Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28141 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul mis-CET u l-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mis-CET u l-VAT fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol għas-snin 1997, 1998, 1999, 2000 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mis-CET u l-VAT fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol kien kif ġej: VAT (LM) ETI (LM) 1997 11,204 1,835 1998 NIL 2,490 1999 35,025 NIL 2000 26,321 NIL
Leg 9 PQ #28342 Sitting 610 2001-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Investimenti ta' Flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid li wara li l-gvern appella lil dawk il-Maltin li għandhom flushom investiti fl-Ewropa sabiex jinvestuhom f' banek lokali u jeħlu t-taxxa ta' 15% minflok 35%, dan l-appell jgħoddx ukoll għal dawn il-Maltin li nvestew barra l-Ewropa bħal ngħidu f' Singapore?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi nkoretta u nissuġerilu li jistenna li jitħabbru d-dettalji sħaħ tal-iskema tar-reġistrazzjoni.
Leg 9 PQ #28138 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazzju fuq Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mid-dazju mħallas fuq l-importazzjoni tal-Pure Alcohol għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin imsemmija ma kienx hemm dazju ta' importazzjoni fuq Pure Alcohol iżda dazju tas-sisa. 1997 Lm 51,241 (Jannar/Ġunju) Lm 95,806 (Lulju/Diċembru) 1998 Lm 174,461 1999 Lm 143,902 2000 Lm 83,837
Leg 9 PQ #28332 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Spezzjonijiet tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Ispetturi tal-VAT f' diversi ħwienet u stabbilimenti minn Jannar sallum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Ispetturi tal-VAT fi ħwienet u stabbilimenti mill-1 ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awissu 2001 kien 9,973.
Leg 9 PQ #28335 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT minn Jannar sal-lum? Jista' jgħid ukoll f' każ ta' l-affermattiv x' passi ser jittieħdu jew diġa ittieħdu fuq dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Awissu 2001, kien hemm 1,660 każ li ġew referuti biex jittieħdu passi bil-Qorti dwar abbuż fl-għoti ta’ irċevuti fiskali. Matul l-istess perjodu, kien hemm 203 persuni li nstabu ħatja mill-Qorti u li bejniethom weħlu Lm38,448 f’multi. Kien hemm ukoll 1,352 persuna li għażlu li jħallsu multa ta’ kompromess u li bejniethom weħlu s-somma ta’ Lm67,600.
Leg 9 PQ #28336 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet f' Malta u Għawdex li qegħdin iħallsu t-Taxxa tal-Public Right Society?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28417 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'żidiet kien hemm bejn l-1999 u l-2001 fir-rigward tas-salarji u allowances oħrajn tal-impjegati tal-Bank Ċentrali li m'humiex koperti minn ftehim kollettiv, primarjament dawk il-persuni li jokkupaw l-għola postijiet fl-istruttura tal-Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1999 u l-2001 il-gradi anzjani tal-Bank Ċentrali ingħataw żidiet fis-salarji u allowances bir-rata ta’ 9% maqsuma fuq tliet snin bl-istess mod kif ingħataw żidiet taħt il-ftehim kollettiv. F’Marzu li għadda ingħatat żieda ta’ Lm717 bejn salarju u allowance lill-ogħla grad b’riżultat tar-ristrutturar tal-Bank.
Leg 9 PQ #28419 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Ekonomija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kien hemm xi riżenji riċenti fid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Bank Ċentrali? Jekk iva, x'notice period għandhom il-persuni ikkonċernati? Jekk fl-affermattiv, huwa minnu li xi persuna li setgħet tefgħet ir-riżenja tagħha minn dan id-Dipartiment ġiet offruta diġa konsulenza mal-istess Bank jew ineklla ġiet impjegata fuq bażi part-time mal-Bank? F'dan il-każ, saru xi sejħiet pubbliċi għall-mili ta' dawn il-postijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm riżenja ta' persuna fid-Dipartiment ta' l-Ekonomija. In-notice period huwa skond kif tipprovdi c-CERA. Ma hemm l-ebda kuntratt ta' konsulenza jew impjieg part-time.
Leg 9 PQ #28299 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kolletiv — Maltacom-GWU

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi spjegat lill-persuni li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għaliex qed jinqabad iżjed bit-taxxa għal żieda li għadu ma ħax skond il-ftehim kollettiv Maltacom -GWU? Għaliex ilu minn Jannar 2001 jitlob spjega u għadu sal-lum bla tweġiba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jidhirx li t-taxpayer imsemmi talab xi informazzjoni lid-Dipartiment u ma ngħatatx lilu. It- taxpayer imsemmi huwa pensjonant u għalhekk jista jitlob spjegazzjoni lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jew inkella jmur it- Taxpayer Service Section fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u jingħata l-informazzjoni kollha neċessarja.
Leg 9 PQ #28325 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal-il gvern mit-taxxa tal-VAT din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' din il-figura li se tinġabar sallum?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-pubblikazzjonijiet li jsiru fil-Gazetti tal-Gvern minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #28381 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul ta' Vat, Kontribuzzjonijiet u Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru VAT, kontribuzzjonijiet għas-sigurta soċjali u income tax minn Għawdex tul is-sena finanzjarja li intemmet kif wkoll fis-sentejn ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbura taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud minn persuni reġistrati Għawdex matul is-snin 1999 u 2000 kin kif ġej: Sena Ammont (LM) 1999 1,680,970 2000 1,728,141 Total 3,409,111 It-totali ta’ Income Tax u l-Kontribuzzjonijiet ta’ Sigurta’ Soċjali miġbura mingħand taxpayers li għandhom l-ID Card G matul is-snin 1998 - 2000 huma kif gej: 1998 1999 2000 LM LM LM Income Tax 1,329,274.45 1,872,558.91 2,093,796.66 Kontr. Sigurta’ Socjali 1,703,007.54 2,036,794.49 2,218,778.82
Leg 9 PQ #28111 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress il-ħaddiema li kienu jaħdmu ma' l-RDC u ġew maqluba mad-Dipartiment ta' l-Ambjent ġew mitluba jħallsu t-taxxi fuq żewġ P3 li ntbatgħulhom iż-żewġ Dipartimenti rispettivament, jista' l-Ministru jirrimedja għal din l-anomalija? Jekk bl' affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindikalna ta' liema sena qed jirreferi.
Leg 9 PQ #28274 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li skond l-eurostat mhuwiex aċċettabbli li l-figuri tat-treasury clearance fund ma jiġux miżjuda mad-deficit fiskali fil-fond konsolidat tal-pajjiż? X'se isir mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt il-Fiscal Surveillance Procedure taħt Kapitlu 11 - Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' l-Acquis Communitaire il-pajjiżi kandidati kollha, bħal ma jagħmlu il-pajjiżi membri kollha, iridu jippreżentaw kull sena notifika ta' d-deficit u d-dejn tagħhom. Dan jimplika estensjoni tal-gvern ċentrali għall-gvern ġenerali li allura jkun jinkludi extra-budgetary units li jaqgħu taħt kriterji speċifikati fil-metidoloġija tal-European Standards of Accounts (ESA) - Verżjoni 1995. Għaldaqstant, avvanzi li jsiru lill dawk l-extra-budgetary units mit-Treasury Clearance Fund jiġu nklużi taħt din in-Notifika. Din in-notifika, li tkun ippubblikata, tkun reviewed mill-Eurostat u dawn jagħmlu ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom lid-DG Ecofin għall-evalwazzjoni finali ta' dawn ta' l-aħħar.
Leg 9 PQ #28281 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Assistent Commissioners

Question

Jista' l-Ministru jindika meta sejrin jitħallsu l-Assistent Commissioners li kienu xogħol waqt l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Marza li għadda?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28359 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li qed tieħu pensjoni mit-teżor hiex qed tieħu il-pensjoni ġusta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni li qed tingħata mit-Teżor lill-persuna ndikata hija korretta. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ta' l-Viċi Prim Ministru u Ministru għal Politika Soċjali fil-mistoqsija nru. 28155 f'seduta 602.
Leg 9 PQ #28379 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-MFSC kemm nefaq flus fuq il-launch u ibbaġitja fondi għall-kumpanija konness mal-proġett dwar e-money mifrux fuq tliet snin? Liema kienu l-gurnalisti barranin li taw coverage lil dan il-launch? Dawn inġiebu Malta għall-okkazzjoni mill-MFSC? Il-Gvern iħoss li l-pajjiż joffri attrazjonijiet bizzejjed biex dan il-proġett jirnexxi meta skond ma wieġeb l-Ministru nnifsu lil membru ta' l-istampa barranija preżenti għal launch, m'huma qed jiġu kkunsidrati ebda inċentivi fiskali ġodda biex iħajru nies ġodda barranin biex jieħdu sehem f'dan il-proġett?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-launch promozzjonali tal-kampanja għall-investiment fil-qasam tal-e-money ġiet tiswa Lm6,305. Din l-ispiża kienet tkopri l-ispejjeż tal-ġurnalisti li nġabu Malta mill-MFSC għal dan il-launch. Il-ġurnalisti kienu jirrappresentaw lil International Financial Adviser, European Financial Advisor, Banking and Technology Magazine, Accountancy Age, The Banker u Salt Communications. Il-Gvern iħoss li l-istruttura ta’ taxxa għal attivitajiet internazzjonali bħal ma’ huma l-immaniġjar ta’ flus u sistemi ta’ pagament elettroniċi flimkien mal-cost structures li toffri Malta huma adegwati biex iħajru investiment ta’ dan it-tip mingħajr inċentivi addizzjonali. Minbarra dan, din il-kampannja tibbaża fuq il-vantaġġi fil-leġislazzjoni presenti, l-investiment f’infrastruttura relatata li qed isir f’Malta kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat, l-esperjenza bankarja fil-pajjiż kif ukoll is-servizzi ta’ “support” li kumpanniji lokali qegħdin f’pożizzjoni li jipprovdu lil investimenti ta’ dan it-tip.
Leg 9 PQ #28380 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi l-IMF wera x-xewqa li t-twaqqif tas-singli regulato fil-qasam finanzjarju ma jiġix fis-seħħ qabel ma isseħħ il-privatizzazzjoni tal-BOV tistax tagħti indikazzjoni tat-time scales li fihom mistennija ssir il-move għat-twaqqif tar-regolatur waħdieni, kif wkoll tal-privatizzazzjoni tat-tieni bank ewlieni fil-gzejjer Maltin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #28006 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntrabandu — Pure Alcohol

Question

B'referenza għall-aħħar każ ta' kuntrabandu fuq l-pure alcohol li l-pulizija u dwana rnexxielhom jaqbdu kosina ta' alcohol li fuqa kien se jiġu misruqa b' madwar 400,000 lira Maltin f'dażji dovuti lill-Gvern. Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu s'issa mid-Dipartiment tad-Dwana?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda każ ta' kuntrabandu ta' pure alcohol imma f'Ġunju kien hemm każ ta' attentat ta' kuntrabandu ta' spirti alkoħoliċi li dwaru qed jittieħdu passi l-qorti.
Leg 9 PQ #28067 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Reviżjoni fil-Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-ħlas tar-reviżjoni fil-pensjonijiet ma jkunx intaxxat peress li għalkemm qed jitħallas f' sena waħda, l-istess ħlas huwa dovut għall-reviżjoni ta' numru ta' snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa li qed titnaqqas hu skond kif tipprovdi l-liġi.
Leg 9 PQ #28166 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 25564 f'seduta 553 li kienet tkopri l-informazzjoni mitluba sa Mejju 2001. Minn Ġunju 2001 l'hawn, kien hemm 15 l-imgieg ġdid fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Rigward impjiegi ġodda fis-Servizz Pubbliku ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tingħata mil-MPO ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.