Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jista' l-Ministru jgħid hemmx permess u sarux l-ispezzjonijiet neċessarji f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li bosta każini, mhux fil-Belt biss, joperaw ristorant. S'issa l-liċenzji ta' dawn toħroġ mill-Pulizija u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Madankollu qed isiru taħdidiet mal-Pulizija biex din ir-responsabbilta', u oħrajn konnessi mal-'catering', igħaddu f'idejn l-Awtorita' tat-Turiżmu f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża tat-telefonati għal barra mil-linji telefoniċi tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor Membru fil-Mistoqsijiet tiegħu Numri 9098, 9099 u 9107 dan minkejja li ma jidhirlix li t-tagħrif għandu xi utilita'. Tajjeb pero' li l-Onor Membru jkun jaf li biex inġabret din l-informazzjoni nħela ħafna ħin prezzjuż li normalment l-impjegati tal-gvern jiddedikaw għal xogħol aktar produttiv.
Tajjeb ukoll li ninforma sew lill-Onor Interpellant kif ukoll lill-Kamra li biex tiġi mwieġba din il-mistoqsija ġiet kalkulata spiża ta' Lm675 mifruxa fuq 287 siegħa ta' xogħol.
Filwaqt li dejjem lest inwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Onor Membri meta jidher ċar li l-informazzjoni mitluba tkun ta' interess pubbliku nirriserva li ma nwieġibx meta jsiruli domandi bħal din li qed inwieġeb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru telefonati għal barra mil-linji telefoniċi tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajtu f'din is-Seduta għall-Mistoqsija tiegħu 9098.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw fil-preżent l-istudenti fl-ITS? Jista' jgħid separatament f'liema sena tal-kors jinsabu? Jista' jgħid separatament x'inhuma l-korsijiet li qed jagħmlu u jistax jgħid separatament l-etajiet li għandhom dawn l-istudenti u mil-liema lokalitajiet ġejjin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra erba' skedi bit-tagħrif mitlub fil-mistoqsija.
Mhux possibbli li l-għadd ta' studenti 'part-time' jingħata kors b'kors għaliex dawn l-istudenti jattendu għall-suġġetti (modules) speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħqu l-ammont ta' sigħat ta' marriage leave li ħadu l-ħaddiema, mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, fil-Ministeru, fid-dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it-tagħrif mitlub f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsijiet Numri 9102, 9103, 9104, 9105 u 9106 jintilef ħafna ħin prezzjuż li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati tal-gvern. Jekk l-Onor Membru jinfurmani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu jien nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħaq l-ammont ta' sigħat ta' maternity leave li ħadu l-ħaddiema, mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, fil-Ministeru, fid-dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it-tagħrif mitlub f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsijiet Numri 9101, 9103, 9104, 9105 u 9106 jintilef ħafna ħin prezzjuż li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati tal-gvern. Jekk l-Onor Membru jinfurmani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu jien nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilaħħaq l-ammont ta' sigħat ta' injury leave li ħadu l-ħaddiema mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fil-Ministeru, fid-dipartimenti u f'kull entita' li b'xi mod taqa' taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
l-Onor Membru żgur japprezza li biex jinkiseb it-tagħrif mitlub f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsijiet Numri 9101, 9102, 9104, 9105 u 9106 jintilef ħafna ħin prezzjuż li jista' jiġi utilizzat b'mod ferm aktar produttiv mill-impjegati tal-gvern. Jekk l-Onor Membru jinfurmani bl-utilita' tat-tagħrif mitlub minnu jien nagħmel mezz biex niġbor l-informazzjoni u nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-karozzi tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq
manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computer printers tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computer scanners tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computers tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-fax machines tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-photocopy machines tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095 u 9096.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq is-sistemi tad-drenaġġ tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq is-sistemi ta' l-ilma tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq is-sistemi tad-dawl tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq l-airconditioners tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq l-għamara tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż simili. Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fil-premises tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajjiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm 'items' 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-'Operational and Maintenance Expenses' kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d-Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu. L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-'National Tourism Organisation - Malta' li jipprovdu wkoll 'budget' għal spejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, 'air-conditioners', għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom. Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-'subhead' ta' l-'Operational and Maintenance Expenses', dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-Dipartiment u l-Organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.
Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-Mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9092, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm gwidi liċenzjati biex joperaw f'Malta? Liema huma l-lingwi prinċipali, minbarra l-Ingliż, li jitkellmu dawn il-gwidi? Minn Jannar 1999 'l hawn saru xi lmenti: (a) minn turisti stess; u/jew (b) minn sidien ta' ħwienet li fil-każ ta' (a) ittieħdu jixtru jew jieklu f'post partikolari bilfors u f'każ ta' (b) kellhom iħallsu commission biex jinġiebu turisti għandhom jew li l-gwidi b'mod sfaċċat qabżu l-ħwienet tagħhom u ħaduhom x'imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' gwidi liċenzjati biex jaħdmu f'Malta u Għawdex huwa ta' 525. Minbarra l-Ingliż, il-lingwi ewlenin li jitkellmu dawn il-gwidi huma:
Albaniż, Għarbi, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Finlandiż, 'Flemish', Franċiż, Tedesk, Grieg, Ungeriż, Taljan, Ġappuniż, Jugoslav, Norveġiż, Pollakk, Portugiż, Russu, Serb, Slovakk, Spanjol u Svediż.
Ninsab infurmat ukoll li minn Jannar 1999 sal-lum uffiċjalment ma saru l-ebda lmenti lil dan il-Ministeru la mit-turisti nfushom u lanqas mis-sidien tal-ħwienet għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b) tal-Mistoqsija. Naturalment, dan ma jfissirx li abbużi ma kienx hemm għax dawn ġieli wkoll tqajjmu fil-Kamra tar-Rappreżentanti u fil-'media'. Jiena perswas li, malli jitwaqqaf u jissaħħaħ id-Direttorat ta' l-'Enforcement' ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, jittieħdu passi mill-'enforcement officers' biex jitrażżnu l-abbużi.
Sadanittant jekk il-Ministeru jirċievi dettalji dwar ilmenti speċifiċi nassigura lill-Onor Interpellant li nara' li jittieħdu l-passi meħtieġa.