaq il-Fosos) hemm lampa tad-dawl 'il ġewwa nett?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għall-lampa fi Sqaq l-Imħazen Floriana qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra. Investigazzjonijiet li saru jindikaw li hemm bżonn ta' lampa ġdida. Din ser issir fi żmien qasir.

Segretarjat għas-Servizzi Ekonomiċi — Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom s-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu l-irwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk l-impjegati li qegħdin b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma: Mr. Pierre Cauchi (Private Secretary) Mr. Charles Micallef (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Ivan Bezzina (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Sammy Bonniċi (Secretariat Officer Scale (10) Mr. Joe Oliva (Secretariat Officer Scale 10) Mr. Adrian Busuttil (Driver/Security Officer) Mr. Carmel Formosa (Driver/Security Officer) Ms. Tania Dalli (Charwoman Scale 19) Ms. Marthese Scerri (Secretariat Pool Scale 14) Ms.Jeannette Zarb (Secretariat Pool Scale 14) Ms. Olivia Bezzina (Secretariat Pool Scale 14) Ms. Vanessa Schembri (Secretariat Pool Scale 14) Il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari L-Onor. George Hyzler huma: Mr. Oliver Mallia (Communications Coordinator ) Mr. Joe Calleja (Secretariat Officer) Mr. George Muscat (Security Officer/Driver) Mr. Patrick Gatt (Security Officer/Driver) Dr. James Calleja (Assistent Personali) Mr. Anthony Fenech (Segretarju Privat) Mrs. Doris Żammit (Secretariat Officer) Ms. Roselle Attard (Secretary) Ms. Josefa Laferla (Secretary) Mr. Nazzareno Portelli (Messenger) Mr. Luke Cassar (Messenger) L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo huma : Iman Schembri (Communications Coordinator Officer) Tonio Camilleri (Secretariat Officer) Ms. Louise Fenech (Secretariat Pool) Mr. Saviour Bugeja (Messenger) Mr. Jimmy Mallia (Messenger) Mr. Saviour Mifsud (Secretariat Officer) Ms. Karen Tonna (Secretariat Pool) Mr. Albert Briffa (Personal Assistant) Mr. Gilbert Agius (Private Secretary) Mr. Mario Delceppo (Driver/Security) Mr. Raymond Pisani (Driver/Security) Dwar l-aħħar parti tald-domanda nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 119.

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-kumpannija Malta Freeport Corporation mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Ottubru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ħadd ma ġie ngaġġat fil-Malta Freeport Corporation Ltd.
Leg 9 PQ #378 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Qasam tad-Djar - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jispjegali għalfejn l-istallazzjoni ta' bozza għal mal-ġenb ta' Block B2, Housing Estate, Fgura għadha ma saritx, meta din l-applikazzjoni saret sentejn ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qatt ma kien hemm talba speċifika għal din il-bozza. Issa din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.

Valletta — Triq it-Teatru - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma' Triq Merkanti, fil-Belt? Tista' ssir bozza ġdida fi Triq it-Teatru, il-Belt bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl fil-ġenb tas-suq fejn hemm ukoll forn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-manutenzjoni tal-bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma Triq Merkanti, il-Belt saret. It-talba għall-bozza ġdida fi Triq it-Teatru bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl hi ġustifikata. Hi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Institute for the Promotion of Small Enterprizes? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kienet ingaġġata persuna waħda. Din il-persuna ġiet issekondata mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. L-applikazzjoni għall-ingaġġ ħarġet fis-7 t'Awissu 1998 u tqassmet lill-impjegati tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.

Air Malta Plc — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Air Malta plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Air Malta bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom aplikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma saru ebda impjiegi mal-Korporazzjoni Enemalta fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru.

WSC — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id-driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Stock taking exercise — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'overtime l-istock taking exercise li sar f'Settembru? Kemm nies kienu involuti, min kienu, kemm ħadu f'overtime, min għażilhom u taħt liema kriterju ġew magħżulin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandix l-ħsieb li l-Power Station tal-Marsa tingħalaq? Jekk iva, x'inhu t-time frame ta' din id-deċiżjoni? Jekk le, x'inhuma l-ħsibijiet jew pjanijiet tal-gvern dwar il-futur tal-Power Station tal-Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Diġa hemm ħsieb li fil-futur, il-Power Station ta` Delimara tibda tiġġenera aktar kurrent elettriku minn dik tal-Marsa. Madankollu jidher li l-Power Station tal-Marsa trid tibqa titħaddem anke jekk b`kapaċita ħafna nqas.

Enerġija — Użu/produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-targets jew viżjonijiet tal-Gvern dwar l-użu u l-produzzjoni ta' l-enerġija f'dan il-pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-targets dwar il-produzzjoni tal-enerġija huma:- 1. Li jiġi pprovdut servizz kontinwu u li jissodisfa dak li jistenna l-konsumatur. 2. Li d-Diviżjoni tal-Elettriku tal-Enemalta tkun kummerċjalment vijabbli fil-kwadru tal-obbligi soċjali li għandha. 3. Li jittejbu l-istandards ta` sigurta. 4. Li l-livelli ta` tinġiz jitnaqqsu u jersqu lejn standards Ewropej. 5. Li jitwaqqaf qafas biex jiġu nkoraġġuti inizjattivi li jutilizzaw sorsi alternattivi ta` enerġija.

Power Stations — Marsa/Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations eżistenti? X'inhu l-ħsieb tal-gvern u x'projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għall-pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kapaċita nominali tal-impjant tal-power stations hu: Marsa 272MW Delimara 195MW Ma dawn irid jiżdied il-'Combined Cycle Gas Turbine' f`Delimara, b`kapaċita ta` 110MW. Ta` min jgħid li l-kapaċita attwali tal-impjant hi anqas minhekk minħabba:- * impjant wieqaf għall-'overhaul' u manutenzjoni * ħsarat * impjant jaħdem b`inqas mill-kapaċita nominali, bħall-impjant qadim jew li jkun wasal għall-'overhaul' * problemi ta` 'interfacing', li ma jippermettux l-impjant kollu jaħdem f`daqqa Huwa mportanti għall-kontinwita tal-provvista li jkun hemm 'spare capacity' adekwata. Ir-rata taż-żieda fid-domanda naqset f`dawn l-aħħar snin iżda jrid isir provediment biex l-impjant qadim jiġi 'phased out'.