Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tar-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta St Paul's Bay?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa fl-Imtarfa m`hemmx Gwardjani Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb li għandu għar-rigward l-iżvilupp/proġett propost mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan għar-rigward ta' l-akkwist/żvilupp ta' biċċa art magħrufa bħala Wesgħa Aquilina liema art tinsab f'Ħal Balzan stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsill Lokali Balzan ghadu m'ghamilx talba formali skond il-progett tad-Devoluzzjoni Lokali u konsegwentement ma nista' nikkummenta xejn f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġi ma' pajjiżi Mediterranji? Liema huma dawn il-kunsilli? Kemm ilhom jeżistu dawn il-ġemellaġġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġ ma pajjiżi membri ta' l-UE?
Liema huma dawk il-kunsilli u kemm ilhom jeżistu dawn ir-rabtiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24460.
Jista' l-Ministru jgħid meta persuna titkeċċa mill-Qrati Maltin minħabba xi ksur ta' liġi min jħallas għall-passaggi?
Matul din is-sena s'issa kemm tkeċċew minn pajjiżna? Ta' liema nazzjonalita? Jekk jħallas il-Gvern Malti, kemm swew il-passaġġi?
Matul is-sena 2000, x'kienu in-numru li tkeċċew mill-Qrati Maltin? Kemm swew lil Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Talbiet ghall-estradizzjoni ta` nies isiru lill-Qorti mill-Pulizija. Meta tali talbiet jigu akkordati, tkun il-Pulizija stess li tiehu hsieb l-estradizzjoni taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Belt Victoria minn mindu bdew joperaw sa l-aħħar ta' Frar li għadda?
Kemm minn dawn kienu dwar kontravenzjonijiet ta'
1) Parking
2) Dħaħen u emissjonijiet oħra minn silencers ta' vetturi
3) Storbju ikkaġunat minn silencers difettużi jew miksura
4) Nuqqas ta' lbies ta' seat belts
5) Tfiħ ta' ħmieġ jew skart barra
6) Ħruġ ta' skart domestiku ħafna qabel ma dan jinġabar
7) Ksur ieħor ta' regolamenti
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta rċieva kull maġistrat fis-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 u kemm minn dawn ġew magħluqa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm differita għas-sentenza quddiem kull maġistrat kemm ċivil kif ukoll kriminal, u kemm ilhom pendenti għas-sentenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar nissuggerixxi li din ir-risposta tinghata f`seduta futura.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-responsabilitajiet tal-Kunsilli Lokali mat-twaqqif tagħhom? Jista' jgħid sena b'sena sal-lum, kif żdiedu dawn ir-responsabilitajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-funzjonijiet statutorji tal-Kunsilli Lokali huma stabbiliti permezz ta' Art. 33 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali . Dawn il-funzjonijiet ghaddew lill-Kunsilli kif inhu gej:
- il-paragrafi (b), (e), (f), (g), (i), (l), (m) u (n) fil-1994 permezz ta' Avviz Legali 91 ta' l-1993;
- il-paragrafi (a), (c) u (d) fil-1995 permezz ta' Avviz Legali 113 ta' l-1994;
-il-paragrafi (h), (j), (k) u (o) fil-1996 permezz ta' Avviz Legali 42 ta' l-1996.
Il-Gvern ghadda aktar poteri u responsabbiltajiet godda minn Settembru 1998 l'hawn u nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-Twegiba li jien tajt ghal-mistoqsija parlamentari nru. 24361.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul is-sena 2000 gew impjegati zewg haddiema. Dawn huma:-
(i) Driver/Messenger (Part-time)
Paga: LM 48.38 fil-gimgha
(ii) Cleaner (Casual)
Hlas: LM 2 is-siegha
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie iffirmat mal-kumpanija FACES consultants dwar bus shelters li ġie mħabbar xi jiem ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 24325 (seduta 511).
Jaf il-Ministru li l-qorti ta' Għawdex ilu fuq tlett ġimgħat mingħajr is-servizz ta' photocopier machine? X'inhi r-raġuni li fl-istess qorti hemm nuqqas kbir ta' manutenzjoni b'siġġijiet u microphones imkissra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-responsabilita amministrattiva ghall-Qorti f`Ghawdex hi tal-Ministeru ghal Ghawdex u konsegwentament l-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghmel id-domanda tieghu lil Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn l-assoċjazjoni tal-kunsilli lokali u kumpanija privata, dwar il-bini u manutenzjoni ta' bus shelters? Mal-kuntratt, jistgħu jitqiegħdu wkoll l-annexes li hemm ma' l-istess dokument?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali twaqqfet bhala Korp b`personalita` guridika distinta bis-sahha ta` l-Avviz Legali numru 153 ta` l-1994 kif amendat bl-Avviz Legali numru 195 ta` l-1999.
Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Assocjazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw fondi l-Kunsilli Lokali mit-twaqqif tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm ingħata kull Kunsill mit-twaqqif tiegħu sal-llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 24009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ċertifikati mediċi biex; (a) xhieda; (b) akkużati; (c) persuni msejħa biex iservu ta' ġurati ma jidhrux quddiem il-qorti fil-ġurnata ordnata minħabba mard, is-sena l-oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Statistika ta` kemm jigu prezentati certifikati medici ma tinzammx ghax kull certifikat jigi anness ma` kull kawza in kwistjoni. L-informazzjoni mitluba tiehu tul konsiderevoli ta` zmien f`ricerka li trid issir manwalment fuq kull process kemm fil-Qrati Kriminali Superjuri u anke fil-Qrati tal-Magistrati, Gudikatura Kriminali, li m`huwiex umanament possibbli li ssir. Barra minn hekk fil-Qrati tal-Magistrati gieli tkun il-Prosekuzzjoni stess li titlob differiment tal-kawza minhabba mard kemm ta` l-akkuzat u anke ta` xi xhieda.
Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hawn kumpaniji tal-gwardjani lokali jaħdmu mal-kunsilli lokali? Meta twaqqfet kull waħda minnhom? Kemm daħħlet flus kull waħda minnhom sena b'sena minn kemm ilha mwaqqfa?
Response (GATT, AUSTIN)
S'issa hawn zewg kumpaniji tal-gwardjani lokali li jahdmu mal-Kunsilli Lokali u id-delega ta` l-Infurzar mill-Kunsilli Lokali giet introdotta fil-25 ta` Frar 2000.
Peress li dawn huma ditti privati u mhux tal-Gvern, l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax taht ir-responsabbilta` tieghi.