Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol? X'inhuma t-terms of reference f'dan il-bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kompożizzjoni tal-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol preżentament hija kif tidher hawn taħt:
MEMBRI INDIPENDENTI:
Is-Sinjorina Antonia Borg Grech - Chairperson
Is-Sinjura Tessie Zerafa - Deputy Chairperson
Is-Sur Michael Cohen
MEMBRI LI JIRRAPREŻENTAW L-INTERESSI TAL-PRINĊIPALI:
Is-Sur Lino D. Abela
Is-Sur Alfred J. Bellizzi
MEMBRI LI JIRRAPREŻENTAW L-INTERESSI TA' L-IMPJEGATI:
Is-Sur Alfred J. Buhagiar
Is-Sur Alphonse Meli
Il-funzjonijiet ta' l-Awtorita' huma stabbiliti f'sezzjoni 4 ta' l-Att ta' l-1990 dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ.
7.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu mpjegati ħaddiema permezz tal-Job Centres minn Settembru 1998 'il hawn, xahar b'xahar, job centre, job centre, nisa u rġiel separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
7.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol minn Settembru 1998 'il hawn? Meta saru dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Settembru 1998 sas-6 ta' Lulju 1999 saru 17-il laqgħa ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li huma:
01 ta' Settembru 1998
04 ta' Settembru 1998
15 ta' Settembru 1998
06 ta' Ottubru 1998
20 ta' Ottubru 1998
03 ta' Novembru 1998
10 ta' Novembru 1998
24 ta' Novembru 1998
01 ta' Diċembru 1998
09 ta' Diċembru 1998
15 ta' Diċembru 1998
05 ta' Jannar 1999
12 ta' Jannar 1999
19 ta' Jannar 1999
22 ta' Ġunju 1999
30 ta' Ġunju 1999
06 ta' Lulju 1999
7.7.99
Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' Nazzjonali — Każijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, biex persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq part two jaqilbu għal part one tar-reġistru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' każijiet pendenti quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol biex persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq Part One tar-Reġistru hu 343.
7.7.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji eżatt li fuqhom timxi l-ETC biex tirreġistra ħaddiema bla xogħol fuq part one jew two tar-reġistru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji li fuqhom timxi l-ETC biex tirreġistra ħaddiema bla xogħol fuq Part 1 jew Part 2 tar-Reġistru huma kif ġej.
Fuq l-ewwel parti tar-Reġistru jistgħu jirreġistraw persuni li jinsabu bla xogħol li għandhom raġuni valida. Dawn jistgħu jkunu nies li qegħdin ifittxu l-ewwel impieg wara li spiċċaw l-iskola, nies li sabu ruħhom disokkupati wara nuqqas ta' xogħol fl-ażjenda li kienu jaħdmu magħha jew wara l-egħluq tal-istess ażjenda, jistgħu jkunu wkoll persuni li jaħdmu għal-rashom u spiċċalhom ix-xogħol.
Fuq it-tieni parti jirreġistraw persuni li ma jkunux eliġibbli għall-ewwel parti. Dawn jinkludu dawk li jitterminaw l-impieg tagħhom mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti, dawk li jiġu mkeċċija fuq passi dixxiplinarji, nies li jinstabu jaħdmu waqt li jkunu qegħdin jirreġistraw kif ukoll dawk li jiċħdu opportunita' xierqa ta' xogħol jew taħriġ.
7.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-flats li se jinżebgħu l-parti tal-komun tagħhom fil-lokalita' ta' Sta. Luċija? Jekk hemm xogħol approvat meta hemm il-ħsieb li jibdew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu lista konsiderevoli ta' xogħolijiet approvati f'Sta. Luċija u hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħolijiet jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.
7.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw mil-lokalita ta' Santa Luċija? Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni, bl-eta', sena sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li jirreġistraw mill-lokalita' ta' Santa Luċija bl'eta sena b'sena huwa kif jidher hawn taht:
ETA NUMRU TA' PESUNI
17 4
18 3
19 1
20 4
21 3
22 2
23 1
24 4
25 1
26 3
27 2
28 1
29 1
33 1
34 3
35 2
36 3
37 4
38 1
40 1
41 4
42 1
43 3
45 2
46 3
47 2
48 1
49 1
52 3
53 2
54 2
55 1
60 1
________________________
TOTAL 71
7.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' familji li għaliex għandhom persuni b'diżabilita' resqu quddiem l-awtoritajiet konċernati talbiet sabiex jingħataw sussidju għal titjieb li jridu jagħmlu fil-bini residenzjali tagħhom, sabiex ikun aktar aċċessibbli għal ħteġijiet ta' dawn il-persuni?
Kemm huwa l-vot għal dawn ix-xogħlijiet u kemm intnefqu s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt Skema Numru 1 - Għajnuna Finanzjarja għal Xogħolijiet ta' Titjib fir-Residenzi Okkupati minn Persuni b'Diżabilita' - l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 101 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 63 l-applikazzjoni.
Is-somma approvata tammonta għall-Lm56,395.
Għas-sena finanzjarja 1998/1999, l-Awtorita' tad-Djar ivvotat s-somma ta' Lm700,000 bħala sussidju għall-iskemi tagħha.
6.7.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5168 u cioe, jista' l-Ministru jintervjeni biex jitwaħħlu l-bibien tal-bejt ta' Blokk J Triq Francesco Balbi, Ta' Ġiorni u peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru wieġeb illi għadda t-talba lid-dipartiment konċernat u peress li sal-lum il-bibien għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jieħu l-passi mmedjati biex il-bibien imsemmija jitwaħħlu mill-aktar fis possibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħolijiet qed jinħadmu mill-garaxx tal-Garage tal-Marsa. Infurmat ukoll li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jagħmel pressjoni biex dawn ix-xogħolijiet jitlestew mill-aktar fis possibli.
6.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kulur taż-żebgħa li ntużat għall-faċċata tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux se jinbidel wara li kienu ħafna dawk li tkellmu dwar l-eye soreness li nħoloq permezz tal-kulur li nżebgħet bih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant taf li l-kulur tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla minn dejjem kien intenzjonat fuq l-iskala ta' kuluri kif jidhru fuq il-mudell li ilu espost għall-pubbliku madwar 4 snin.
6.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar living fil-komunita' għall-persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 257 dwar l-istess suġġett.
B'żieda ma' dik it-tweġiba ngħid
(a) li dan ir-rapport li hemm riferenza għalih fit-Tweġiba għall-PQ Nru. 257 ser jiġi ppreżentat lili mill-Kummissjoni u l-MEU nhar it-Tlieta, 6 ta' Lulju 1999;
(b) li l-Kummissjoni ser torganiżża diversi laqgħat dwar dan ir-rapport;
(c) li l-Ministeru tiegħi diġa beda diskussjonijiet interni u mal-Ministru tal-Finanzi biex għall-baġit li jmiss jiġu vvutati l-finanzi neċessarji biex ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport jibdew jiġu implimentati gradatament.
6.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mit-taqsima tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fil-Freeport, matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet għal kull spezzjoni individwali? Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu ir-rakkmandazzjonijiet tat-taqsima? X'passi ttieħdu biex ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati mill-management? Dawn l-ispezzjonijiet isiru at random jew ġew investigati minn ilmenti tal-ħaddiema stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għamlet dawn in-numri ta' spezzjonijiet tul il-perjodu msemmi:
1995 : 5 spezzjonijiet
1996 : 6 spezzjonijiet
1997 : 4 spezzjonijiet
1998 : 3 spezzjonijiet
1999 : 2 spezzjonijiet
Minħabba n-natura kunfidenzjali ta' parti mill-informazzjoni rikjesta, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dettal dwar nuqqasijiet speċifiċi li ġew sollevati waqt l-ispezzjonijiet, jista' jingħad li l-problemi kienu jkkkonċernaw il-ħruġ u l-użu t'apparat personali protettiv. l-użu ta' apparat jew inġenji b'mod li jesponi ħaddiema għal periklu, l-ifformular ta' "traffic routes fil-Freeport", it-temperaturi f'ċertu taqsimiet tal-Freeport, l-assenjar ta' xogħol lill-ħaddiema li m'humiex "physically fit" biex jagħmluh, l-organiżżazzjoni tax-xogħol, l-irfiegħ, u problemi oħra relatati. F'kull każ, inkitbet ittra lill-"Management" bir-rakkomandazzjonijiet tal-Ispetturi, liema rakkomandazzjonijiet, sa fejn kien possibbli, ġew attwati mill-"Management".
L-ispezzjonijiet saru kull meta kien hemm talbiet kif ukoll kull meta nħasset il- ħtieġa.
6.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'.
Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm236.44. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.
5.7.99