Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita' — Economic, Management u accountancy

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi ħa l-uffiċċju tas-segretarju parlamentari għan-negozji żgħar u s-self-employed bejn is-sena 2003 u 2005 ma' l-universita' biex il-fakulta ta' l-economics, management u accountancy tfassal il-korsijiet tagħha b'mod li jirrifletti r-realta' tal-gżejjer tagħna fejn 99% ta' l-ekonomija tagħna huma SMEs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn l-2003 u l-2005 kienu diversi l-inizjattivi li ġew koordinati flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Xogħlijiet immirati fuq livell primarju, sekondarju, post sekondarju u terzjarju. Għal dan il-għan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni identifika persuna li ġiet assenjata mas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed sabiex dawn l-inizjattivi saru realta. B'mod partikolari fl-Universtia' bejn is-sena 2003 u 2005 saru diversi laqgħat mal-Fakulta ta' l-Economics, Management u Accountacy u mal-lecturers fl-Universita' sabiex it-tagħlim prattiku tal-imprenditorja jiġi imħeġġeġ aktar. Bejn l-2003 u 2005 saru it-tħejjiet kollha nċessarji sabiex wasalna għal mument li fiħ qed jiġu ffinaliżżati d-dettalji ta' kors ġdid fil-Qasam tal-Imprenditorja propoju minn din il-Fakulta. Issa jonqos biss li dan il-kors maħsub li jkun fuq livell ta' diploma jiġi approvat mill-Universita. Huwa maħsub sabiex dan ikun l-ewwel kors ta' l-għamla tiegħu fl-Universita' ta' Malta. Bejn l-2003 u l-2005 kien hemm ukoll bosta okkażjonijiet fejn is-Segretarjat daħal fi sħab mal-għaqda Scoops sabiex ġew imnedija diversi programmi edukattivi informali fejn studenti Universitarji ikunu jistgħu b'mod prattiku jinvolvu ruħhom aktar fl-intrapriżi fittizji tagħhom u b'hekk jieħdu idea aktar mill-qrib ta' l-attivita kummerċjali f'pajjiżna.

Gozo channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpannija Gozo channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li din il-kumpannija bdiet tagħti lil Għawdxin? X'ammont ta' flus qed titħallas il-Gozo channel bis-saħħa ta' dan il-kuntratt? X'servizzi hija obbligata tagħti? Kemm-il sena jkopri dan il-kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għad-domanda parlamentari nru. 15531.

Port il-Kbir — Stevedores

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' stevedores fil-Port il-Kbir fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Port Workers fil-Port il-Kbir matul l-aħħar għaxar snin kien kif ġej: Year Number 2005 371 2004 373 2003 373 2002 373 2001 376 2000 381 1999 388 1998 391 1997 392 1996 398 Ta' min wieħed jinnota li mill-1993 l-stevedores ġew amalgamati mal-Port Workers.

Port il-Kbir — Stevedores

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' foremen ta' stevedores fil-Port il-Kbir fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Foremen tal-Port Workers fil-Port il-Kbir matul l-aħħar għaxar snin kien kif ġej: Year Number 2005 33 2004 33 2003 33 2002 33 2001 33 2000 28 1999 29 1998 29 1997 29 1996 29 Ta' min wieħed jinnota li mill-1993 l-stevedores ġew amalgamati mal-Port Workers.

MMA — Superintendent Maintenance

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex promoss Superintendent Maintenance mal-Malta Maritime Authority? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta, xi kwalifiki għandu u x'paga/salarju u allowance għandu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pożizzjoni ta' Maintenance Superintendent ġiet mimlija fl-1 t'Awissu 2005. Is-salarju għal din il-pożizzjoni huwa ta' Lm6584 fis-sena filwaqt li m'hemm l-ebda allowances marbuta ma' dan il-grad. Il-kwalifiki tal-persusna li ġiet magħżula huma dawn: Enemalta Licence A Enemalta Licence B Electrical Installation City & Guilds Part 1 Electrical Installation City & Guilds Part 2 Electrical Installation City & Guilds Part 3 Course C Journeyman Certificate (Electrical) Electronic Servicing City & Guilds Part 1 Electronic Servicing City & Guilds Part 2 Certificate of Achievement in Electrical Fitting Trade City & Guilds Computeer Aided Draughting Design - 2D

Performing rights society

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li ta' kull sena jintbagħtu (anke approssimattiv) il-performing rights society barra minn Malta għal daqq ta' diski, films barranin eċċ li jsir f'Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Att Legali 425 ta' l-2003 jipprovdi għar-regolamenti ta' l-2004 dwar il-Kontroll tat-Twaqqif u l-Operazzjoni tas-Soċjetajiet għall-Amministrazzjoni Kolletiva tad-Drittijiet ta' l-Awtur. Dan l-Att Legali jagħmel parti mill-liġi tal-copyright (Kap 415) fejn artiklu 45 jipprovdi għall-appuntament ta' Bord dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, liema Bord, skond Att Legali 425 għandu l-awtorita' li jilqa' u japprova talba biex topera collecting society. Filwaqt li t-talba saret mill-Performing Rights Society u bħalissa din it-talba qiegħda tiġi kkonsidrata mill-Bord, l-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mhiex għad-dispozizzjoni tal-Bord.

Speed cameras — Calibrations

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-Malta Standards Authority qattx intalbet tagħmel calibrations ta' l-ispeed cameras?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards qatt ma ntalbet tagħmel calibrations ta' l-ispeed cameras.

Trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kumpannija Maltija hijiex interessata li tidħol għat-trasport bejn Malta u Għawdex permess ta' seaplane? Jekk iva, fiex waslu d-diskussjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ma rċieva l-ebda talba mingħand xi kumpanija Maltija dwar Trasport bejn Malta u Għawdex permess ta' Sea Plane.

Reġistrazzjoni ta' pleasure boats

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew reġisrati pleasure boats fis-sena 2004 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-sena 2004 ġew reġistrati 329 pleasure boat taħt l-Att dwar il-Bastiment Merkantili. Dawn kienu maqsumin hekk skond it-tul tagħhom: Tul Numru 6m-10m 114 10m-16m 112 16m-20m 46 20m 'l fuq 57 Wieħed minn dawn il-pleasure yachts kien ta' tip sailing li t-tul tiegħu kien ta' 10.1m filwaqt li oħrajn kienu kollha motor.

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfetħu ħwienet fis-sena 2004 u din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fis-sena 2004 kien hemm 456 applikazzjoni biex jinfetħu l-ħwienet, waqt li minn Jannar sad-9 ta' Novembru 2005, kien hemm 404 il-applikazzjoni.

Voti rikorrenti 32/33

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm flus intnefqu s'issa u fuq xiex mill-Lm1,350,000 taħt vot rikorrenti 32 Item 5390 għas-sena 2005? Kemm hu mistenni li jintnefqu sa l-aħħar tas-sena u fuq xiex? Għalxiex ġew provduti Lm1,665,000 taħt il-vot rikorrenti 33 Item 5390 għas-sena 2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-flus votati taħt il-Vot Rikorenti 32, Item 5390 għas-sena 2005, jiġifieri Lm1,350,000 intefqu kollha. Dawn il-flus huma l-kumpens li ġie mgħoddi lill-Gozo Channel Co. Ltd. bħala sussidju għan-nollijiet, skond l-obbligu li joħroġ mill-kuntraatt dwar is-Servizz Pubbliku (Public Service Obligation Contract) li kien ġie ffirmat fis-16 ta' April 2004 mill-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni u l-Gozo Channel Co. Ltd. In-nollijiet sussidjati huma dawk li jitħallsu mir-residenti Għawdxin u miċ-ċittadini li għandhom il-Kartanzjan, kif ukoll jiġu sussidjati l-vjaġġi li jsiru matul il-lejl (night services). Hu mistenni li sal-aħħar ta' din is-sena ser ikun ntefqu b'kollox Lm1,481,012 bħala sussidju kif imsemmi, jiġifieri Lm131,012 iktar mill-Lm1,350,000 li kienu ġew ivvutati taħt l-Estimi Finanzjarji għal din is-sena. Il-Lm1,665,000 li ġew provduti taħt il-Vot Rikorrenti 33 Item 5390 fl-Estimi tas-sena 2006 ser jintefqu għall-istess skop bħal ta' din is-sena, jiġifieri bħala sussidju għan-nollijiet kif ġie spjegat hawn fuq.

EU — Fondi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Sussidju fuq iz-zokkor

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-Gvern Malti fuq iz-zokkor din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-2004 il-Gvern ħallas Lm1,659,341f'sussidju fuq iz-zokkor filwaqt li din is-sena s'issa ħallas Lm1,135,985.

Passenger cruise liners ġewwa Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15064 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa kemm-il darba kien hemm passenger cruise liner li ankra ħdejn Għawdex biex il-passiġġieri tiegħu setgħu jżuru l-gżira Għawdxija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti ta' cruise liners li ankraw barra l-gżira ta' Għawdex huma dawn li ġejjin: Sena Numru ta' cruise liners 2000 1 2001 0 2002 5 2003 5 2004 6 2005 ( sal-lum) 2

Ta' Qali — Proġett tal-Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi s-somma ta' flus ivvutata għall-iżvilupp tal-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali fl-estimi għall-2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li tlesta l-proċess ta' konsultazzjoni mas-sidien tal-huts ġewwa Ta' Qali u wara li ġew iffirmati l-konvenji mas-sidien tal-huts il-Gvern issa għandu quddiemu diversi possibiltajiet ta' finanzjament u għalhekk issa il-Kumitat tal-Kabinet għall-Proġetti Nazzjonali sa jiddeċiedi fuq l-aħjar metodu ta' finanzjament. B'dan il-mod inkunu qed nassiguraw li l-PPP ikun l-iktar effettiv possibli.

Port ta' l-Imġarr — Irmiġġ ta' jottijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14734 dwar irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex, jista' il-Ministru jgħid meta kien li l-awtorita' marittima bdiet tara jekk hux possibbli li fil-port ta' l-Imġarr jiżdiedu l-irmiġġi ma' dawk eżistenti? Lestietu dan l-irmiġġ l-awtorita'? Jekk fin-negattiv, meta mistennija tlestih? Minn min kienet informata l-awtorita' dwar l-iżviluppi li hemm proposti għal marina fil-limiti tal-Qala? Meta ġiet informata? X'kienu u meta saru l-proposti oriġinali? Xi żviluppi dwarhom ġew irrapportati lill-awtorita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Yachting Study li kien sar fl-1995 kien intiż sabiex jiġu identifikati siti differenti f'Malta u Għawdex fejn jistgħu jinbnew yacht marinas. Fl-1996 uffiċjali tal-Awtorita' Maritima kienu għenu sabiex jiġi identifikat sit ieħor ġewwa Għawdex fejn jistgħu jinbnew yacht marinas. Dan kien fil-limiti tal-Qala iżda l-iżvilupp kien jinvolvi skavar ta' blat liema żvilupp ma kienx ikkunsidrat meta sar l-ewwel studju fl-1995. L-Awtorita' Marittima kienet ikkunsultata mill-Awtorita' tal-Ippjanar dwar l-Iżvilupp propost ta' yacht marina fil-limiti tal-Qala. L-Awtorita' Marittima tagħat il-fehmiet tagħha f'April 2004. Barra minn dan, il-promoturi tal-proġett taw spjegazzjoni u tagħrif fuq il-proġett.

Bejjiegħa tal-monti

Question

Familja li jkollha bejjiegħa tal-monti jarmaw quddiem il-garage tad-dar tagħha b'mod inkonvenjenti, kif jistgħu jappellaw biex dan l-ispazju jitħalla vojt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-swieq fil-beraħ huma regolati b'Avviż Legali 119 tat-2002, li jaqa' taħt il-Liġi tal-Kunsilli Lokali għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MMA — Jottijiet tal-marina f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema portijiet l-awtorita' marittima Maltija identifikat li jistgħu jsiru jottijiet tal-marina f'Għawdex barra dak użat bħalissa? Jekk ma sarux eżerċizzji simili f'Għawdex jista' isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond il-Yachting Subject study li kien sar mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar flimkien ma' l-Awtorita' Marittima fl-1996, kien ġie identifikat li f'Għawdex tista' titkabbar il-marina eżistenti fuq in-naħa ta' barra tal-breakwater lejn in-naħa magħrufa bħala tal-Ħawlija. Minbarra dan infurmat li hemm talba għall-bini ta' marina għall-jottijiet fil-limiti tal-Qala.

Awtorita' Maltija għall-Komunikazzjoni — Telefon ċellulari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi beħsiebha tieħu l-awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni wara li dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea xandret it-tariffi li jiċċarġjaw għadd ta' kumpanniji tat-telefon ċellulari fl-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, u qalet li dawn it-tariffi jistgħu jitbaxxew għall-ġid tal-konsumatur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni qiegħda taħdem fuq livell ta' L-EU biex tindirizza s-suq tal-mobile wholesale biex tistabilixxi pożizzjoni armonizzata sabiex tirregola kull abbuż possibli bħalma huma tariffi għolja.