Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35843 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Reat

Question

Nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija 35417, jista' jgħid jekk għalkemm il-puluzija ma kellhom l-ebda rapport formali, jarax li mill-artiklu li deher fil-gazzetta ''Malta Independent on Sunday'' jidher ċar li r-reat sar? U peress li ssemmew l-ismijiet, ma jaħsibx li dan kien biżżejjed biex issir investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija investigat dal-każ. Is-sid tal-ħanut u l-impjegati tiegħu ċaħdu l-allegazzjonijiet fil-gazzetta. Min għamel ir-rapport lill-gazzetta talab li ma jittieħdux passi kontra min għandu liċenzja tal-ħanut. Wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, se tittieħed deċiżjoni jekk legalment jistgħux jiġu istitwiti proċeduri fil-Qorti.
Leg 9 PQ #36089 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Protezzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hux qiegħed jingħata l-protezzjoni mill-pulizija l-ġurnata kollha? Jekk fl-affermattiv, għal-liema raġuni qiegħda tingħata din il-protezzjoni? X'inhi l-ispjega tal-gvern għal din il-protezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

M`hix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni u il-modalitajiet ta` tali protezzjoni.
Leg 9 PQ #35479 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi tat-talba tal-kumitat tan-nar tal-Mellieħa sabiex ikollhom sit/post fejn jistgħu jaħdmu n-nar ta' matul il-festa ta' Maria Bambina? Huwa possibli li tiġi milqugħa din it-talba u jekk fl-affermattiv jista' jara li t-talba tiġi milqugħa immedjatament?

Response (BORG, TONIO)

Minn riċerka li saret fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li l-Kumitat tan-Nar tal-Mellieħa għamel xi talba għal xi post jew sit partikolari minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu n-nar ta` matul il-festa ta` Marija Bambina.
Leg 9 PQ #35727 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pembroke — Skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi jistgħu jittieħdu f'Pembroke fejn inħawi differenti qed jimtlew bi skart fuq art mhijiex mibnija, kif ilmenta f'ittra lill-awtoritajiet is-sindku tal-lokal (16 ta' Settembru 2002, 46/3016/02/0/131/132/288)?

Response (BORG, TONIO)

Hekk kif lill-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jirriżultalha li xi ġmiel jew siwi ta` xi żona huwa imħassar bid-dehra jew kundizzjoni ta` xi art, l-Awtorita` tista` tinnotifika lil sid l-art jew lil min jokkupha b`avviż sabiex jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tkun speċifikata fl-ordni. Minn naħa tiegħu il-Kunsill se jkun imfakkar li għandu juża ukoll is-servizz tal-Wardens sabiex issir sorveljanza fl-area fejn allegatament qed jintefa` l-iskart. L-ittra ma rreferiet għal ebda każ speċifiku għaldaqstant il-Kunsill se jkun mitlub jinforma lill-Aworita`, bil-każi speċifiċi u bl-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien tal-art rispettivi sabiex l-Awtorita` tieħu l-azzjoni.
Leg 9 PQ #35744 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' Stupru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' stupru din is-sena? Kemm kellhom eta' dawk stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, kien hemm 10 każijiet ta` allegazzjonijiet ta` stupru rappurtati lill-Pulizija. Disa` persuni tressqu l-Qorti fuq dawn l-akkużi. L-etajiet kienu jvarjaw minn 12-34 sena. Tliet każijiet għadhom qed jiġu investigati. Kien hemm żewġ każijiet oħra (barra l-10 każijiet), fejn il-kwerela ġiet irtirata.
Leg 9 PQ #35763 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena huwa kif ġej: Cocaine 4kg413grms Heroin 624.18grms Cannabis plants 12 plants Cannabis grass 844.95grms Cannabis resin 8kg620.5grms Cannabis seeds 43 seeds Ecstacy 975.5 tablets DHC 85 tablets Methadone 230ml Hallcion 59 tablets Anabol 13,000 tablets Ocymetholone 30 tablets Stanozolol 1,255 tablets
Leg 9 PQ #35765 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq storbju eċċessiv u x'weħħlu f'kull każ din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 1,502 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti bi ksur tal-paċi pubblika. Minn dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż, u li ġew misjuba ħatja, dawn weħlu pieni stabbiliti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #35833 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li l-Assistent Kummissjarju is-Sur Josie Brincat iltaqa' ma' rappreżentanti tal-NSTS dwar ħwienet tax-xorb f'Paceville li servew xorb lil tfal taħt l-eta', jista' jgħid x'passi ser tieħu l-pulizija speċjalment fejn kien hemm inċidenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-12 ta` Settembru 2002, kienet issejħet laqgħa fil-Ministeru tat-Turiżmu li għaliha attendew fost oħrajn rappreżentanti tal-NSTS u l-Assistent Kummissarju J. Brincat. Infurmat ukoll illi din il-laqgħa kienet fuq tema ġenerali u ma kien hemm ebda rapporti la bil-miktub u lanqas verbali dwar xi ħwienet tax-xorb partikolari. Pero` kien ġie mwiegħed minn naħa tal-NSTS li din kellha tibgħat rapport, liema rapport s`issa għadu ma wasalx.
Leg 9 PQ #35998 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — SAG - Allowance

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex numru ta' pulizija li ġew trasferiti għal ma' l-SAG, u minkejja li jaħdmu l-istess bħall-membri tal-SAG m'humiex jingħataw l-allowance ta' Lm45 fix-xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista` nivverifika.

Lands Department — Postijiet għall-Kiri

Question

Jista' il-Ministru jara kemm hemm postijiet li jistgħu jinkrew mill-lands department bħalissa? Fejn huma?

Response (BORG, TONIO)

Hija l-policy tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li tikri kemm jista` jkun malajr postijiet li jkunu jistgħu jinkrew. Fil-fatt bħalissa hemm ħames postijiet li qegħdin fuq tender għal kiri, tnejn fil-Belt u wieħed kull wieħed f`Bormla, Ħal Kirkop u Ħal Qormi. Imbagħad hemm ħdax-il post ieħor li ser jinħarġu għal kiri bit-tenders fil-futur qarib. Minn dawn tlieta qegħdin il-Belt, tlieta fis-Siġġiewi, tnejn f`Bormla u wieħed kull wieħed f`Ħal Qormi, Marsaskala u l-Imġarr Għawdex.
Leg 9 PQ #36123 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Intern u l-Ambjent — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari għandhom żewġ karozzi kull wieħed. Il-karozza uffiċjali tal-Ministru hija diesel waqt li l-oħrajn huma petrol. Dawn kollha jieħdu fuel mis-St. Joseph Petrol Station St. Venera, ħdejn il-Ministeru. Hija ħaġa ovvja li bħal ma dejjem sar dawn ma jitħallewx il-Ministeru.
Leg 9 PQ #35736 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Moħqrija fuq l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' trattament ħażin fuq l-annimali din is-sena? X'kien l-allegat reat u kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena? X'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena il-Pulizija kellha 23 rapport dwar trattament ħażin fuq annimali, li kienu jinkludu ġlied, qtil u moħqrija. Dwar dawn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 28 persuna li minnhom 4 ġew liberati, 1 ingħata multa, 1 weħel amenda u 2 twissija u ċanfira, filwaqt illi l-każi ta` l-20 oħra għadhom Sub-Judice.
Leg 9 PQ #35737 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Għeluq ta' Ħwienet/Stabilimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu ħwienet jew stabilimenti oħra din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35981 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kodiċi Kriminali

Question

Jista' il-Ministru jindika meta huwa fi ħsiebu li jidħlu fis-seħħ l-emendi l-ġodda tal-kodiċi kriminali dwar l-arrest preventiv li jitnaqaas mis-sentenza ta' priġunerija?

Response (BORG, TONIO)

Qed isiru diskussjonijiet mal-Pulizija u l-awtoritajiet tal-Ħabs dwar dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #35982 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Birkirkara - Persuna tgħix ġewwa karrozza

Question

Jista' il-Ministru jara li bniedem li qiegħed joqgħod u jorqod fil-karozza tiegħu (Yugo) u li qiegħed iħammeġ u jarmi mal-bibien tar-residenti fi Triq il-Kollegiata, Birkirkara, jiġi ikkurat għaliex ilu hemm xi erba' xhur? Diġa` sar rapport lill-pulizija u jidher li hu pazjent mentali.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar it-18 ta` Settembru 2002, il-Pulizija kellha rapport li kien hemm raġel għarwien f`karozza fi Triq il-Kolleġġata, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn ir-rapport kien ikkonfermat. Irriżulta illi dan ir-raġel huwa magħruf li għandu problema tal-alkoħol u huwa wkoll bla dar. Minn aktar stħarriġ sar magħruf li din l-istess persuna kienet taħt kura psikjatrika. In vista ta` dan kollu, il-Pulizija, dak il-ħin stess, talbet assistenza medika u dan ir-raġel ġie rikoverat fl-isptar Monte Carmeli. Jirriżulta ukoll illi dan ir-raġel kien ġie rilaxxat xi ġranet wara. Kif jidher ċar, il-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa minn naħa tagħha, u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35988 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala talba li kienet saret aktar minn għaxar snin ilu mill-propretarji li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ta' plots 1-6, Għar Barka H.O.S. Rabat għal xiri ta' art li hemm wara l-plots tagħhom, għada ma ġietx milqugħa sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talba li kienet saret aktar minn għaxar snin ilu mill-propretarji tal-plots 1-6, Għar Barka H.O.S. Rabat, għax-xiri ta` art fuq wara il-plots tagħhom ma ġietx milqugħa minħabba li l-art qiegħda barra l-iskema tal-iżvilupp u li il-kuntratt tal-akkwist tal-art mas-sidien privati għadu ma sarx.
Leg 9 PQ #35992 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux permess li faċċata ta' bini fil-Kottonera jinbena tal-bricks flok tal-ġebla Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm bħala regola ġenerali, il-bini kollu għandu jinbena bil-faċċata tal-ġebla Maltija, il-MEPA tista` teżenta lil xi ħadd milli jibni l-faċċati bil-ġebla Maltija. Fil-każ tal-Kottonera, il-bini li qiegħed isir bħala parti mill-iżvilupp tal-Kottonera Waterfront ser jinkesa bit-travertine.
Leg 9 PQ #36031 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-liċenzji għall-bird trapping f'Għawdex m'humiex qegħdin jiġu proċessati u jingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35490.

MEPA — Ħamrun - Bini ta' St. Benedict

Question

Jista' il-Ministru jara li l-bini ta' St. Benedict fi Triq Zimelli Ħamrun li ġie riabilitat dan l-aħħar jinbidlulu wkoll it-twieqi u l-bieb ta' barra?

Response (BORG, TONIO)

Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar biex ix-xogħol fuq it-twieqi u l-bieb ta` barra isiru mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #36086 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Camping Sites

Question

Peress li waqt il-ħin għall-mistoqsijiet supplimentari fis-seduta tal-11 ta' Ġunju 2002, tkellem dwar camping sites għall-poplu, jista' il-Ministru jgħid meta dawn il-camping sites sejrin ikunu available? F'liema postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Fil-kuntest tat-tfassil tal-Pjanijiet Lokali, il-MEPA s`issa identifikat seba` siti għal camping sites. Sitt siti (tnejn fil-Marfa, tnejn f`Baħar iċ-Ċagħaq, wieħed f`Kemmuna u ieħor f`Għajn Tuffieħa) qegħdin fi Pjanijiet Lokali li bħalissa qegħdin fl-istadju ta` konsultazzjoni pubblika, waqt li sit ieħor qiegħed f`Bengħajsa fil-Pjan Lokali ta` Marsaxlokk li diġa` ġie approvat formalment mill-Board tal-MEPA. L-iżvilupp ta` camping sites ikun permess mill-Awtorita` meta il-Pjanijiet Lokali rispettivi jiġu approvati formalment.