Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10255 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Naxxar - Giovanni Curmi

Question

Jista' jiġi ċċarat jekk studenta li qed tattendi l-Higher Secondary Giovanni Curmi tan-Naxxar u li għandha 3 Sec (gradi 4, 4, u 5) u 5 oħra (grad 6) tikkwalifikax għall-għotja ta' manteniment post-sekondarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Biex nagħti tweġiba jeħtieġ ikolli informazzjoni dwar liema kors qed issegwi din l-istudenta. Barra dan għandu jingħad li saret laqgħa li għaliha attendew uffiċċjali edukattivi ta' l-iskola msemmija u li jistgħu jagħtu t-tagħrif meħtieġ lill-istudenti fuq din il-materja.
Leg 9 PQ #10256 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Marsa - Skola Adelaide Cini

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex studenti bniet mill-Marsa li jmorru l-iskola sekondarja Adelaide Cini ma jinġarrux lejn l-iskola tagħhom fl-istess karozza li jġorru studenti ġuvintur lejn l-iskola sekondarja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni kienet ħadet azzjoni diġa' dwar dan l-ilment peress li kien sar rapport diġa' mill-amministrazzjoni ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #10257 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Liċeo Superjuri Paolino Vassallo

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk żagħżugħ li qed jirrepeti l-ewwel sena tiegħu fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo huwiex eliġibbli għall-għotja ta' manteniment lill-istudenti post-sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitolbok tirreferi lil dan iż-żgħażugħ lis-Sur George Chase, Assistent Kap, li attenda laqgħa apposta fejn ġew spjegati r-regolamenti.
Leg 9 PQ #10306 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera Community Dev. Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Cottonera Community Dev. Programme għadux jiffunzjona? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-inizjattivi li se jwettaq?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 4133.
Leg 9 PQ #10307 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Ground tal-Fortini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 699, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' dressing rooms fil-Fortini, Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sussegwentement għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 699 mogħtija f'Seduta 9, it-talba riveduta ta' Vittoriosa F.C. datata 1 ta' April 1999 ma kinitx tinkludi bini ta' dressing rooms fil-ground tal-Fortini.
Leg 9 PQ #10308 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Marija Reġina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema nieqsa fl-iskola Marija Reġina l-Ħamrun? F'liema sena suppost qed jgħallmu u x'suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx għalliema nieqsa fl-Iskola Maria Reġina.
Leg 9 PQ #10324 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Middle Management in Construction — Rating edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rating edukattiv għandu l-każ tal-Middle Management in Construction organizzat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi flimkien ma' l-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li ningħata t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista' nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10334 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Lotteriji

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija parlamentari numru 9350, jista' l-Ministru jgħid kif intnefqu l-Lm140,000 mill-lotterija presto li għadda l-Ministeru tal-Finanzi għal dak ta' l-isports?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nkun nista' ngħaddi l-informazzjoni mitluba fi tmiem is-sena finanzjarja kurrenti.
Leg 9 PQ #10338 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Cottonera — Ċentru sportiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Sportiv li se jinbena quddiem il-kulleġġ De la Salle? X'passi se jittieħdu biex dan il-kulleġġ u dak ta' St Edward's kif ukoll l-iskola Despott (magħrufa bħala Verdala) ma jiġux affetwati minn trabijiet u xogħlijiet oħra u b'hekk tiġi protetta is-saħħa ta'eluf ta' studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba preċedenti għall-Mistoqsija Parlametnari Numru 9407 mogħtija f'Seduta Numru 146. Informat li l-miżuri ta' sigurta` u protezzjoni ta' l-istudenti ta' l-iskejjel minn xi inkonvenjenti li jistgħu jirriżultaw mill-proġett indikat ikunu dawk li normalment huma assoċjati ma' proġetti ta' din l-entita`, anke permezz ta' kundizzjonijiet imposti mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u awtoritajiet kompetenti oħra.
Leg 9 PQ #10339 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena twaqqfitx unit fid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex torganizza u tieħu ħsieb għawm fix-xitwa fil-Pixxina Nazzjonali kif kien isir qabel? Jekk fl-affermattiv, x'kampanja qed issir dwar dan fl-iskejjel? Jekk le, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena, għadha s'issa ma twaqqfitx Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex torganizza l-għawm fil-Pixxina Nazzjonali, iżda qegħda tittieħed azzjoni meħtieġa biex is-Swimming Unit titwaqqaf fuq bażi permanenti. Informat li matul is-sena skolastika 1997-1998 kienet twaqqfet Swimming Unit, li kienet tikkonsisti f'Koordinatur u sitt għalliema. Il-Koordinatur kien Mr Alfred Cachia (Headmaster) u sitt għalliema li kienu lkoll għadhom kif iggradwaw B.Ed (P.E. Mains) mill-Universita` ta' Malta.
Leg 9 PQ #10347 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Ħandaq - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-gradilji fuq culverts ta' l-ilma li hemm f'Tal-Ħandaq Junior Lyceum li huma ta' periklu mikxufin kif inhuma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9981.
Leg 9 PQ #9249 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National Acquaculture Centre — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li bdew jitħarġu fin-National Aquaculture Centre matul dawn l-aħħar għaxar xhur? X'korsijiet qed jieħdu u għal-liema diploma/i?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-National Aquaculture Centre m'huwiex immexxi mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #9251 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Istitut ta' l-Agrikoltura

Question

B'riferenza għar-riċerka fuq il-pjanta mediċinali karella li qed jissokta l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jinformani x'sar mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm ġew ikkonsultati tobba li wżaw din il-pjanta fuq pazjenti tagħhom li jbatu minn mard tal-pressjoni, diabete, mard tal-prostita, eċċ matul l-istess perjodu? Kemm ġew intervistati persuni li kkonsmawha? X'kienu r-riżultati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar għaxar xhur saru investigazzjonijiet kimiċi fuq il-pjanta magħrufa "Karella", iżda għad ma għandiex riżultati fuq dan. Informat li ma ġie kkonsultat ebda tabib li juża din il-pjanta fuq pazjenti tiegħu, u lanqas ma ġew intervistati persuni li jikkonsmawha.
Leg 9 PQ #10246 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Logistics Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-logistics officer ta'l-Orkestra Nazzjonali? Kemm applikaw għal dan il-post? Min applika? Kif intgħażel u b'liema proċedura ntgħażel il-logistics officer ta' l-Orkestra Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li saret sejħa għall-applikazzjoni nterna sabiex jimtela' l-post ta' Logistic Officer, sar interview mill-Bord tad-Diretturi u rriżulta li ma ntgħażel ħadd. L-erba' applikanti kienu: Stephen Galea Stephen Żammit Lino Cremona Alfred Cremona.
Leg 9 PQ #10247 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Vjolinisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-aħħar sena, min huma l-vjolinisti li ġew ingaġġati ma' l-Orkestra Nazzjonali? Kif intgħażlu? B'liema kondizzjonijiet tax-xogħol? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'din is-sena ma ġie ngaġġat ebda vjolinista ġdid ma' l-Orkestra Nazzjonali.
Leg 9 PQ #10248 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il post battal imtela' fl-Orkestra Nazzjonali? Min mela' dawn il-postijiet battala? Kif imtlew il-postijiet battala? Kemm inħarġu sejħiet pubbliċi biex l-ewwel jimtlew mill-Maltin? Meta ħarġu dawn is-sejħiet? Saru auditions għall-persuni li ntgħażlu? Min għamel dawn l-auditions? X'kien ir-riżultat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena li għaddiet imtela' post wieħed biss li kien vakanti ma' l-Orkestra Nazzjonali, dak ta' Oboeista. Informat ukoll li ma ħarġet ebda sejħa speċifika sabiex il-post l-ewwel jimtela' minn persuna Maltija. Meta ntagħżlet il-persuna, dan inġieb sabiex idoqq f'kunċert bħala prova li serviet ukoll ta' audition. Wara li sar dan il-kunċert fl-1 ta' Ġunju 1999, il-Bord tad-Diretturi iddeċieda li jagħti l-Kuntratt lil dan il-Mużiċista.
Leg 9 PQ #10250 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors fit-teknoloġija dentali

Question

F'April tas-sena 1999 il-Kanċellier ta' l-Universita', Dr. J. Izzo Naudi li huwa wkoll iċ-Chairperson tal-Kumitat fit-Teknoloġija Dentali fl-Institute of Health Care, aċċerta lid-Direttur tas-Saħħa li l-kors fit-teknoloġija dentali kellu jibda f'Ottubru 1999. Ta' min jgħid ukoll li dan il-kors suppost kellu jibda f'Ottubru tas-sena 1992 u li din il-kwestjoni għadha tkarkar sal-lum. Qegħdin f'Ottubru tas-sena 1999 u jidher li dan il-kors mhux sejjer isir minkejja l-assigurazzjonijiet kollha li ngħataw f'April li għadda. Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jibda dan il-kors u għaliex dan il-kors għadu ma bediex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors imsemmi ma bediex f'Ottubru ta' l-1999 għaliex l-arranġamenti li kellhom isiru mad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jintuża l-laboratorju tat-Teknoloġija Dentali fl-isptar San Luqa ħadu fit-tul u filfattġew konlużi f'Lulju ta' l-1999. Għaldaqstant ma kienx hemm biżżejjed żmien sabiex ir-regolamenti tal-kors ikunu jistgħu jiġu kkonsidrati mis-Senat u mill-Kunsill ta' l-Universita`. Il-kors mistenni issa li jkun jista' jibda f'Ottubru tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #10251 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li jgħixu f'Buleben u jmorru l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar mhumiex qed jiġu pprovduti bit-trasport skolastiku meta d-distanza bejn id-dar u l-iskola taqbeż il-minimu rikjest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-distanza bejn id-dar u l-iskola ma taqbżx il-mil, li hija d-distanza stipulata skond ir-regolamenti.
Leg 9 PQ #10298 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda minn 6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #9231 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni/Biedja — Laqgħat internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat interministerjali bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tal-Biedja u Sajd mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'materji ġew diskussi? Xi żviluppi kien hemm? Xi programmi ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri ġew imnieda matul dawn l-aħħar għaxar xhur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa saret laqgħa bejn uffiċċjali taż-żewġ Ministeri f'Lulju 1999 bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u dak tal-Biedja u Sajd fejn ġew diskussi fost l-oħrajn: a) Miżuri kif jista' jissaħħaħ il-kuntatt bejn l-oqsma tal- biedja u sajd u dak ta' l-edukazzjoni. b) Is-servizz ta' esperti sabiex jagħtu pariri lill-bdiewa. c) Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd fl- Istitut ta' l-Agrikoltura fl-Universita` ta' Malta. d) Il-koperazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri fl-amministrazzjoni ta' l-Iskola ta' l-agrikoltura. Fid-dawl ta' dan kollu ġie deċiż li hemm bżonn ta' research framework adattat sabiex il-ħidma nvoluta ssir bi sforz komuni. Ġie deċiż ukoll li għandhom jiġu identifikati inizjattivi speċifiċi fejn hemm similaritajiet li jagħtu lok li jsir xogħol konġunt bejn dawn iż-żewġ Ministeri.