Qtugħ fis-servizz tat-telefon waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' is-servizz tat-telefon minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru minn xi kuntrattur? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex? Kemm dam kull qtugħ? Jista' jgħid ukoll min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-kumpanniji kollha li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu li fihom il-gvern għandu interess? Jista' jgħid x'persentaġġ ta' shareholding għandu l-gvern f'dawn il-kumpanniji?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, liema nformazzjoni tirreferi għall-pozizzjoni kif kienet f'Settembru 2002 u kif tidher fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2003.
Minn dak in-nhar 'l hawn is-shareholding tal-Gvern fl-MIA niżel għal 40%.
List aġġornata tkun ippublikata fl-Estimi Finanzjarji għas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Drydocks għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Shipbuilding għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Channel għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Gozo Ferries għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu s-self li l-Malta Freeport għandha mal-HSBC, Bank of Valletta jew xi bank ieħor lokali u/jew barrani? Kemm kien l-istess self fl-2001, fl-2002 u fl-2003? Kemm tħallsu interessi fl-2001, fl-2002 u fl-2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kemm hemm ħaddiema mit-taqsima tad-drenaġġ li ntbagħtu jaħdmu mal-korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? B'liema kundizzjonijiet intbagħtu? Kif inhi s-sitwazzjoni tagħhom dwar is-sigurta' ta' l-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tad-Drenaġġ u ġew detailed mall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kien 614 li minnhom hemm 508 f'Malta u 106 f'Għawdex.
Għar-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1903.
Kemm hemm ħaddiema li huma meqjusa żejda fil-PBS? B'liema kriterju huma meqjusa żejda? F'liema taqsimiet jaħdmu? X'ser isir minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li sar eżerċizzju bil-għan li jistabbilixxi kemm għandha jkollha ħaddiema l-Kumpanija biex tkun vijabbli. Bħalissa hemm 184 ħaddiema, li jridu jonqsu għal 50. Jien nfurmat ukoll li kważi f'kull kategorija ta' xogħol hemm nies żejda. Għal dan il-għan bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-General Workers' Union fuq skemi ta' voluntary redundancies.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel żviluppaw ħsarat fis-sistema tal-kanen tagħhom minħabba t-tip ta' materjal li ntuża? Jekk fl-affermattiv, kemm ġie jiswa x-xogħol ta' irranġar tas-sistemi konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-sistemi tal-kanen tal-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ma żviluppawx ħsarat imma l-ammont ta' 'corrosion' tal-kanen kien ser iwassal biex dawn jiġrilhom ħsarat fi żmien qasir. Għaldaqstant sar xogħol fuqhom biex din il-problema tkun tista' tiġi evitata. Ix-xogħol kien jikonsisti fil-bdil tal-kanen għal materjal aktar reżistenti kontra l-ilma baħar. Il-materjal użat oriġinarjament kien dak li jissejjaħ 'black pipes' li ma jkunux galvanizzati imma li jkunu ta' ħxuna akbar li jifilħu għal-'corrosion'.
Sfortunatament tirriżulta li dawn il-kanen xorta waħda ma kienux tajbin biżżejjed għall-ammont ta' 'corrosion' li joħloq l-ilma baħar tagħna. Ix-xogħol fuq il-kanen il-ġodda sewa madwar LM170,000.
B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi, possibbli li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tindika meta hemm il-ħsieb li tbiddel il-main ta' l-ilma li hemm f'Wied iz-Ziju, l/o M'Scala għaliex qed ikun hemm leakages kontinwi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-KSI għadha kif bidlet part minn dan il-mejn f'Wied Iz-Ziju M'Scala li l-aktar li kien dgħajjef. Bħalissa qed isir studju biex tittieħed deċiżjoni jekk hemmx bżonn li jinbidlu aktar partijiet ta' dan il-mejn. Jidher iżda li l-problema ta' leakages ġiet solvuta.
San Pawl il-Baħar — Appartamenti ta' l-awtorita' tad-djar - xogħol ta' dawl u ilma
Question
No question text.
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħadet ħsieb li tgħaddi l-mains tad-distribuzzjoni ta' l-ilma għal dawn l-appartamenti. Jien infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin arranġamenti ma' l-Awtorita' tad-Djar biex din tagħmel l-applikazzjoni għas-servizzi. Appena dawn isiru, il-Korporazzjoni tipprovdi s-servizz.
Ix-xogħol fil-main sewer għall-Appartamenti ta' l-Awtorita' tad-Djar diġa sar minn kuntrattur tad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-house connection għal mas-sistema ħadu ħsiebha l-Awtorita' tad-Djar.
Għar-rigward tal-provista tad-dawl elettriku, it-talba għal dan il-għan tiġi milqugħa la darba titħaddem substation ġdida mibnija għal dan il-għan.
Id-deċiżjoni tal-Kumpanija dwar it-tnaqqis fit-trips saret wara li sar analiżi tal-użu tal-vapuri. L-istatistika uriet li l-ħinijiet tas-servizz jista' jiġi modifikat sabiex jingħata servizz aħjar. L-aspett soċjali tad-deċiżjoni ġiet studjata wkoll.
Il-Kumpanija ddeċidiet (u diġa attwat id-deċiżjoni) li, biex il-pubbliku ma jbatix, isiru extra trips skond il-ħtiġijiet u l-esiġenzi tas-servizz.
L-analiżi tal-figuri saret qabel ma nħarġet l-ewwel timetable. Ta' min isemmi li l-ewwel timetable kienet identika bħal tas-sena l-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ sabiex in-nies li joqogħdu fl-ewwel parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg u Triq Xrob il-Għaġin, fiż-Żejtun ikollhom sistema ta' drenaġġ diċenti minflok il-fossa li qed jużaw fil-preżent?
X'wassal biex ix-xogħol li kien inbeda u tlestiet biċċa sewwa minnu waqaf proprju fl-aħħar biċċa trinka?
Huwa konxju l-Ministru li dawn ir-residenti ilhom ibatu min-nuqqas ta' sistema ta' drenaġġ adegwata għal dawn l-aħħar 20 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-kumpannija Gozo Channel mill-1992 sa l-2002, kull sena separatament (fl-aħħar ta' kull sena)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel? Jista' jagħti l-informazzjoni ta' kull vapur separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ġew jiswew madwar Lm44 miljun lira maltin. Huwa diffiċli li tgħid eżatt kemm ġie jiswa kull wieħed għaliex ċerti spejjeż saru għat-tliet vapuri f'daqqa, pero minħabba l-arranġament tal-loans ma barra xi wħud minn dawn l-ispejjeż ġew allokati fuq vapur partikolari u ma ġewx maqsuma ugwali fuq it-tliet vapuri.
Għal din ir-raġuni, l-ewwel vapur assorba aktar spejjeż mill-oħrajn u ġie jiswa madwar Lm16 miljun. Il-vapuri l-oħra ġew jiswew madwar Lm14 miljun kull wieħed. Din l-ispiża tinkludi wkoll parti mill-imgħax li ġie kapitaliżżat waqt il-bini ta' dawn il-vapuri.
Inżid wkoll illi s'issa ebda parti min din l-ispiża ma qed titħallas mill-Gozo Channel għalkemm il-quddiem hemm il-ħsieb li jkun hemm Charter Fee bejn il-Gozo Channel u il-Gozo Ferries ibbażata fuq valur stmat għal tliet vapuri ta' Lm20 miljun u mhux Lm44 miljun.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ħaddiema li ġew issensjati mill-Medigrain?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s'issa għadu ma ġie ssensjat l-ebda ħaddiem mill-Medigrain. Fl-istess waqt nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru. 1692.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1664 jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox impjegati mal-Gozo Channel u jindika l-mansjonijiet rispettivi tagħhom? Jista' jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel din is-sena, jindika x-xhur relattivi ta' meta dawn il-ħaddiema ġew impjegati u x'mansjonijet għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalissa l-Kumpanija għandha 249 impjegat full time u 2 fuq bażi ta' part time.
L-informazzjoni dwar mensjonijiet hija ta' natura kummerċjali.
Matul il-2003, ġew ingaġġati tliet impjegati ġodda, tnejn f'Jannar u wieħed f'Marzu.
Jista' il-Minsitru jikkonferma li s-servizz tal-helicopter ser jiġi sospiż fl-1 ta' Mejju 2004, jagħti r-raġunijiet u jgħid x'ser isir mill-ħaddiema li jaħdmu l-heliport inklużi l-iskwadra tat-tifi tan-nar u jgħid ukoll xi proġetti hemm maħsuba għall-użu tal-heliport f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nistax nikkonferma s-suppożizzjoni tal-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi sezzjoni li tosserva u tirraporta ħsarat ta' bozoz tat-toroq? Jekk fl-affermativ għaliex bozoz fil-Kottonera idumu ġimgħat ma' jixgħelux?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-bozoz tat-toroq jiġu rrapurtati fil-maġġoranza tagħhom mill-Kunsill Lokali. It-tiswija ta' dawn il-bozoz issir fl-aqsar żmien possibli.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għall-liema bozoz qed jirreferi.