B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti dwar ħinijiet li fihom postijiet liċenzjati ta' divertiment jistgħu jdoqqu mużika, jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-liġi tobbligax lil min idoqq il-mużika bejn id-9 00 a.m. u l-4 00 a.m. biex ikollu l-premises tiegħu sound proof inkella jridx idoqq il-mużika tiegħu b'mod li ma tinstemax minn barra għax inkella jekk le, ifisser li r-residenti ta' l-inħawi jkunu jistgħu jistrieħu biss wara l-4 00.a.m. meta jkun kważi sar il-ħin biex iqumu għax-xogħol?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u 19421 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006?
Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena? Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il-kumitat?
Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision 2006?
F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? Kemm swiet din il-promozzjoni? Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar?
Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision 2006?
Kemm telgħu persuni jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-Eurovision 2006 f'Ateni? Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (A) li turi l-infieq u d-dħul marbut mal-Festival Kanzunetta Maltija għall-Europa u l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-festival tal-Eurvision.
Qed inqiegħed ukoll tabella (B) bl-informazzjoni dwar fejn saret il-promozzjoni.
Kien hemm tnax-il persuna jakkompanjaw il-kantant Malti f’Ateni u n-nefqa globali kienet tammonta għal Lm11,892.50.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19422 u jgħid f'liema pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? F'kull pajjiż minn dawn kif saret il-promozzjoni ? Liema stazzonijiet ta' radju u ġurnali ġew kkuntattjati waqt dawn il-promozzjonijiet u xi preżenza fil-media ġiet miksuba f'kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onot interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-viżitaturi fil-Villa Rumana fir-Rabat qegħdin jiddaħħlu mill-bieb tal-ġenb u mhux mill-bieb prinċipali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li inqalgħat ħsara teknika fil-bieb prinċipali tal-Villa Rumana. It-tiswija tinvolvi l-iżżarmar tal-bieb tal-ħgieg u parti mill-intrata. Sadanittant għal raguni ta' sigurta' kien importanti li l-viżitaturi jidħlu minn aċċess differenti sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kienet ta' Lm 27,388.62 filwaqt li l-ispiża għall-istess perjodu għas-snin 2004 u 2005 kienet ta' Lm 28,136.94 u Lm 28,622.67 rispettivament.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19389 u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19273, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-iskemi msemmija mill-Kummissjoni Ewropea? Hemm xi ħjiel meta l-Kummissjoni Ewropea se tagħti d-deċiżjoni tagħha? Xi problemi jonqos jingħelbu biex il-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta b'dawn l-iskemi bħala li huma permessi mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
B'riferenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19273, id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għadhom għaddejin.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat il-ftehim dwar turiżmu ma' l-Ukrajna? Meta l-ewwel li beda jiġi nnegozjat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura rċieva l-ewwel abbozz ta' ftehim bilaterali dwar it-turiżmu ma' l-Ukrajna f'Mejju 1998. Il-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin qiegħed jikkonkludi ma' l-awtoritajiet Ukrajni sabiex il-ftehim jiġi ffirmat fl-iqsar żmien.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006?
Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena? Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il-kumitat?
Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision 2006?
F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? Kemm swiet din il-promozzjoni? Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar?
Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision 2006?
Kemm telgħu persuni jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-Eurovision 2006 f'Ateni? Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Minħabba l-ammont ta' informazzjoni mitluba tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fi Pjazza S Margherita, Bormla? Meta hemm il-ħsieb li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol fil-ġnien ta' Santa Margerita, Bormla huwa maħsub li jibda għal Settembru ta' din is-sena u hu programmat li jintemm għal madwar April 2007.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kienet ta' Lm 8,171.39 filwaqt li l-ispiża għall-istess perjodu għas-snin 2004 u 2005 kienet ta' Lm 10,241.96 u Lm 9,572.32 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sabiex Malta ħadet sehem fil-Eurovision song festival li sar f'Ateni, inkluż spejjeż li saru minn wara l-għażla tal-kanzunetta rebbieħa fil-festival li sar f'Malta sal-parteċipazzjoni f'Ateni? Jista' jagħti l-ispejjeż li ġew minfuqa separatament? Jista' jgħid ukoll min tela' ġewwa Ateni bħal parti mill-kontinġent Malti li akkumpanja lill-kantant tagħna? Min iddeċieda li jitla' u lil min kienu qed jirrappreżentaw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19273, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-iskemi msemmija mill-Kummissjoni Ewropea? Hemm xi ħjiel meta l-Kummissjoni Ewropea se tagħti d-deċiżjoni tagħha? Xi problemi jonqos jingħelbu biex il-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta b'dawn l-iskemi bħala li huma permessi mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati ma' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu biex iżommu studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż f'Mejju 2003, Mejju 2004, Mejju 2005 u Mejju 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa Mejju ta' din is-sena (5 xhur) l-Awtorita' tat-Turiżmu ħarġet 876 liċenzja ta' host family.
Fis-snin 2003, 2004, u 2005 sa l-aħħar tas-sena (12 il-xahar) kienu ħarġu 1,258, 1,691 u 2,013 liċenzja rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm għandna lukandi 2-Star, 3-Star, 4-Star u 5-Star? Kemm hemm sodod f'kull kategorija u kemm hemm ħaddiema full-time u part-time f'kull kategorija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta’ lukandi u s-sodod f’kull klassi, hija ġej:
Klassi
Hotels
u Aparthotels
Numru
Sodod
5 Star
4 Star
3 Star
2 Star
14
51
60
24
6,172
16,440
13,422
2,467
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma jżommx statistika relatata ma mpjiegi fil-lukandi kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu direttament u/jew indirettament fil-qasam turistiku? Kemm huma part-time u kemm full-time u fejn jaħdmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ċifri uffiċjali li joħorġu mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika juru li f'Novembru 2005 kien hemm 8,872 impjegati full-time fil-lukandi u ristoranti. In-numru ta' ħaddiema jaħdmu part-time fl-istess xahar kien ta' 3,860 li kellhom impjieg ieħor u 5,314 li l-impjieg part-time kien l-impjieg primarju tagħhom - b'kollox 9,174.
Għall-impjegati full-time l-NSO jagħti ċifri average għas-sena. Dawn juru li fl-2004 kien hemm 8,404 f'impjieg full-time fil-lukandi u ristoranti. Min-naħa l-oħra f'Diċembru 2004 kien hemm 7,825 ħaddiema part-time li għal 4,557 minnhom kien l-impjieg primarju filwaqt li għal 3,268 kien impjieg sekondarju.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18993 u jgħid kemm ingħataw flus lill-organizzaturi li ġabu xi kantant jew grupp matul is-sena 2005 minn xi struttura jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul l-2005 l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta tat dawn l-isponsorships:
Lm 373. 97 lill-organizzatturi tal-kunċert ta' Andrew Lloyd Webber;
Lm 500 lis-Sliema Band Club sabiex ġabu lis-soprano Taljana Eva Zampieron;
Lm 3,500 lill-PRES li ġabu f'Malta lill-grupp
Australian Pink Floyd
.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19173 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-operations review li għamel il-management efficiency unit dwar is-superintendance of cultural heritage?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport mitlub mill-Onor Interpellant li huwa l-bażi preliminari tar-ristrutturazzjoni ta’ l-operat tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.