AnzjaniServizzi soċjali — Servizz ta' telecare/home help
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li għandhom it-telecare? Jista' jgħid kemm hemm anzjani f'Raħal Ġdid li għandhom is-servizz tal-home help?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
20.7.99
Peress illi f'risposta parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 600 intqal li: "Fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta' l-ETC li saret fit-3 ta' Novembru 1998 ġie deċiż li jiżdiedu l-programmi ta' taħriġ li qed jiġu offruti minn - NIFTE iżda dawn iridu jkunu relatati mal-bżonnijiet tal-pajjiż", jista' l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li kienu organizzati mill-amministrazzjoni preċedenti fin-NIFTE u kemm attendew nies għal kull kors? Jista' jagħti lista ta' korsijiet li kienu organizzati mill-5 ta' Settembru 'l hawn u kemm attendew nies għal kull kors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' korsijiet li ġew organiżżati fin-NIFTE mill-amministrazzjoni preċedenti u minn Settembru 1998 l'hawn hu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Ta min jgħid li t-tul tal-kors hu ta' sentejn, għalhekk kull kors għadu għaddej.
MAY - SEPT '98 SEPT '98 - JULY '99
DAĦLU DAĦLU
Basic Technical Skills 30 /
Course No. 1
Basic Technical Skills / 34
Course No. 2
Basic Technical Skills / 31
Course No. 3
Laboratory Technicians' / 13
Course
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' impjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
20.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru 'l hawn minn anzjani għall-Home Help? Jista' jindika minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li fl-aħħar ta' Ġunju kienu qed jirreġistraw fl-ewwel, fit-tieni u tielet parti tar-reġistru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Mejju 1999, kien hemm 7,301 persuna tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru. 527 fuq it-tieni parti u 738 fuq it-tielet parti.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 'l hawn, kemm il-tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġie approvat mill-Ministeru tiegħu, il-valur ta' kull tender, lil min ġie awarded, u n-natura (provista, xogħol, servizz) ta' kull tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li fid-djar għall-anzjani ta' l-Imtarfa hemm anzjana li hija MRSH positive li qegħda tkun ta' periklu kemm għall-istaff kif ukoll għal dawk l-anzjani l-oħra li qegħdin ma' ġenba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidhirli li l-Onor. Interpellant, bħala tabib, għandu jkun l-ewwel wieħed li jagħraf l-aspett tal-kunfidenzjalita' tas-saħħa ta' kull persuna w għalhekk Mistoqsija bħal din qatt ma missa saret kif saret għaliex tista' tidentifika l-persuna.
Madankollu t-Tweġiba għall-Mistoqsija - LE.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol f'St. Vincent de Paule minħabba li l-qagħda kritika li tinsab fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament qegħda fil-"waiting list" sabiex tidħol f'San Vinċenz. Il-każ tagħha qiegħed jiġi kkonsidrat skond il-mertu tagħha.
B'kollox għandna 373 applikazzjoni pendenti tan-nisa biex jidħlu ġewwa San Vinċenz, li l-maġġoranza tagħhom hija ta' natura urġenti. Għalhekk naħseb illi l-Onor. jifhem illi l-proċess biex jiġu deċiżi l-ammissjonijiet ġewwa San Vinċenz de Paule huwa wieħed diffiċli ħafna.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħmel il-monitoring tal-politika ta' l-aċċessibbilta' ta' postijiet pubbliċi għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Jaf il-Viċi Prim Ministru li f'Ħal Qormi, fejn qed isiru bankini ġodda mhux isiru r-rampi fi truf tal-bankini?
X'se jagħmel l-Ministru biex dan ma jseħħx u tiġi rrimedjata l-qagħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qed tieħu diversi miżuri biex tassigura li postijiet miftuħin għall-pubbliku ikunu aċċessibbli għal kulħadd. Biss ir-responsabilita' aħħarija għandha taqa' fuq min qed jagħmel ix-xogħol. Il-Kummissjoni kellha u għad għandha diskussjonijiet għaddejjin ma':
a) l-Awtorita' tal-Ippjanar
b) Ministeru għall-Ambjent
c) Kunsilli Lokali
dwar dan il-qasam.
Nittama li fil-futur qarib ħafna jkun hemm mekkaniżmu legali (permezz ta' Regolamenti tal-Bini) biex dan kollu jkun jista' jiġi esegwiet b'mod aktar effiċjenti.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif ġew maħduma l-prezzijiet li bihom il-gvern qed joffri lill-inkwilini biex jixtru l-post tal-gvern fejn joqogħdu? Hemm xi għajnuna għal min ma jiflaħx iħallas il-prezzijiet? Peress li hemm inkwilini li nefqu eluf ta' liri biex jirranġaw il-post fejn joqogħdu, jistgħu dawn l-ispejjeż jinqatgħu mill-prezz li qed jintalbu jħallsu biex jixtru fejn joqogħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-valutazjonijiet isiru fuq kriterji stabbiliti minn Perit nominat mill-Awtorita' tad-Djar.
Il-prezz stabbilit mill-perit jiġi sussidjat skond id-dħul ta' l-applikant kif jirriżulta mill-Iskema, min id-dħul tiegħu ma jaċċediex it-Lm 3,000 dan iħallas biss 20% fuq l-ewwel Lm 14,000 tal-prezz.
Kull benefikat li ssir fil-fond ma jitnaqqasx mill-prezz.
19.7.99
Fix-xhur li baqa' minn din is-sena, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'xogħljiet ta' manutenzjoni hemm maħsuba li jsiru fl-oqsma tad-djar San Patrizju, Sant Andrija u San Ġorġ f'Pembroke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet approvati li jsiru Pembroke huma:
Tibdil ta' soqfa: 7
Tiswija ta' soqfa: 4
Dawn jingħataw prijorita' fuq xogħolijiet oħra li minnhom b'kollox hemm 31.
19.7.99
Twaqqaf il-working group biex jistudja l-vijabilita' tal-proġett ta' Dar ta' l-Anzjani fil-Mellieħa bl-involviment tal-privat? Meta twaqqaf? Min hemm f'dan il-working group? Kemm-il darba ltaqa' s'issa u meta huwa maħsub li jlesti x-xogħol tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Working Group biex jistudja l-vjabilita' tal-proġett ta' Dar ta' l-Anzjani fil-Mellieħa għalkemm għadu ma twaqqafx, wasal biex jitwaqqaf fil-ġranet li ġejjin wara li diġa saru konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa kemm dwar il-kompożizzjoni ta' dan il-working group kif ukoll dwar il-brief li ser ikollu dan il-group u anke dwar it-time frame biex ilesti x-xogħol tiegħu. Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat, li dan il-proġett qatt ma seta' jara d-dawl tax-xemx taħt l-amministrazzjoni preċedenti laburista għaliex, nista' nikkwota mill-file relevanti bid-data tat-3 ta' Frar 1997 taħt il-firma tal-allura Segretarju Parlamentari hemm miktub: "At the moment there are no immediate plans to build an Old People's Home in Mellieħa. There is no priority at the moment to build one in that locality. As such the land in question although possibly suitable, should not be handed over to any third parties for such reasons".
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi mħabbra skema mill-Awtorita' tad-Djar dwar sussidju għal xogħlijiet ta' titjib fi djar/appartamenti privati mikrija b'ċens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għandha Skema L, li tkopri sussidju għal xogħolijiet ta' titjib f'djar u appartamenti privata mikrija b'ċens. Dan iċ-ċens ma jridx jeċċedi s-sittax-il sena.
Ix-xahar id-dieħel ser jitħabbru Skemi oħrajn biex jieħdu post uħud mill-iskemi eżistenti llum fosthom Skema "L".
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 7907 li oriġinarjament saret lilu u lill-Ministru ta' l-Intern li tagħha qed tintbagħat kopja separatament, ċioe' jgħid lil min se jingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari li saret lili kienet iġġib in-numru 8255 u mhux 7907. Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta oriġinali peress li jidhirli li r-risposta li tajt tkopri kull parti tad-domanda oriġinali.
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Telgħet Raħal Ġdid, Blokk 2, Skema 2, Raħal Ġdid jitbajdu u jsiru l-lifts fihom peress li hemm wisa' biżżejjed peress li issa hemm toqgħod ukoll persuna nieqsa mid-dawl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba dwar ix-xogħol rikjest lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Sadanittant dwar il-lifts infakkar lill-istess interpellant li skond l-iskema riċenti li ħarġet l-Awtorita' tad-Djar, f'dan l-istadju il-lifts ser jiġu stallati biss f'bini tal-Gvern il-Belt, Floriana u l-Kottonera. Applikazzjonijiet minn lokalitajiet oħrajn jintlaqgħu biss meta din l-iskema tiġi estiża.
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li kellu jsir fuq il-gallarija tal-ħadid tal-post Blk 1, Flat 6, Fuq San Pawl, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Jien infurmat li l-każ ser jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
19.7.99
Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li jiżdied ftit is-sussidju li jingħata lill-familji li jkollhom xi ħadd b'diżabilita' sabiex isir xogħol fir-residenza tagħhom u dan b'mod speċjali fejn ikun irid isir lift? Peress li minn tagħrif li ġbart l-orħos lift iwassal għal spiża ta' xi Lm5,000, jidhirlu li għajnuna sa massimu ta' Lm1,000 hija ftit wisq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema eżistenti tal-Awtorita' tad-Djar li tapplika għall-persuni b'diżabilita' ser tiskadi fit-2 ta' Awissu 1999 u qegħda tiġi riveduta.
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni, nisa u rġiel inkluż l-eta' tagħhom, jirreġistraw fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-figura ta' kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid fl-aħħar ta' Mejju 1999, f'Diċembru 1998 u Diċembru 1997.
19.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex xi pjan sabiex tirrevedi l-livell tad-dħul li fuqu hu bbażat is-sussidju tal-kera peress li bħalissa f'diversi każijiet il-livell li permezz tiegħu wieħed jibbenefika għal sussidju jidher li hu baxx wisq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dħul għal skop ta' sussidju fuq il-kera taħt l-Iskema preżenti (Skema R) tela għal Lm5,000 f'każ ta' familja ta' 5 membri jew aktar. Fl-iskema preċedenti d-dħul massimu ma jridx jaqbeż Lm4,000.
Fil-kalkulazzjonijiet tad-dħul ta' l-applikant jitnaqqsu il-kontribuzzjonijiet għas-Sigurta' Nazzjonali, kull assistenza għad-diżabilita' u kull benefiċċji soċjali li l-Awtorita' tad-Djar tista' fid-diskrezzjoni assoluta tagħha teskludi minn żmien għal żmien. Iċ-"children allowances" ma jiġux inklużi fil-kalkolazzjoni tad-dħul.
Is-sussidju massimu tela minn Lm215 għall-Lm315.
Dan seħħ wara r-reviżjoni ta' l-iskema li saret fil-15 ta' Frar, 1999.
19.7.99