Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34728 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Ċimiterju

Question

B'riferenza għat-tweġiba 34607, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' ħidma għax-xogħol li jri isir fiċ-ċimiterju militari ta' l-Għadira fil-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm ta' ħidma għax-xogħol li jsir fiċ-Ċimiterju ta' l-Għadira fil-Mellieħa.
Leg 9 PQ #34824 Sitting 775 2002-07-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical File

Question

Jista' l-Ministru jgħid possibli jsir sforz biex jinstab medical file li d-dettalji tiegħu qed under seperate cover għax wara li dan il-pazzjent kellu appuntament il-health centre ta' Raħal Ġdid fit-3 ta' Ġunju meta fit-3 ta' lulju reġa kellu appuntament ieħor ġie nfurmat li l-file kien intilef?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-file instab u qiegħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid.
Leg 9 PQ #34660 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

B'Buġia — Testijiet tal-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet tal-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ġewwa B'Buġia? Jekk iva, meta saru l-aħħar testijiet? Jista' jsir għum f'din il-bajja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat lil fil-Bajja s-Sabiħa ġewwa B’Bugia, jista` jsir għawm. Testijiet tal-baħar minn din il-bajja bdew jittieħdu ta` kull ġimgħa mis-26 ta` Mejju 2002 bħala parti mill-programm ta` monitoraġġ ta` l-ilma baħar, mniedi mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għandu linja diretta minn fejn kull min jixtieq jista jikseb din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #34686 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Kartuna r-Roża

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 34511 il-Ministru jaf li hemm pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża u mard li mhux inkluż fl-iskeda 5, fosthom il-mard osteoprożi? Billi dawn it-tip ta' pazjenti jistgħu ikollhom bżonn pilloli u mediċini li m'humiex fil-formolarju u allura qegħdin jiffaċċjaw tbatija, jista' l-Ministru jara li din it-tbatija u diskriminazzjoni titneħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt l-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-Formularju, l-lista ta' mediċini li għalihom huma ntitolati l-pazjenti bil-kartuna r-roża tiġi riveduta biex tassigura li dawn il-pazjenti jingħataw il-mediċini bażiċi meħtieġa.
Leg 9 PQ #34753 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-kwistjoni fejn numru sostanzjali ta' enrolled nurses, mingħajr avviż sabu s-salarji tagħhom imnaqqsa minn skala 11 għal skala 12 fis-settur pubbliku? X'kien li wassal għal din l-anomalija? Min kien/u responsabbli għall-iżball li d-dipartiment tas-saħħa jsostni li sar meta dawn l-enrolled nurses ingħataw is-salarju fi skala 11? X'passi ttieħdu kontra dan l-individwu jew individwi li għamlu dan l-iżball?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 33257. In-numru ta' enrolled nurses li ghalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant huwa ta' tlettax (13) biss. Peress li l-każ jinsab quddiem il-Qrati u għadu sub judice, tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata meta tinqata' s-sentenza mill-Qrati.
Leg 9 PQ #34754 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laptops fl-inventarju ta' l-isptar Monte Carmeli u min qed jużahom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-iSptar Monte Carmeli hemm żewġ laptops fl-inventarju. Wieħed qed jintuża mis-CEO u l-ieħor mis-social worker on duty fl-uffiċċju tas-Social Work Department.
Leg 9 PQ #34756 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli? X'jisimhom f'kull każ x'inhu l-grad tagħhom, x'inhu xogħlhom fil-kċina u kemm ilhom jaħdmu fil-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34757 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa is-CCTV fl-isptar Monte Carmeli? Meta ġiet installata s-sistema? Is-sistema nxtrat wara sejħa għal tenders bi quotations jew b'direct order? Min għand min inxtrat? Kemm hu t-tul tal-garanzija? Kemm saru modifikazzjonijiet fis-sistema tas-CCTV minn meta twaħħlu u f'hiex kienu jikkonsistu dawn il-modifikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema ta` CCTV inxtrat fis-sena 2000 mingħand id-ditta ELU Ltd. wara sejħa għal quotations għas-somma ta` LM1,084.45. Is-sitema kellha garanzija ta` sena. Dan it-tagħmir ġie installat fis-sena 2000. Sussegwentement, inħasset il-ħtieġa ta` xi modifikazzjonijiet f'din is-sistema biex titkabbar u ssir aktar effettiva. Dawn il-modifikazzjonijiet saru matul is-sena 2001 u 2002 għall-prezz ta` LM500 u LM400 rispettivament.
Leg 9 PQ #34580 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji Ġodda — Restrizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jagħti permessi għal spiżeriji f’pajjiżna bħalissa? Meta ħareġ l-aħħar permess għal spiżerija? X’inhi r-raġuni għal din ir-restrizzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa teżisti friża għall-ħruġ ta` permessi għal spiżeriji ġodda. Madankollu, d-Dipartiment qiegħed jikkunsidra applikazzjonijiet għal spiżeriji ġodda f'ċirkostanzi segwenti:- L-applikazzjoni tkun għal spiżerija li minnha jinbiegħu biss mediċinali veterinarji. Jekk qabel ma bdiet titħaddem il-friża, kien diġa` deċiż li jinħareġ permess, iżda sakemm saret din il-friża l-permess ikun għadu ma ħariġx minħabba xi xogħlijiet pendenti, eċċ Jekk ikun hemm deċiżjoni ulterjuri minn awtorita` ġudizzjarja jew awtorita` oħra kompetenti bħalma huma l-Ombudsman u l-Qrati. Jekk, għal raġunijiet umanitarji, tinħass il-ħtieġa li tinfetaħ spiżerija, bil-patt li a. il-talba ssir mill-Kunsill Lokali tal-post fejn jiġu spjegati r-raġunijiet kollha għaliex għandha tinfetaħ spiżerija b. ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-imsieħba soċjali kollha u mill-Gvern, u ċ. ma jkunx hemm konflitt ma` spiżeriji eżistenti jew applikazzjonijiet preċedenti f'dik il-lokalita` jew 'area' ġdida fl-istess lokalita`. L-aħħar permess li nħareġ kien fil-15 t'April 2002.
Leg 9 PQ #34595 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Belt — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li hemm pocket ta' ġrieden ħdejn il-breakwater 'l isfel minn Dar il-Meditterran fil-Belt, tistax tittieħed azzjoni dwar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li area ndikata ħdejn il-breakwater 'l isfel minn Dar il-Mediterran fil-Belt ġiet spezzjonata llum id-9 ta` Lulju 2002 minn uffiċjali tar-'Rodent Control' ta` l-istess Dipartiment u saru t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden. Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Leg 9 PQ #34607 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Għadira - Ċimiterju Militari

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li hemm imħejjija għax-xogħol li jrid isir fiċ-ċimiterju militari ta' l-Għadira fil-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li x-xogħol li hu mħejji biex isir fiċ-Ċimiterju militari ta` l-Għadira fil-Mellieħa jaqa` taħt manutenzjoni, ma jirrikjedi l-ebda pjanti.
Leg 9 PQ #34611 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani li jkunu qed jirkupraw fl-isptar San Luqa u jerġgħu jmorru l-isptar St. Vincent De Paul, jew f'xi sptar ieħor qed jintalbu jħallsu għall-ispejjes, jew is-60% tal-pensjoni tagħhom tal-kura li jkunu ħadu fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma jintbagħtux kontijiet lil pazjenti Maltin rikoverati fir-Residenza San Vinċenz li jingħataw kura fl-Isptar San Luqa. Kull xahar jintbagħat return lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fejn ikun hemm lista ta' pazjenti li jkunu ilhom rikoverati fl-Isptar San Luqa iżjed minn 180 ġurnata, sabiex titnaqqsilhom il-penzjoni kif stipulat fil-liġi.
Leg 9 PQ #34624 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monti Carmeli — Constant Watch - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat tul dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar tal-constant watch fl-isptar Monte Carmeli? Fuq liema kriterji u taħt liema kundizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch issirx minn persuni li jkunu parti mill-full compliment ta' l-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #34504 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Paola — Dental Clinic

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-dental clinic tal-polyclinic ta' Raħal Ġdid qed ikun hemm nuqqas ta' staff/dentisti? Jista' jikkonferma li tħassru diversi appuntamenti għaliex huwa impossibbli għal min ikun qiegħed xogħol li jlaħħaq waħdu? Jista' jara wkoll li jitwaħħal air condition unit f'din d-dental clinic fejn ikun hemm sħana tremenda f'dan iż-żmien tas-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-full complement fid-dental clinic fiċ-ċentru tas-saħħa ta` Raħal Ġdid huwa ta` żewġ dentisti, wieħed dental hygienist full-time, w infermiera. Ma hemm ebda nuqqas ta` staff f'dan il-unit. M'huwiex normali li jitħassru appuntamenti ħlief meta xi ħadd mid-dentisti joħroġ bis-sick leave u ma jkunx possibbli li jintbagħat dentist minn klinika oħra. Dan jiġri rari ħafna u fil-fatt din is-sena ġrat darba biss. Din il-proċedura hija l-istess f'kull ċentru tas-saħħa ieħor. Hemm ippjanat li jsir refurbishment fiċ-ċentru tas-saħħa ta` Raħal Ġdid u l-airconditioning ser jiddaħħal bħala parti minn dan ir-refurbishment.
Leg 9 PQ #34520 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk il-pilloli Xeroda jinstabux mill-iżpiżerija tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pilloli Xeroda m'humiex inklużi fil-lista ta` Mediċini li jingħataw b'xejn mill-ispiżeriji tal-gvern.
Leg 9 PQ #34537 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina COSAAR

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34059, jista' jgħid jekk hemmx żviluppi dwar it-talba skond schedule 5 għall-mediċina COSAAR għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni hija ta` natura kunfidenzjali din ser tingħata direttament lill-pazjent.
Leg 9 PQ #34538 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bilateral Knee Replacement

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jgħid tistax il-persuna li d-dettalji u l-kunsens tagħha qed ngħaddi separatament tingħata priorita' fir-rigward ta' bilateral knee replacement ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni hija ta` natura kunfidenzjali din ser tingħata direttament lill-pazjent.
Leg 9 PQ #33924 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Għajn Tuffieħa — Mobile Toilets

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżdiedu l-mobile toilets li hemm fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa, Golden Bay, minħabba li t-tnejn li hemm - wieħed għall-irġiel u l-ieħor għan-nisa - mhumiex biżżejjed għal mijiet ta' familji Maltin u t-turisti li jiffrekwentaw din il-bajja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Minsitru kkonċernat.
Leg 9 PQ #34493 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżjara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'eventwali ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jkunux jistgħu jiġu f'Malta spiżjara barranin u jiftħu spiżeriji mediċi? Jista' jgħid jekk f'din l-eventwalita, ikunx hemm il-bżonn tal-permess ta' l-awtoritajiet Maltin u dan peress li sal-lum biex tinfetah spiżerija medika jenħtieġu permessi speċjali peress li n-numru huwa restrit? Fil-kuntest tal-ftehim li l-gvern għamel mal-EU dwar il-free movement of persons jista' jgħid jekk ċittadin mill-pajjiżi tal-EU bi professjoni ta' spiżjar ikunx jista' jiġi u jiftaħ spiżerija u jiprattika ta' spiżjar mingħajr in-neċessita' ta' permess tal-gvern Malti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bl-eventwali sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, spiżjar minn pajjiż membru ta` l-Unjoni jkun jista` jaħdem f'Malta bħala spiżjar, la darba jkun issodisfa r-rekwiżiti biex jirreġistra mal-Bord ta` l-iSpiżjara u jingħata l-warrant tal-prattika mill-President tar-Repubblika kif isir mal-ispiżjara Maltin. Dwar il-ftuħ ta` spiżeriji minn spiżjara barranin, tali spiżjara jkunu jridu jissodisfaw l-istess kriterji u kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw applikanti Maltin. Għaldaqstant, kwalunkwe permess meħtieġ u kwalunkwe restrizzjoni imposta biex tinfetaħ spiżerija li tapplika għall-applikanti Maltin tkun tgħodd bl-istess mod għal applikant minn pajjiż membru ta` l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #34499 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Paola — Air-conditioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pendenti (u jekk fl-affermattiv kemm hemm) applikazzjonijiet għall-istallar ta' air-conditioning units fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-installar ta' air-conditioning fil-Poliklinika ta' Raħal Ġdid jifforma parti mir-rifurbishment ta' dan ic-Ċentru tas-Saħħa. Dan il-proċess ta' refurbishment ilu li beda mis-sena 2000 u hu ppjanat li jitkompla b'mod aktar estensiv is-sena d-dieħla. Fil-preżent ġew air-conditioned iż-żewġt ikmamar tal-General Practitioner, l-Ispiżerija fejn hemm żewġ units u t-Treatment Room fejn hemm żewġ units oħra.