Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — Triq il-Ħtajriet - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx approvata biex tingħata t-tarmac Triq il-Ħtajriet fil-Mosta? Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol u min hu l-kuntrattur responsabbli mix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li xogħlijiet fuq parti ta’ Triq il-Ħtajriet inbeda. Il-kuntrattur responsabbli mix-xogħol huwa Central Asphalt Ltd.

Mosta — Triq il-Gardell - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Gardell fil-Mosta hijiex responsabbilta' tal-gvern ċentrali biex tingħata t-tarmac? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Triq il-Gardell hija nkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru. Ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex minħabba diversi plots li kienu qegħdin jiġu żviluppati pero’ ninsab infurmat li x-xogħol fuq parti ta’ din it-triq se jinbeda fil-ġimgħat li ġejjien.

Ħaż-Żabbar — Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq A. Eraldi li tinsab f'Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq it-toroq li jagħtu għaliha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet tender għal dan ix-xogħol u ġie aġġudikat. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin biex ma jinħoloqx aktar inkonvenjent peress li f'dik iż-żona l-Gvern Ċentrali qed jibni seba' toroq.

Teatru Rjali/Bieb il-Belt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19113, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-proġett tal-Bieb il-Belt u tat-Teatru Rjal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19113.

Tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport li saret mill-Għaqda Armar, Avvenimenti u Tiġrijiet taż-Żwiemel għal Triq San San Niklaw li tinsab bejn is-Siġġiewi u l-Qrendi biex ikunu jistgħu jsiru tiġrijiet taż-żwiemel fiha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li t-Taqsima ma rċevietx it-talba li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.

Tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi għal tiġrijiet taż-żwiemel fit-toroq f'Għawdex joħorġu bla ebda diffikulta filwaqt li f'Malta l-biċċa l-kbira ta' dawn il-permessi mitluba jiġu rifjutati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-talbiet għal tlielaq ta’ bhejjem fuq toroq pubbliċi ma jiġux approvati mill-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta għal dawn ir-raġunijiet: · It-toroq għandhom jintużaw għal dak l-iskop li għalihom inbnew · Il-bhejjem jikkaġunaw danni lil wiċċ it-toroq minħabba l-ħmieġ tagħhom u n-nagħal ta’ saqajhom · Dawn it-tiġrijiet huma sors ta’ riskju għas-sigurta’ ta’ kull klassi ta’ road user.

Liċenzji tal-karozzi — Tixħim

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jindika l-ismijiet u d-dettalji ta' dawk li kienu nvoluti fit-tixħim tal-liċenzji tal-karozza u li ntalbu jirritornaw lura l-liċenzja tagħhom? Jista' jikkonferma li mhux kulmin kien involut fit-tixħim intalab jagħmel hekk?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghal ragunijiet ta' protezzjoni tad-data ma nhossx li ghandi naghti d-dettalji mitluba. Sadanittant l-ADT qed tiehu l-mizuri mehtiega biex dawk il-persuni li nstabu li kellhom il-hrug tal-licenzja taghhom mhux b'mod legittimu, ikollhom din il-licenzja irtirata.

Attard — Triq Konti R Barbaro

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi ppjanata li ssir Triq Konti R Barbaro, f'H'Attard?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Balzan — Triq Bir Bal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi ppjanata li ssir Triq Bir Bal f'Hal Balzan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Triq Bir Bal f'Ħal Balzan hija nkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru. Ix-xogħlijiet fuq Triq Bir Bal Balzan għadhom kif ingħataw fil-ġranet li għaddew permezz ta' żewġ kuntratti mill-period contract. Ix-xogħol mistenni jibda għall-aħħar ta' Ġunju.

Attard — Triq A Durer

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet biex tinfetaħ il-kumplament ta' Triq A Durer, f'H'Attard għadhom ma bdewx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u qed isiru il-preparamenti meħtieġa. Ix-xogħol fuq din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Attard — Triq it-Taħħan

Question

B'referenza għall-mistqosija parlamentari 25726 jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Triq it-Taħħan H'Attard għadhom ma bdewx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir l-ippjanar u l-ftehim neċessarju mall-bidwi biex il-kuntrattur ikun jista' jibda jpoġġi l-blokki tal-ġebel peress li t-triq hi dejqa wisq biex tippermetti l-inġenji neċessarji li jgħaddu. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.

Mosta — Triq l-Għaddajjar

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25520 u 25721, jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq l-Għaddajjar, fil-Mosta għadha mhix lesta mit-tarmac?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-parti ta’ Triq l-Għaddajjar li kellha ssir ma’ l-ewwel batch li nħareġ tal-Period Contract tlestiet bit-tarmac.

Sliema — Tigne' - Konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jiġu proposti sabiex tingħeleb il-problema tat-traffic congestion li se tkun ikkawżata mill-proġetti kbar residenzjali li qegħdin isiru fil-ponta ta' Tigne', Sliema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2005 l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ippreparat Draft Transport Action Plan għall-Penisola ta’ Tigne’. Dan il-pjan dettaljat jinkludi livelli ta’ traffiku attwali kif ukoll kundizzjonijiet ta’ kif inhu mistenni li ser ikun it-traffiku la darba jinbdew ix-xogħlijiet fuq numru ta’ żviluppi kbar li huma ippjanati f’din iż-żona urbana traffikuża. Wara li saret ħafna konsultazzjoni dwar dan it- Transport Action Plan , l-Awtorita’ Dwar it-Trasport irċeviet numru ta’ kummenti u suġġerimenti minn membri interessati f’dan il-qasam kif ukoll minn membri tal-pubbliku. B’riżultat ta’ dan saru numru ta’ modifikazzjonijiet f’dan it- Transport Action Plan .

Marsaxlokk — Bus terminus

Question

B'referenza għal bus terminus f'Marsaxlokk, jista' l-Ministru jara li x-xufiera tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta no 27 matul il-ġimgħa, cioe' mit-Tnejn sas-Sibt jagħmlu użu minn dik uffiċjali li tinsab fil-viċinanza ta' l-iskola primarja u mhux minn dik sekondarja li suppost tintuża nhar ta' Ħadd biss, peress li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dik sekondarja tul il-ġimgħa kollha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-venda bejn il-5.30 u 9.00 ta’ filgħodu tkun fejn l-iskola primarja. Mid-9.00 l-quddiem, ir-rotta tkun b’sistema ċirkolari u x-xarabank kull ma ddum tistenna 5 minuti ġol venda.

Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi forma ta' pelican lights eċċ quddiem il-Maltapost f'Hal Qormi u dan għaliex huma ħafna dawk li jaqsmu din it-triq proprju minn din il-parti, kemm jekk għax-xogħol kif ukoll biex jiġu segwiti l-attivitajiet li jkunu organizzata fil-Marsa Racing Club u dan sabiex jiġi ndirizzat l-periklu li jeżisti f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Is-sit li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Nterpellant diġa ġie kkunsidrat mill-Awtorita’dwar it-Trasport ta’ Malta u sar diżinn meħtieġ sabiex isiru l-pelican lights. Għaldaqstant ingħata wkoll il-kuntratt tax-xogħol sabiex il- pelican lights tiġi mplimentata fi żmien qasir.

Marsaskala — Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li Triq il-Lampuka li tagħmel ma' Triq Patri Wistin Bjorn Marsaskala ser issir? Hemm possibilita' li din issir qabel ix-xitwa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT bena mill-ġdid bosta toroq f’dawk l-akwati fosthom Triq l-Għassies, p/o Triq il-Vjola, p/o Triq Patri Wistin Bjorn, Triq il-Ħamrija, Triq l-Isfar u Triq ir-Roża. Bħalissa għaddejja xi xogħol anke fuq Triq Santa Marija u Triq il-Bajja. Barra minn dan l-ADT qed tipprepara biex diversi toroq oħra fosthom din il-parti ta’ Triq il-Lampuka tiġi mibnija mill-ġdid. Dan ix-xogħol għandu jinħareġ fix-xhur li ġejjin.

Żvilupp Urban u Toroq — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23967, li tinkludi lista ta’ direct orders li ngħataw għal xogħlijiet ta’ toroq matul is-sena 2006. Il-kumplament ta’ l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar — Misraħ San Nikola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir f'Misraħ San Nikola, Ħaż-Żabbar peress li hemm ħafna bini abbandunat u ż-żona tinsab fi stat ta' abbandun?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq ser issir mill-Gvern Ċentrali kif ppubblikat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq. Il-Gvern Ċentrali ser jibni t-triq mill-ġdid u jgħaddi s-servizzi kollha meħtieġa.

Manuel Dimech Bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-Pont Manuel Dimech hux miexi skond it-timeframe maħsub jew inkella waqgħux lura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 26007.

Xogħol ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25476 u jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu mar-Roads Department li għamlu jew qed jagħmlu xogħol ta' toroq għas-snin 2005, 2006, 2007? Kemm tħallsu u kemm jonqos jitħallsu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.