Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għadda flus il-Gvern bħala sussidju fuq l-enerġija elettrika sena b'sena mill-1993 sas-sena preżenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Households — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Billi jidher li hemm il-ħsieb li t-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu relatati mad-daqs tal-household, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households: (a) b'membru wieħed; (b) bi tnejn; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta; (g) b'sebgħa; (h) bi tmienja; u (i) b'iżjed minn tmienja?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Numru ta' Persuni Numru ta' Households 1 17,642 2 25,451 3 25,045 4 31,220 5 13,478 6 4,447 7 1,311 8 455 Iżjed minn 8 256

Zabbar — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru bozoz ġodda f'dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar: i) Triq Ġanni Bonavia (bozza waħda); ii) Triq il-Kapuċċini (bozza waħda); iii) Triq il-Karmnu (tarf ma' Triq iz-Zingla) u fix-Xgħajra, f'Dawret ix-Xatt (fejn il-Ġorf tat-Tafal)?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għad-dawl fit-toroq indikati mill-Onor. Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #104 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn saret safra ministerjali waħda li fiha attendejt għat-tieni konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri responsabbli mill-Industrija tal-pajjiżi nvoluti fil-Proċess ta` Barċellona. Din il-konferenza saret ġewwa Klagenfurt, l-Awstrija u jakkumpanjawni kelli lis-Segretarju Permanenti tiegħi, il-Konsulent tiegħi fil-Ministeru, u ċ-Chairman u l-General Manager tal-Korporazzjoni Maltija tal-Iżvilupp. L-ispejjeż involuti kienu jammontaw għal Lm 3352. Matul il-Konferenza d-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ma' numru ta' ministri b'mod partikolari mal-Kummissarji ta' l-Unjoni Ewropea Martin Bangemann u Mario Monti. Għal aktar dettalji nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa li l-Ministeru tiegħi ħareġ fl-1 t'Ottubru 1998.

Maltacom — Linji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati linji ġodda tat-telephones mill-Maltacom f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita' mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998? Kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod temporanju u kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod permanenti? Kemm min dawn il-linji ġew installati f'postijiet residenzjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Banek — Mid-Med

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Mid-Med Bank minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għal reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa ta' ċertu valur kummerċjali li jista jkun ta' detriment għall-istrateġija tal-istess Kumpanija fil-Konfront ta' Kompetituri tagħha. Għaldaqstant inħoss li ma jkunx prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.

Air Malta — Reklami

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Air Malta minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Maltacom — Reklami

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Maltacom minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Maltacom — Technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hux beħsiebha timpjega technicians fuq l-electronics li kienu segwew kors ta' l-ESTS u li kienu sponsored mill-istess Maltacom għal tliet snin sħaħ? Billi kien hemm technician wieħed li spiċċa l-kors ta' l-ESTS u li kien ir-repair centre u li kien jaħdem u mħarreġ għal tliet snin sħaħ mill-Maltacom u billi dan kien jagħmel xogħol utli, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi impjegat jew ta' lanqas toħroġlu call for application għal grad tiegħu? Jaħseb il-Ministru li hu fil-vantaġġ tal-Maltacom li jekk ikun hemm vacancies timpjega l-istess technicians li tkun ħarrġet hi stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — Provvista ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ ta' dawl elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru? Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tarzna ta' Malta — Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet rigward il-Baċir Nru. 1? Meta se tittieħed deċiżjoni sabiex vapuri ma' jissewwewx aktar f'dan il-Baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 341. Irrid inżid li deċiżjoni dwar il-Baċir tittieħed fiż-żmien opportun.

Impjanti tar-Reverse Osmosis — Enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi wżata enerġija elettrika mill-impjanti tar-reverse osmosis fuq bażi annwali? Xi proporzjon jittieħed mit-total ta' l-enerġija li qegħda tiġi ġenerata mill-power stations?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-konsum bejn Ottubru 1997 u Settembru 1998 kien ta' 142,452,700 Units li jammontaw għal 8.3% tat-total ta' units li ġew iġġenerati fil-power stations fl-istess perjodu.

WSC — Produzzjoni ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u minn liema sorsi ġejja l-produzzjoni ta' l-ilma bħalissa? Kemm hu l-proporzjon ta' l-ilma li qiegħda tiġi minn sorsi tar-reverse osmosis? Kemm minn din ġejja mit-tlett impjanti rispettivament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tipproduċi l-ilma minn dawn is-sorsi:- Pumping Stations, Boreholes, Springs u l-impjanti tar-Reverse Osmosis. Il-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis tirrapreżenta 54.12% tat-total. Il-produzzjoni mill-impjanti tar-Reverse Osmosis huwa kif ġej: Ċirkewwa - 11529 metru kubu kuljum Pembroke - 31210 metru kubu kuljum Lapsi - 8743 metru kubu kuljum Marsa - 3592 metru kubu kuljum Tigne - xejn
Leg 9 PQ #766 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Porters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jekk jerġa' jingaġġa porters ma' l-MIA jagħti ċ-ċans lil dawk li kien hemm fit-tliet xhur tas-sajf li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li meta l-MIA ikollha bżonn timpjega n-nies, dan tagħmlu skond il-Liġi dwar is-Servizzi tal-Impjiegi u t-Taħriġ.

Enemalta — Enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-ogħla domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand)? Jista' jgħid kemm kienet id-domanda f'din l-okkażjoni? Jista' jgħid f'liema ħin kienet din id-domanda? Kemm kienet is-surplus capacity dak inhar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

WSC — Ground water

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jittella' ground water mill-impjanti differenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Kemm hija s-salinita' medja f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

WSC — Ground water

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jittella' ground water mill-impjanti differenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Kemm hija s-salinita' medja f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tipproduċi madwar 45,690 metri kubi ta' ilma kuljum. Il-medja tas-salinita imkejjla f'Kloridi hi ta' 1286.30 milligrammi kull litru. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella relatata ma' l-element tal-Kloridi minn kull borehole li tipproduċi l-ilma mill-aquifer.

Fabbriki/Azjendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienu n-numru ta' fabbriki u azjendi eċċ. li matul dawn l-aħħar għaxar snin kellhom jagħlqu minħabba problemi ekonomiċi jew oħrajn? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom kawża ta' dawn il-problemi? Liema minn dawn l-azjendi għadhom m'onorawx il-pagament dovut lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għall-bolla tas-sigurta' soċjali li parti minnha diġa' tkun tħallset mill-ħaddiema rispettivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni dwar kemm għalqu fabbriki u azjendi f`dawn l-aħħar għaxar snin u kemm ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom mhijiex immedjatament aċċessibbli. It-tweġibiet għalhekk jingħataw f`seduti oħra wara li l-MDC tkun ġabret l-informazzjoni neċessarja.

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma'l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ġew mpjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport PLC.

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat 28 ta' Ottubru, 1998 mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 ta` Ottubru 1998.