Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #21626 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #21627 Sitting 339 2015-12-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward ingress ta’ ilma fil-komun?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li huma saru jafu bil-każ ġurnata qabel daħlet din il-mistoqsija parlamentari permezz ta’ rapport li sar fuq is-sistema tas-servizz tal-konsumatur. Il-ħsara ġiet imsewwija mmedjatament mingħajr l-ebda danni għal terzi.

ARMS Ltd – kontijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18528 (tmintax-il elf, ħames mija, tmienja u għoxrin).

Celiac — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma' din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tiġi iggwidata fuq servizzi rigward kundizzjoni ta' celiac li membru tal-familja tagħha tbati minnha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed jigi segwit.

Sistema tad-drenaġġ — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed isir investiment biex titjieb is-sistema tad-drenaġġ? X’sorsi ta’ investiment qed jintużaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tesegwixxi pjan ta’ manutenzjoni u immoderniżżar tas-sistema tad-drenaġġ. Għal dan il-għan, il-Korporazzjoni qegħda ukoll tapplika għal fondi ewropej.

Proġett ta’ tisfija u purifikazzjoni tad-drenaġġ għal użu sekondarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ tisfija u purifikazzjoni tad-drenaġġ għall-użu sekondarju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol ta’ bini fuq iż-żewġ impjanti f’Malta u ieħor f’Għawdex qiegħed fl-aħħar fażi tiegħu. Il-makkinarju beda jitpoġġa f'postu lejn l-aħħar ta’ Novembru. Rigward it-tqegħid tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi, huwa maħsub illi dik ta’ Għawdex u tat-Tramuntana jkunu lesti sal-aħħar tas-sena, filwaqt li dik tan-nofsinhar ta’ Malta sal-aħħar ta’ Marzu li ġej.

TradeMalta Ltd — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet TradeMalta Ltd bħala Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriżi u Industrija, matul ix-xhur li ilha mwaqqfa din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

TradeMalta kellha ħidma mifruxa fuq diversi binarji fosthom ħidma biex intrapriża lokali tkun tista’ tesplora swieq ġodda barra minn Malta għall-esportazzjoni. F’Lulju, TradeMalta kienet parti minn delegazzjoni tal-Prim Ministru fil-Milan Expo u li matulha kienu assisti numru ta’ kumpaniji bbażati f’Malta u li grazzi għal TradeMalta għamlu kuntatti ġodda fuq pjattaforma internazzjonali. F’Settembru, TradeMalta nehdiet ukoll seminar għal dawk il-kumpaniji li jixtiequ jibdew negozju ġdid mat-Turkija u li għalih attendew mal-40 kumpanija differenti. Bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru TradeMalta Ltd mexxiet it-tieni trade mission tagħha barra minn Malta – fit-Turkija. F’Novembru, saret it-tielet trade mission, din id-darba fl-Alġerija. Qed issir ukoll riċerka dwar kumpaniji li huma interessati li jagħmlu negozju bejn il-Korea ta’ Isfel u l-Albanija.

TradeMalta Ltd — talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ talbiet li kellha TradeMalta Ltd bejn Ġunju ta’ din is-sena u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija minn intrapriżi lokali biex jiġu assisstiti finanzjarjament? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u kemm hu l-ammont totali tal-għajnuna li ngħatat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi ġejt infurmat li minn Ġunju ta’ din is-sena s’issa TradeMalta Ltd irċeviet 45 talba għal għajuna minn kumpaniji bbażati f’Malta li jixtiequ jattendu f’fieri internazzjonali sal-aħħar tal-2015.

Yachting Malta Ltd — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li għamlet s’issa Yachting Malta Ltd li twaqqfet aktar kmieni din is-sena, taħt il-kunċett ta’ Public Private Partnership bejn il-Gvern u r-Royal Malta Yacht Club?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar sitt xhur Yachting Malta Ltd nehdiet eżerċizzju rigoruż ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenija fl-industrija tant importanti tal-yachting. Infurmat li dan l-eżerċizzju ntemm f’Settembru li għadda, u tali riċerka se sservi ta’ bażi għat-tfassil ta’ business plan għal Yachting Malta. Kienu involuti f’numru ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni u tiġrijiet.

Yachting Malta Ltd – lista ta’ għajnuna u assistenza

Question

Jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ għajnuna u assistenza li offriet tul din is-sena Yachting Malta Ltd lill-għaqdiet u entitajiet sportivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Fixed braces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l-iskema tal-fixed braces bi ħlas? Jekk iva, kemm hu l-ħlas? Jekk le meta twaqqfet u għalfejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz ta’ fixed braces mill-Isptar Mater Dei ghall-pazjenti intitolati dejjem inghata bla hlas.

Fixed braces b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-fixed braces b’xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghall-fixed braces mill-Isptar Mater Dei huma intitolati tfal li jaqghu taht il-protokoll.

Obstetrics and Gynaecology – lista ta’ stennija u waiting time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija u waiting time għall-Obstetrics and Gynaecology?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Hip u knee replacement – lista ta’ stennija u waiting time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija u waiting time għall-hip u knee replacements?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-amministrazzjoni wirtet listi twal ta’ stennija f’ħafna oqsma f’Mater Dei. Dan il-Gvern jinsab kommess biex dawn l-listi ta’ stennija jitnaqqsu għal-livelli aċċettabbli. F’ċerti oqsma bħal CT scan, MRI’s, bone density, sleep lab u operazzjonijiet tal-kataretti l-listi ta’ stennija diġa naqsu b’mod drastiku. Matul is-Sajf li għadda, il-gvern daħal fi ftehim mal-isptar St James biex operazzjonijiet meqjusa intermedjarji ikunu jistgħu jsiru f’dan l-isptar. Il-ftehim ma’ St James kien ikopri 130 sessjoni fejn kull sessjoni involviet bejn erba’ u ħames operazzjonijiet. Ftit tal-jum ilu, il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ espressjoni ta’ interess, għall-operazzjonijiet maġġur biex isiru fi sptarijiet privati, bil-għan li jsiru madwar 400 operazzjoni maġġuri, bl-enfażi tkun fuq il-bdil tal-ġenbejn u rkoppa.

Sistema tal-IT — billing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ billing li ħareġ mis-sistema tal-IT mill-2010 sal-2015, sena b’sena? Jista’ jikkonferma li s-sistema tal-Clinical Patient Administration System ( CPAS) għandha ineffiċjenzi serji fejn tidħol il-kura ta’ pazjenti barranin li suppost qed iħallsu għas-servizz tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bil-processi l-godda relatati mal-billing function l-ammont ta’ invoices mahruga mis-sistema mis-sena 2010 ghas-sena 2013 zdied drastikament. Bhalissa ghaddejjin processi ta’ titijib biex min hu obbligat ihallas ghas-servizzi tas-sahha li jiehu f’pajjizna jaghmel dan.

Dipartiment tas-Saħħa — ingaġġ ta' payroll officers

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19036, jista’ l-Ministru jgħid: (a) min kienu l-persuni appuntati; u (b) huwa minnu li persuna minn dawk li ntgħażlu rrifjutat il- post ? Jekk iva, se terġa ssir sejħa jew issa l-post imtela minn persuna oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni appuntati kienu s-Sinjuri Sharon Veneziani u Elizabeth Gatt. Persuna minn dawn li ntghazlu imliet il-post, izda rrizenjat wara ftit gimghat.
Leg 12 PQ #21344 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — talba għal trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21199 u 20884 u jgħid mill-1 ta' Lulju 2015 sal-lum kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawk il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Lulju 2015 sal-lum kien hemm 9 talbiet ghal trasferimenti.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Bord għall-Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Bord għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara Marzu 2013 u minn min hu magħmul? Kemm-il ilment investiga u kemm-il kumpens jew ħlas b’kollox ordna s’issa, għall-każijiet li fihom sab favur l-ilment tal-impjegat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Bord tal-Inġustizzji tal-Korporazzjoni twaqqaf f’Jannar 2014 sont iċ-ċirkulari 4/2014 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Bord hu kompost minn Chairman u żewġ membri. Il-bord qiegħed jara 128 każ li minnhom 7 ġew referuti f’entitajiet oħra filwaqt li 3 każi kienu rtirati. Il-proċess qiegħed fl-aħħar fażijiet.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratti ta’ servizz lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, u liema kienu, il-kuntratti ta’ servizz li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-kumpanija jew soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kien il-valur ta’ kull wieħed mill-kuntratt li ngħata u jista’ jagħti d-dati rispettivi ta’ meta ngħataw il-kuntratti? Jista’ jgħid f’kull każ jekk kienx riżultat ta’ sejħa pubblika jew le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.