Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien biex jinħarġu/jirċievu c-cheques tac-children allowance il-benefiċċjarji kkonċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ raġunijiet prinċipali li kkawżaw ftit dewmien li mhux tas-soltu fil-ħruġ taċ-ċekkijiet taċ-Childrens’ Allowance.
Din is-sena bdiet titħaddem sistema elettronika ġdida u aktar soffistikata biex tivverifika d-depożiti fil-banek ta’ l-applikanti. Dan sar biex ikun żgurar li l-allowance titħallas bir-rata korretta u skond kif dovut. Fl-istess ħin kellhom jittieħdu wkoll passi amministrattivi biex jiżguraw li din is-sistema tkun konformi mal-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, li nġiebu fis-seħħ riċentement.
Irrid ngħid li kien hemm ukoll każijiet ta’ dewmien fil-ħruġ ta’ l-allowance li ma kienux dovuti għar-raġunijiet li semmejt. Bħal ma ġara f’kull sena li għaddiet, din is-sena wkoll kien hemm applikazzjonijiet li jew waslu tard jew kellhom informazzjoni nieqsa jew skorretta. Dawn ta’ l-aħħar kellhom jintbagħtu lura fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex tinġabar mill-applikant l-informazzjoni nieqsa jew dik korretta skond il-każ.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat qed jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura li l-pagamenti li għad fadal isiru jinħarġu fl-iqsar żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ il-pensjoni ta' l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-air conditioners fis-swali 7/8 ta' l-irġiel fir-residenza San Vinċenz de Paule humiex bil-ħsara? Jekk iva, jistgħu jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-air conditioners fis-swali ndikati mill-Onor. Interpellant kienu jaħdmu regolarment iżda peress li wieħed mill-kompressuri kien jeħtieġ tiswija, l-air conditioners ma kienux qed ilaħħqu mas-sħana li għamlet f’dawn l-aħħar ġranet.
Ninsab infurmat ukoll li t-tiswijiet fuq il-kompressur issa tlestew u qed isiru t-testijiet meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir mill-aktar fis ir-reserved parking għal anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba d-diżabilita' li għandha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda bejn it-13 ta' April 2003 sal-15 ta' Lulju 2003 ma l-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ġew impjegati żewġ technical officers ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Dawn issostitwixxew impjegati oħra li tterminaw l-impjieg tagħhom ma’ l-Awtorita’.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm kien hemm membri tal-istaff li talbu li ma jibqgħux jaħdmu fid-dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' minn Ottubru 1998 s'issa? Kemm hi l-medja ta' staff li dan id-dipartiment kellu fl-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista' sħiħa ta' inizjattivi ġodda (u mhux kontinwazzjoni ta' xogħol li kien imbeda qabel) li d-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' ħa tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont tal-proposti kollha sinifikanti li d-Direttur tad-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' għamlet tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal id-Direttorju tan-Nisa li ilu jinġabar għal bosta snin? X'inhu n-numru ta' nisa li jidhru fuqu s'issa? Meta se jkun ippublikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-2001 sar eżerċizzju mid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta’ biex jiġi aġġornat id-Direttorju tan-Nisa li hu miġbur f’forma elettronika. Dan l-eżerċizzju kien jikkonsisti fi ħruġ ta’ ‘l fuq minn 4,000 kwestjonarju lil nisa professjonisti u f’karigi għolja kif wkoll lill-assoċjazzjonijiet tan-nisa u entitajiet oħra relevanti. L-informazzjoni ta’ l-409 kwestjonarju li daħlu lura ġiet imdaħħla f’data base ġdida.
Biex ikun konformi mal-provedimenti ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, qabel ma’ din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-web site tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, id-Dipartiment konċernat talab bil-miktub lil dawk li kienu rrispondew il-kwestjonarju biex jagħtu l-permess tagħhom biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwarhom. Ninsab infurmat li s’issa d-Dipartiment irċieva 235 risposta.
Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta — Kummisjoni għall-Avvanz tal-Mara
Question
X'ħidma ssir mill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u mid-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' biex nisa jkunu nominati għal bordijiet u kummissjonijiet? Xi strateġija ntużat f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istrateġija tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara biex nisa jkunu nominati għal bordijiet u kummissjonijiet hija fuq żewġ binarji:
· Waħda għal aktar għarfien dwar nisa professjonali u f’karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
· L-oħra biex jizdiedu l-opportunitajiet tan-nisa biex jilħqu dawn il-karigi.
Din il-ħidma, li l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara tesegwixxi permezz ta’ l-Eżekuttiv tagħha, id-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta’, tinkludi:
- Tisħiħ u aġġornar tad-Direttorju tan-Nisa Maltin;
- Monitoring u pubblikazzjoni ta’ statistika dwar ir-rappreżentanza ta’ nisa u rġiel fuq bordijiet u kumitati aġġornata kull sena fir-Rapport Annwali tad-Dipartiment;
- Rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati biex ikun hemm rappreżentanza bilanċjata ta’ nisa u rġiel fuq bordijiet u kumitati;
- Sottomissjoni ta’ proposti biex jissaħħu l-opportunitajiet għall-avvanz tal-mara fis-Servizz Pubbliku;
- Sottomissjoni ta’ proposti lill-iStaff Development Organisation (SDO) biex tkun inkluża l-perspettiva tal- gender fit-taħriġ li jingħata lill-uffiċċjali pubbliċi;
- Kors ta’ ‘Women in Management’ organiżżat flimkien ma’ l-SDO;
- Workshops għan-nisa kandidati fil-kunsilli lokali;
- Kampanja fil-medja biex
o aktar nisa jikkontestaw l-elezzjonijiet u
o biex l-elettorat jeleġġi kemm nisa u kemm irġiel;
- Analiżi annwali tar-riżultati ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk ir-residenti f'Marsaskala li għandhom problema ta' housing u li rreġistraw il-każ tagħhom ma' l-awtoritajiet responsabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment ghall-Akkommodazzjoni Socjali ghandu 40 applikazzjoni pendenti minn residenti f’Marsaskala.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji b'ġenitur wieħed li huma residenti f'Marsaskala u kemm minn dawn il-familji qed jirċievu għajnuna soċjali? Kemm hu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa residenti f'Marsaskala?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-ewwel u fl-ahhar parti tal-Mistoqsija, jigifieri n-numru ta’ familji b’genitur wiehed jew ta’ ommijiet mhux mi¿¿ewga residenti f’xi lokalita’ partikolari.
Ninsab infurmat li n-numru ta’ genituri wehedhom (single parents), residenti f’Marsaskala, li jircievu l-ghajnuna socjali hu ta’ 89.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' irġiel u nisa romol li huma residenti f'Marsaskala? Kemm huma l-persuni residenti f'Marsaskala li jgħixu waħedhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wiehed mid-Dipartimenti jew entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma j¿omm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Għajn — Benefiċċji soċjali għal persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni residenti f'Marsaskala li jirċievu allowance għal tfal b'diżabilita'; pensjoni għal persuni b'diżabilita' jew b'vista batuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ residenti f’Marsaskala li jircievu l-beneficcji socjali ndikati mill-Onor. Interpellant hu kif gej:
Allowance ghal tfal b’di¿abilita’ 8
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ 117
Pensjoni ghal persuni b’di¿abilita’ severa 19
Pensjoni ghal persuni b’vista batuta 6
Jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f'Ottubru ta' din is-sena mistenni jinfetah Centru ta' Rizorsi gdid ghall-persuni b'dizabilita' fis-Swatar. Suggett ghar-rizorsi disponibbli, hemm il-hsieb li fil-futur jinfethu centri ohra simili f'inhawi ohra ta' Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-awtorita'/dipartiment tad-djar milli jibda jintuża l-lift ta' entrance 95, Triq San Ġwann, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-installazzjoni tal-lift fil-post indikat hi lesta i¿da jonqos li tigi nstallata l-provvista tad-dawl 3 phase. Mistenni li dan ix-xoghol jitlesta u l-lift jibda jahdem f’qasir ¿mien.