Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta'Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati ebda ħaddiema mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mat-Tarzna ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-Malta Drydocks bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998
ġew impjegati sebgħa Welders każwali għal tmien ġimgħat u 'Chief Executive'. L-applikazzjoni għall-'Welders' każwali ħarġet mill-ETC bid-data tal-14 ta' Awwissu 1998.
Fuq bażi ta' sena sħiħa, jista' l-Ministru jagħti l-medja ta' kull ajruplan li jinżel u jitla' mill-Ajruport tal-Gudja f'kull xahar tas-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-medja ta' kull ajruplan li niżel u tela' fl-ajruport tal-Gudja xahar b'xahar matul is-sena 1997 huwa kif ġej:
Tluq Inżul
Jannar 805 803
Frar 764 765
Marzu 1047 1052
April 1276 1283
Mejju 1459 1470
Ġunju 1276 1286
Lulju 1512 1516
Awissu 1713 1732
Settembru 1426 1433
Ottubru 1317 1317
Novembru 944 959
Diċembru 856 858
Total 14395 14474
Billi jidher li hemm domanda biex jitwaħħlu street lighting f'toroq mudlama, jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm twaħħlu bozoz matul Lulju, Awissu u sal-5 ta' Settembru ta'l-1997 u l-1998?
Kemm hi l-waiting list/domanda bħalissa u x'inhi l-proċedura biex jitwaħħal street lighting ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta' bozoz imwaħħla matul Lulju, Awissu u sal-5 ta' Settembru 1997 u 1998 hu kif ġej:
1/7/97 - 5/9/97 - 79 lampa
1/1/98 - 3/9/98 - 519 lampa
Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal bozoz ġodda jmorru għand il-Kunsilli Lokali. Dawn jgħadduhom lill-Korporazzjoni Enemalta. Wara li l-uffiċjali mill-Korporazzjoni jeżaminaw dawn it-talbiet, dawn imorru għand il-Ministeru għall-approvazzjoni.
Ladarba t-talbiet jintlaqgħu mill-Ministeru, il-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieg.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Bank of Valletta minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa ta' ċertu valur kummerċjali li jista jkun ta' detriment għall-istrateġija ta' l-istess Kumpanija fil-konfront ta' kompetituri tagħha. Għaldaqstant inħoss li ma jkunx prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Kummerċ Ġust u l-affarijiet tal-konsumatur li ħejja fuq livell ta' abbozz ta' liġi l-gvern preċedenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-gvern qed jikkunsidra l-abbozz ta' Liġi dwar it-twaqqif ta' Awtorita u fil-ħin opportun jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar dan l-abbozz.
Mill-elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini u prodotti ta' l-ikel li kellhom il-prezz tagħhom għall-konsumatur imnaqqas wara intervent li seta' sar mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' dawn il-prodotti kif ukoll tat-tnaqqis li sar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mediċini li raħas il-prezz tagħhom wara ntervent mill-Kompetizzjoni Ġusta wara l-5 ta' Settembru 1998 huma:-
Minn Għal
Feldene Gel 0.5% x 25gr Lm2.18 Lm2.08
Trimetabol Syrup x 150ml Lm1.93 Lm1.83
MMR II Vaccine Lm6.36 Lm5.60
Actal Tabs x 24 Lm0.89 Lm0.82
Ma kien hemm ebda intervent minn dan l-Uffiċċju fuq il-prezz ta' xi prodott tal-ikel.
B'riferenza għall-perijodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' households li għamlu użu mill-offerta fil-budget tal-gvern preċedenti dwar użu ta' solar water heaters?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-inċentivi favur l-użu tal-enerġija solari li tħabbru fid-diskors tal-Budget 1998 huma forma ta' self b'rati baxxi ta' imgħax mill-banek. Il-Korporazzjoni Enemalta m'għandha l-ebda tagħrif dwar min ibbenifika minn din l-iskema.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' liema kienu t-toroq u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ ta' ilma matul ix-xahar ta' Ottubru?
Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?
Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jippjana ġdid l-Ministeru biex il-proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas?
X'qiegħed isir fil-preżent?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata fżseduta oħra.
Jista' l-Ministru jespandi b'mod iżjed konkret dak li qal dan l-aħħar kif rapportat fil-Media li għandu ħsieb u tama li s-sistema elettrika f'pajjiżna xi darba tingħaqad mal-grid Ewropew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun opportun wieħed jesprimi ruħu f'aktar dettal.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid fejn kien sar il-proġett ta' ħdejn ir-roundabout ta' Sare'? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' ħa ħsieb li jgħaddi l-pipes biex ma jkunx hemm problemi tat-traffiku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri fil-Baħrija biex ikunu jistgħu jinqdew in-nies ta' din il-lokalita' u ta' l-inħawi ta' madwarha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kaxxa tal-ittri li kien hemm fil-Baħrija nqalgħet ftit taż-żmien ilu minħabba li l-bini fejn kienet il-kaxxa kellu jitwaqqa.
Maltapost qed tfittex sit ieħor fejn tista titwaħħal il-kaxxa, u hu ttamat li din terġa titwaħħal fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jikkonsidra li ssir lampa fi Triq il-Karmnu, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Triq il-Karmnu, l-Fgura hija triq pjuttost twila u peress li l-Onor. Interpellant ma ndika l-ebda parti speċifika, il-Korporazzjoni Enemalta għamlet stima biex jiżdied id-dawl fl-imsemmija triq. Għaldaqstant din it-talba, flimkien ma' oħrajn, qed tiġi kkunsidrata.
Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta — Simonds Farsons/Marsovin
Question
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 197 ,jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dettaljat imsemmi dwar il-merger Simonds Farsons/Marsovin mħejji mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 197. Kif diġa għedt l-Uffiċċju qiegħed fl-istadju li jasal għall-konklużjonijiet tiegħu biex ikun jista jieħu deċiżjoni dwar dan il-'merger.
Mhux possibli li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jippubblika fid-dettal ir-rapport li jkun għamel minħabba li jkun hemm informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
Madankollu l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta mistenni jħabbar id-deċiżjoni tiegħu f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul iż-żmien li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kien jokkupa l-kariga ta' Chairman ta' l-MIA kien ukoll jeżerċita n-negozju ta' importatur ta' perfumes, fosthom dawk li jinbiegħu mid-duty free shop tal-mitjar ta' Ħal-Luqa? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istat ta' fatt jagħtix lok għal konflitt ta' interess, b'mod speċjali tenut kont tal-kodiċi ta' Etika għal chairman ta' kumpanniji parastatali? Jista' l-Ministru jagħti breakdown fi flus ta' perfumes mixtrija mill-Airport Supplies Limited biex jinbiegħu mid-duty free bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-3 ta' Ottubru 1998? Minn min sar dan ix-xiri?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Onor. Interpellant jaf li skond il-kodiċi tal-Etika għal Diretturi ta' Bordijiet fis-Settur Pubbliku, id-Diretturi huma mistennija jiidikjaraw minn qabel l-interessi tagħhom. Għaldaqstant huma mitluba jagħtu kull informazzjoni relevanti dwar:
a) kull direttorat, sħubija f'soċjetajiet jew kumpanniji kummerċjali,
aġenziji jew kontroll ta' ishma;
b) kull interess li jista jkollhom f'attivita jew negozju li fihom tkun
imdaħħla jew ikollha x'taqsam l-organizzazzjoni;
c) kull interess f'oġġetti jew fżservizi rrakkomandati jew ipprovduti
lill-organizzazzjoni.
Rigward l-perfumes mixtrija bejn l-1 ta' Jannar 1997 u 3 a' Ottubru 1998 risposta tingħata f'seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Min huma?
Xi kwalifiki għandhom?
Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fid-dekasteru tiegħi nħatru:
Fil-Malta International Airport:
Mr. Lawrence Żammit B.A.(Hons) Econ., M.A. (Econ)
Chairman
Dr. Saviour P.Gauci M.A.,ACIS,CPA,ACIM,Ph.D
Direttur
Dr. Sandra Sladden ADV.TRIB.ECCL.MELIT.,LL.D.
Direttur
Mr. J.R. Darmanin
Direttur
Mr. Jean Depasquale
Direttur
Fil-Malta Drydocks:
Fil-Malta Drydocks il-Gvern kkonferma lic-Chairman Profs. Noel Zarb Adami u ħatar żewġ Diretturi ġodda li huma:
Mr. Lawrence Ciantar
Direttur
Mr.Carmel Baldacchino
Direttur
Fil-Bank of Valletta:
Is-Sur Joseph F X Zahra B.A.(Hons) Econ.,M.A.(Econ) MICM ġie maħtur Chairman.
Il-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta ġie rikonfermat.
Id-Diretturi ġodda kuif ukoll dawk li ġew rikonfermati ġew maħtura fuq il-kapċita personali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numriuta' trasferimenti li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda tingħata f'seduta oħra.