Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25931 u jgħid kemm saru sigħat ta' extra duty mill-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2014 u fl-2015 u mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Forzi Armati ta’ Malta – persuni ta’ sess femminili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni tas-sess femminili fil-Forzi Armati ta' Malta preżentament? Jista’ jgħid kif dawn il-membri huma mqassma rank b'rank fl-istess forza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li pre¿entament hemm ħamsa u tmenin persuna ta’ sess femminili fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn jinsabu mqassma fir-ranks kif ġej:
1 Lieutenant Colonel
1 Major
2 Captain
1 Lieutenant
1 2/Lieutenant
8 Staff Sergeant
5 sergeant
7 Bombardier
14 Lance Bombardier
32 Gunner
8 Gunner/Recruits
5 Officer Cadets
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li jiġu ngaġġati uffiċjali ġodda tal-ħabs sal-aħħar tas-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li għadu għaddej il-proċess ta’ diskussjoni mall-Finanzi, biex jiġi deċiż in-numru eżatt ta’ kemm se jiġu ngaġġati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sigħat ta’ overtime li nħaddmu mill-uffiċjali tal-ħabs fis-sena 2014, 2015 u mill-1 ta' Jannar 2016 sal 31 ta' Mejju 2016 xahar b'xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex diversi ġimgħat wara r-riżenja tal-Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-Korp tal-Pulizija, għadu sal-lum imexxieh aġent Kummissarju minflok Kummissarju tal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkunsidra t-talba tal-Oppożizzjoni li Kummissarju tal-Pulizija ġdid jinħatar bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati? Jekk ir-risposta għat-tieni mistoqsija parlamentari hija fin-negativ, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aġent Kummissarju għandu l-poteri kollha ta’ Kummissarju. Il-Gvern, skont il-programm elettorali tiegħu, huwa kommess li jimmodernizza l-Korp tal-Pulizija u bosta deċiżjonijiet jittieħdu fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm membri li huma tas-sess femminili fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' membri fil-Korp tal-Pulizija li huma tas-sess femminili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li preżentement hemm tlett mija u tmienja u disgħin (398) uffiċċjal tas-sess femminili li huma membri fil-Korp. Dan jgħodd għal-madwar 19.28 fil-mija bħala persentaġġ mill-membri kollha.
San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u l-Mellieħa – Pulizija tat-turiżmu
Question
Jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-lokalitajiet turistiċi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar/Buġibba/Qawra jkunu nklużi fil-proġett indikat fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (Numru 161413) relatata mal-pulizija tat-turiżmu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ħabbart, tittieħed deċi¿joni dwar l-estenzjoni f’lokalitajiet oħra, wara li issir analiżi tal-proġett pilota f’Tas-Sliema u San Ġiljan.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, mnbarra l-Ministru kien hawn dawn dawn l-uffiċjali li kellhom l-karozza fully expense jew allowance biex jużaw il-vettura personali tiegħu jew tagħha:
Segretariat Privat:
Head of Secretariat
Private Secretary
Assistant Private Secretary
Uffiċju tas-Segretarju Permanenti:
Permanent Secretary
Director General, Operations
Chief Information Officer
Director Corporate Services
Director EU Affairs
Director Policy Development
Director, Programme Implementation
Qorti:
Director General
Director, Civil Courts & Civil Tribunals
Director, Criminal Courts and Civil Tribunals
Director, Support Services
Director, Gozo Courts & Tribunals
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili:
Direttur
Pulizija:
Commissioner of Police
Director Finance & Administration
Refugee Commission:
Refugee Commissioner
Detention Services:
Commander Detention Services:
Aviation Security
Head Aviation Security
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ssejħu l-pulizija dwar inċidenti li setgħu seħħew fil-Young Peoples’ Unit bejn Mejju 2015 u Mejju 2016 u kemm kien hemm każijiet minnhom fl-istess perjodu li spiċċaw il-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn Mejju 2015 u Mejju 2016, kien hemm tlett sejħiet għall-għajnuna mill-‘Young Peoples Unit’ fl’Isptar Monte Karmeli ġewwa H’Attard. Każ minnhom spiċċa il-Qorti li sal-lum għadu sub judice.
Billi saru diversi domandi dwar l-istat diżastruż li tinsab fiha l-bitħa ta' blokk ta' appartamenti fi Triq Patri Ġużepp Calleja f’San Pawl il-Baħar, u dan , peress li appartament fil-ground floor tal-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jinsab abbandunat, b'konsegwenzi fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti l-oħra tal-blokk, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pulizija jikkordinaw mas-sanità, biex din il-bitħa titnaddaf?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara azzjoni u kordinament li sar bejn il-Pulizija u id-Dipartiment tas-Sanita, saru arranġamenti biex il-bitħa tal-blokk ta' appartamenti fil-lokalità msemmija ġewwa San Pawl il-Baħar, li jinsab abbandunat, titnaddaf.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-overtime tas-suldati fl-amministrazzjoni preċedenti kien bir-rata ta’ siegħa b’siegħa, minflok ta’ siegħa b’siegħa u nofs? Jikkonferma jekk din is-sitwazzjoni ġietx irranġata, u li fil-preżent ta’ kull siegħa overtime li jaħdmu jiġu kkumpensati b’ siegħa u nofs time off? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin biex dik in-nofs siegħa li kienu dovuti għaliha taħt l-amministrazzjoni preċedenti jiġu kkumpensati għalihom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas għall-overtime qatt ma eżista fil-Forzi Armati ta’ Malta. Ħinijiet maħduma żejda dejjem ġew ikkumpensati bit-Time Off in Lieu, bir-rata ta’ siegħa għal siegħa. Dan qatt ma nbidel u jekk, f’ċertu okkażjonijiet jingħata ftit iktar bħala Time Off in Lieu, dan isir sabiex jikkumpensa u jinċentiva jekk ikun sar xi sforz aktar milli meħtieġ.
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat ukoll li pero, ħinijiet maħduma l-Ħadd jew f’Festi Pubbliċi jiġu mħallsa bir-rati applikabbli, u dik għall-Festi Pubbliċi ġiet emendata pożittivament f’din l-Amministrazzjoni.
Barra minn dan, mill-ewwel ta’ Jannar 2016 dik li tissejjaħ l-AFM allowance aktar milli rdupjat.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25801, jista’ l-Ministru jgħid jekk allura s-suldati Għawdxin li ġew trasferiti lejn Malta biex jaħdmu fl-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati aktar minn sena ilu, humiex destinati li jibqgħu jaħdmu Malta? Jaf il-Ministru li din hi l-ewwel darba li suldati Għawdxin li kienu Malta u ntbagħtu jaħdmu Għawdex għax inħoloq xogħol għalihom hemm imma wara ftit reġgħu ttieħdu jaħdmu Malta? Jikkonferma li s-superjuri tagħhom qalulhom li dan ser ikun għal żmien limitat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 25530.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fl-14 ta’ Ġunju 2016 ġewwa l-Ħabs Ċivili ta’ Kordin instabet ammont ta’ droga/sustanza pprojbita f’Diviżjoni 13? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’sustanza nstabet u kemm kien l-ammont (piż/kwantità)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi ttieħdu u jekk ġewx infurmati l-pulizija u l-Maġistrat tal-Għassa dwar din is-sejba?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-14 ta’ Gunju 2016 waqt li Uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu qed jagħmlu tfiċċija ġewwa Div 13, ġo waħda miċ-ċelel instabet borża tal-plastic li kienet tikkontjeni ammont sostanzjali ta’ materjal li jidher li hu frak ta’ weraq ta’ kulur aħdar. Billi ma setatx tiġi stabilita n-natura ta’ dan il-materjal u jekk fil-fatt huwiex droga jew sustanza oħra projbita, ġew infurmati l-Pulizja tal-Għassa ta’ Raħal Gdid sabiex jagħmlu l-investigazzjoni neċessarja. Il-Pulizija minn naħa tagħhom infurmaw lil Maġistrat tal-Għassa u qed issir inkjesta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiżdied tal-inqas Maġġur ieħor tal-Pulizija f’Għawdex u dan in vista li f’Għawdex issa hemm biss Maġġur wieħed meta sa ftit ilu kien hemm erba’ Maġġuri?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 24454.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija Għawdxin qed jagħmlu t-training tal-isparar f’Malta meta dan it-training kien isir fil-bażi tal-Forzi Armati ta’ Malta fin-Nadur Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li tali taħriġ fil-passat sar dejjem Għawdex, kif qed jallega fil-mistoqsija.
Korp tal-Pulizija – uffiċjali li rtiraw jew irriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp? Jista’ jindika kemm hija l-forza attwali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2016, spiċċaw 331 membru milli jservu fil-Korp. Attwalment, hemm 2,069 il-membru jservu fil-Korp tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ serq fis-segwenti lokalitajiet lokalità b'lokalità, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Swieqi, Pembroke, Naxxar, Mosta, Mellieħa, Paola, Żejtun, Marsaxlokk, Ħaż-Żebbuġ, Santa Venera, Lija, Iklin, u s-Siġġiewi fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Mejju 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bieb il-Belt – terminus tat-Trasport Pubbliku – rapporti ta’ reati kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt bejn l-2010 u l-2016 (sa Mejju) u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena u skont ir-reat irrapurtat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrapportati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 fiż-Żejtun? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ taż-Zejtun mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal disgħin (90) każ. Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sittax (16) il-każ ta’ serq. Serq min residenzi fil-lokalita taż-Zejtun bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħdax (11) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ erba (4) kazi. Tabella b'aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:PQ 25878 - Zejtun – Reati ta’ Serq.docx