Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bank Ċentrali — Ingaġġ ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji għadha kif ġiet ingaġġata persuna ta' madwar 54 sena mal-Bank Ċentrali li kienet taħdem ma' l-Air Malta fuq xogħol klerikali? Kien hemm xi sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-persuna li għaliha saret riferenza ġiet impjegata fl-istess proċess ta’ ingaġġ flimkien ma tmien skrivani oħra. Dan l-ingaġġ huwa kopert mill-permess ta’ l-ETC riferenza numru 84409. Il-kandidati ġew riferuti mill-ETC lill-Bank fl-20 ta’ Marzu 2007 taħt l-istess riferenza u mir-reġistru ta’ l-ETC.

Reduced Hours

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-Bank Ċentrali jestendu l-perijodu ta' reduced hours għan-nisa miżżewġin l-istess bħalma hemm mad-dipartimenti tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet ta’ l-impjegati li jaħdmu reduced hours huma koperti mill-Ftehim Kollettiv iffirmat mal-unjons li jistabbilixxi estensjoni tar-reduced hours taħt ċertu kundizzjonijiet. Fejn ikun possibli din l-estensjoni tiġi applikata. Fl-ambitu ta’ l-esiġenzi tax-xogħol il-Bank dejjem ipprova u jibqa’ jipprova jkun flessibli ma’ dawn it-tip ta’ impjegati.

Impjegati mas-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27166, ċioe: B'referenza għad-diskors pubbliku li l-Prim Ministru għamel nhar il-Ħadd, 8 ta' Lulju, jista' jgħid kemm hemm impjegati fis-settur pubbliku li ilhom bil-kuntratt definit erba' snin jew aktar? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond is-settur li l-impjegat jew impjegata qegħdin fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-impjegati li ilhom b’kuntratt definit erba’ snin jew aktar skond is-settur, huma kif jidher hawn taħt: Servizz Pubbliku 250 Settur Pubbliku 263

Impjegati tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26966, 27097 u 27167 u jgħid kemm ġew approvati call for applications għall-impjiegi mal-gvern jew ma' entitajiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu fuq bażi temporanja u kemm fuq bażi indefinita? Kemm minn dawn il-call for applications kienu internal u kemm external u x'inhu s-salarju offrut u x'benefiċċji hemm ma' tali mpjiegi? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2005, 2006, 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27167

INSO

Question

Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26974.

Mdina — Ġnien

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27216 u peress li kemm il-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u kif ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qalu li m'humiex responsabbli mit-tindif tal-ġnien taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista' l-Prim Ministru jindika min hu l-ministru responsabbli għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Forzi Armati — Dħul ta' l-ewro

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta hux se jkunu nvoluti fit-trasport u d-distribuzzjoni u l-organizzazzjoni tal-munita Ewro meta tidħol f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nista’ nikkonferma li l-Forzi Armati ta’ Malta ser jiġu nvoluti fit-trasport u d-distribuzzjoni tal-munita Ewro meta din tidħol f’Malta.

PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26994 tas-seduta nru. 548 tad-09/07/07 u jgħid: kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 23 każ fejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma’ xi deċiżjoni u ċioé ma’ xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji. Fi tnejn minn dawn il-każijiet il-Kummissjoni, wara li reġgħet ikkunsidrat il-każ, biddlet l-ewwel deċiżjoni tagħha u qablet mad-deċiżjoni tat-Tribunal.

Sptar Mater Dei — Reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq reklamar marbut ma' l-Isptar Mater Dei? Fhiex kien jikkonsisti dan ir-reklamar u min ġie mogħti dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk dan ingħatax b'direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hija fin-negattiv.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007. L-Onorevoli Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega ’l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta’ energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.

NSO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf tajjeb l-UNS jaħdem żewġ indiċijiet li huma r-Retail Price Index (R.P.I.) u l-Harmonised Index for Consumer Prices (H.I.C.P.). Fil-każ tar-Retail Price Index ma nbidel l-ebda l-kampjun, filwaqt li fil-Harmonised Index for Consumer Prices minn Jannar 2007 kien hemm bdil fis-sezzjoni ta’ l-Accomodation Services, fejn inbidel il-kampjun tal-lukandi. Dan ġie mibdul skond rapport tal-Eurostat. Ir-raġuni li nbidel il-kampjun tal-lukandi kienet li kien hemm operaturi fis-settur turistiku li ma baqgħux joperaw. Il-metodu li bih tinħadem ir-rata ta’ l-inflazzjoni ma nbidilx.

Kumpanniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

OPM — Dħul

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1998 sas-sena 2005 kemm kien id-dħul medju (mean) iddikjarat u l-varjazzjoni (variance) għal dawn l-income bracketsli jidhru hawn taħt għal kull tip ta' persuni mpjegati kemm single kif ukoll miżżewġin (employed, self-employed, u pensjonanti)? Jista' jgħid ukoll kemm kienu d-deductions/allowances għal kull kategorija u għal kull tip? Income group: Lm0 - Lm4000 Lm4000 - Lm5000 Lm5000 - Lm6000 Lm6000 - Lm7000 Lm7000 - Lm8000 Lm9000 - Lm10000 Lm10000 - Lm12000 Lm12000 - Lm14000 Lm14000 u aktar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din qed tingħata fuq salarji meħuda mill-Annual Labour Force Survey datasets ta’ impjegati li għandhom xogħol prinċipali. L-NSO m’għandix informazzjoni fuq dħul tas-self-employed u pensjonanti. Barra minn hekk fil-Labour Force Survey ma tinġabarx informazzjoni fuq deductions u allowances fis-salarji. L-informazzjoni li qiegħda tingħata hija mis-sena 2000 għaliex il-Labour Force Survey beda jsir għall-ewwel darba minn dik is-sena.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta sar Prim Ministru kemm spiċċaw persuni mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi jew inkella li kienu nkarigati mill-Isptar Mater Dei? Min kienu dawn il-persuni u x'kariga kellhom? Fejn ġew mibgħuta dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Proġetti finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26906 u 26698 u 26868 u jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27213.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26731 u 27032 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.