Legislature:
Category:
Reset
Active:

MITA – STEM Summer Club

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-għan tal- iSTEM Summer Club tal-MITA u x’kien il-livell ta’ parteċipazzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-iSTEM Summer Club ta’ din is-sena laħaq mal-450 student ta’ eta’ bejn is-7 u t-13 il-sena f’dawn iċ-ċentri tas-Sajf madwar Malta: L-għan aħħari ta’ dan il-proġett huwa li jinkoraġġixxi lill-istudenti biex jikkunsidraw is-suġġetti tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika ( STEM ) bħala parti mill-għażla tagħhom. Dan jista’ jiġi mgħejjun billi huma jkollhom esperjenza pożittiva ta’ dawn is- suġġetti anke wkoll permezz tal-attivitajiet li jkunu għamlu dawn l-istudenti waq l- iSTEM Club. Il-miri ta’ dan il-proġett huma: · Li l-istudenti jipparteċipaw f’attivitajiet prattiċi, li jippromovu l-kreattivita` sabiex tinbidel il-perċezzjoni negattiva li jista’ jkun hemm assoċjata ma’ dawn is-suġġetti; · Permezz ta’ dawn l-attivitajiet u l-esperjenza pożittiva, inħeġġu iktar studenti biex jikkunsidraw l-għażliet futuri tagħhom – kemm f’termini ta’ edukazzjoni, kif ukoll ta’ karriera;

Valur ta’ esportazzjoni manifatturati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni għal barra mill-pajjiż minn kumpaniji li joperaw f’Għawdex bejn Jannar u Lulju 2015 u kif dan il-valur jitqabbel mal-istess perjodu bejn Jannar u Lulju 2014? Jista’ jgħid xi prodotti ġew esportati u li kienu manifatturati f’Għawdex fl-istess perjodu u kemm kien il-valur ta’ esportazzjoni ta’ kull prodott?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Servizz tal-e-government

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu din is-sena sabiex jiŻdied l-uŻu tas-servizzi tal-e-government?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew, il-MITA flimkien mal-Uffiċju tal-Prim Ministru, is-CDRT u diversi msieħba minn Ministeri differenti ħadmu fuq il-proġett “Servizzi Publiċi Onlajn” li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Ħafna minn dawn l-imsieħba jipprovdu servizzi publiċi u ta’ kuljum jaffaċjaw liċ-ċittadini, li wara kollox huma l-klijenti tal-Gvern. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern jimmira li jilħaq zewg għanijiet ewlenin: 1. Juri liċ-ċittadini u intraprizi li s-servizzi pubbliċi onlajn huma “ Faċli, Effiċjenti u Konvenjenti ”. B’hekk inħeġġu uzu akbar ta’ dawn is-servizzi li huma diġa’ disponibbli. 2. Jagħti taħrig lill-ħaddiema tal-Gvern u Gvern Lokali sabiex dawn ikollhom l-għodda neċessarji biex jaqdu lill-pubbliku b’mod iktar effiċjenti. F’dan il- proġett ġew mgħazula 26 servizz minn dawn is-6 oqsma: Reġistru Pubbliku, Servizzi Soċjali, Agrikoltura, Taxxa Interna u VAT, ETC u Servizz.gov. Ittieħdu ukoll numru ta’ mizuri importanti sabiex jitjieb l-uzu tal-eID li tintuza għall-awtentikazzjoni f'ħafna servizzi elettroniċi tal-Gvern.

MITA — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miŻuri qed tieħu l-MITA sabiex ittejjeb il-ħiliet u l-kundizzjonijiet tal-impjegati tagħha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn il-MITA ħadmet bis-sħiħ biex ittejjeb il-ħiliet u l-kundizzjonijiet tal-impjegati tagħha. Fil-fatt, f’Settembru tal-2014, il-MITA nedhiet il-‘Career Progression Framework’ li permezz tiegħu l-impjegati jistgħu jiprogressaw f’pozizzjonijiet aktar għolja b’mod sistematiku u definit. Dan il-qafas fih sitt livelli differenti ta’ karriera fejn persuna f’pozizzjoni tista’ tiprogressa għal pozizzjoni f’livell ogħla jekk ikollha numru ta’ snin esperjenza u tkun akkwistat numru ta’ kompetenzi stabbiliti. Dan joffri inċentiv għal dawk l-impjegati li jakkwistaw aktar ħiliet siewja u rikonoxxuti fl-industrija tal-ICT. Dan il-qafas jirrikonoxxi finanzjarjament dan l-avvanz fil-pozizzjoni permezz ta’ skala ta’ salarji approvata mill-PACBU. Il-proċess isir perjodikament fejn tinfetaħ l-opportunita’ biex l-impjegati eliġibbli japplikaw biex jiġu assessjati minn ‘Panel’ kompetenti. Dawk l-impjegati li juru evidenza li akkwistaw dawk il-ħiliet stabbiliti, jitilgħu f’livell ta’ karriera iktar ogħli u jkunu rikonoxxuti b’zieda fis-salarju skond formola stabbilita li hi ikkomunikata minn qabel. Il-MITA tipprovdi ukoll taħriġ speċjalizzat fl-ICT permezz ta’ qbil mal-Microsoft għall-aċċess lill-impjegati għall-sistema online: ‘Microsoft Academy’. Permezz ta’ dan il-qbil, l-impjegati jistgħu jakkwistaw ħiliet fl-ICT irrikonoxxuti mill-industrija u biċ-ċertifikazzjonijiet relatati. Barra minn dan, il-MITA tipprovdi diversi korsijiet ta’ taħriġ f’oqsma diversi tal-ICT li jvarjaw minn ‘Classroom Training’ f’areas speċjalizzati (e.g. Sharepoint), Seminars u Konferenzi lokali u barra, u taħriġ ieħor provdut mis-CDRT.

Teacher Advantage — għalliema li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li bbenifikaw mill-iskema Teacher Advantage??

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant illi għall-iskema “Teachers Advantage Scheme” kien hemm eleġibli madwar 8000 għalliem fi skejjel tal-istat. Dan wara ftehim li ġie milħuq bejn il-MITA u Microsoft, fejn l-għalliema setgħu jirreġistraw b’mod faċli online sabiex jibbenefikaw mill-Office 365 b'xejn; Skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti kellhom l-opportunita illi jagħmlu l-arranġamenti meħtiega direttament mal-kumpanija Microsoft sabiex l-għalliema f’dawn l-iskejjel jibbenfikaw ukoll minn din l-iskema ta’ Office 365 b’xejn.

Student Placement Programme 2015 — studenti li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa’ l-proġett Student Placement Programme 2015, u jgħid kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li’l-Proġett tal-iStudent Placement Programme għas-sena 2015 sewa €613,114. 347 student bbenefikaw minn dan il-proġett u ingħataw esperjenza ta’ xogħol.

MITA – network tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-MITA biex ittejjeb l-infrastruttura tad-Data Centre u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-gvern, u kemm sewa dan l-investiment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar konsulenzi li qed jingħataw lill-Ministeru tal-Ekonomija.

Kumpaniji reġistrati – sehem tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17514 u 16349 u jelenka l-kumpaniji li ġew reġistrati minn Marzu 2013 li fihom il-Gvern ta’ Malta jew xi Dipartiment tal-Gvern, jew Korporazzjoni jew enti oħra tal-Gvern ta’ Malta, għandu/għandhom sehem, hu kemm hu dak is-sehem? F’liema data ġew reġistrati u min huma l-azzjonisti kollha f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17534, 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta National Laboratory – esperti ballistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn esperti ballistiċi li jkunu ġew nominati mill-Qrati tagħna biex jagħmlu eżamijiet u analiżi neċessarji mhux qegħdin jitħallew jagħmlu dan fil-Malta National Laboratory?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – uŻu ta’ ICT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fir-rigward tal-uŻu tal-ICT mill-organizzazzjonijiet Żgħar u SMEs?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni qed tipprovdi diversi proġetti, inizjattivi u taħriġ fosthom: EPITOME – li huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Minn din l-inizjattiva ibbenefikaw ftit iktar minn 200 mikrointraprendituri u ingħataw taħriġ speċjalizzat biex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fil-qasam tal-ICT. WebCheck – hija nizjattiva biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar f’diversi oqsma jifhmu il-potenzjal tal-preżenza tagħhom fuq l-internet, jieħdu l-opportunità li jesponu il-prodott tagħhom fuq skala lokali kif ukoll internazzjonali kif ukoll jużaw applikazzjonijiet diġa’ applikabbli onlajn, għall-ġbir ta’ fondi. L-għan aħħari ta’ din l-inizjattiva hu li jikber iktar it-tagħlim tal-użu tas-sistemi diġitali u tinfirex iktar informazzjoni dwar l-importanza li llum il-ġurnata l-internet u il-media soċjali huma rilevanti għal għixien ahjar. Għaddejjin taħdidiet sabiex din l-inizjattiva tiġi estiża lill-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta. Qiegħed jiġi provdut ukoll taħriġ u gwida lis-settur tal-artiġjanat u StartUps fl-użu tal-media soċjali sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom u jagħtu lok għall-tkabbir fil-bejgħ. S'issa aktar minn 100 StartUps ibbenefikaw minn din l-inizjattiva . FIl-fażi li jmiss se nimmiraw lejn l-SMEs u mikrointrapriżi li joperaw fl- industrija tal-ospitalità u snajja.

Computer programming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir f’Malta biex jikkumplimenta x-xogħol tal-Unjoni Ewropea favur inizjattivi biex minn età Żgħira t-tfal jitgħallmu computer programming baŻiku ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li f’Malta ġiet introdotta mill-MCA l-CoderDojo li hija fondazzjoni volontarja li twaqqfet l-Irlanda erba’ snin ilu bl-għan ewlieni li tippromwovi t-tagħlim tal-coding bla ħlas lit-tfal u adoloxxenti. Illum-il ġurnata, din il-fondazzjoni tinsab preżenti f’aktar minn 55 pajjiż bil-fuq minn 500 ċentru. L-Awtorità ser tkun ukoll qegħda tikkollabora ma’ kumpaniji lokali li jiżviluppaw softwer biex dawn joffru taħriġ b’xejn miċ-Ċentri li twaqqfu mill-istess Awtorità. Bi pjacir ngħid, li b’suċċess ġiet fi tmiemha l-ewwel fażi ta’ dan il-programm fejn żewġ gruppi ta’ tfal komplew it-taħriġ fl-ipprogrammar. Il-pjan tal-Awtorità’ huwa li tkompli tkabbar din l-inizjattiva billi tiftaħ aktar ċentri ta’ taħriġ tal-CoderDojo madwar Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin.

Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – sigurtà onlajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-MCA fir-rigward ta’ sigurtà onlajn għat-tfal u Ż-ŻgħaŻagħ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’dawn l-aħħar tlett snin, l-MCA ikkoordinat il-proġett BeSmartOnline!, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal u Direttorat tal-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni kif ukoll bl-għajnuna u l-appoġġ ta’ entitajiet oħra. L-għan tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jissaħħaħ l-għarfien fost tfal, żgħażagħ, għalliema, ġenituri u carers tat-tfal fuq l-użu sikur tal-Internet. Fost inizzjattivi oħra, l-MCA nediet kampanja ta’ informazzjoni fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, kampanja mmirata lejn tfal bejn is-7 u l-11-il sena fejn ingħatatilhom lezzjoni mfassla apposta ffokata fuq iċ-ċittadinanza diġitali. S’issa f’din l-aħħar sena skolastika, intlaħqu viċin l-4000 student. Dan il-proġett issa daħal fit-tielet fażi tiegħu.

Tkabbir tal-free WI-FI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex ikabbar il-footprint tal-free Wi-Fi u jagħmel lil Malta u l-Għawdex fost l-ewwel Wi-Fi states fid-dinja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni imbarkat fuq proġett li ttejjeb l-użu tal-free WiFi netwerk eżistenti billi qiegħda tinstalla netwerk aktar veloċi u b’firxa akbar madwar Malta u Għawdex. Dan sabiex toffri esperjenza aktar tajba għal min jagħmel użu minn dan is-servizzi f’postijiet pubbliċi. L-Awtorità kompliet tikkollabora ma’ entitajiet oħra sabiex fil-ħidma tagħha żżid l-ammont ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sa llum, l-MCA tħaddem 200 hotspot. L-Awtorità diġa’ bdiet iżżid il-firxa ta’ dawn il-hotspots u ssaħħaħ il-kwalità tas-servizz. Huwa ppjanat li n-numru ta’ WiFi hotspots ser ilaħħaq għat-300 sas-sena 2016.

International Connectivity

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tiġi indirizzata l-International Connectivity eŻistenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni f’Jannar ta’ din is-sena, nhediet studju dwar il-fattibiilita teknika, ekonomika u finanzjarja ta’ submarine cable ġdid bejn Malta u postijiet alternattivi oħra fil-kontinent Ewropew. Permezz ta’ dan l-istudju, li ser isir b’fondi Ewropej, l-Gvern ser ikun qed iwettaq waħda mill-miżuri imħabra fl-aħħar baġit. Il-Konettivita’ ta’ Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija. B’dan l-istudju, l-Gvern tramite l-MCA, ser ikun qed jistudja l-possibilità li jinvesti f’submarine cable link ieħor ma’ parti oħra mill-Ewropa biex b’hekk insaħħu l-infrastruttura teknoloġika preżenti bi prezzijiet aktar kompettivi. B’investiment ta’ dan it-tip, Malta ser tkun ukoll f’qagħda tajba li ttejjeb il-pożizzjoni tagħħa bħala ċentru tal-ICT. L-għan aħħari ta’ dan l-istudju hu li jistabillixxi diversi deliverables, fosthom li: · Janalizza diversi submarine configurations and topologies; · Jivverifika u jiddetermina l-vijabbilità kummerċjali u finanzjarja ta' netwerk ta’ submarine cable ġdid; · Jistudja u jqabbel diversi landing points and cable routes; · Jirrakkomanda sorsi ta’ finanzjament bħal sorsi mill-Unjoni Ewropeja u finanzjament pubbliku ieħor; · Jiddentifika u jipproponi l-aħjar mudell u permezz ta’ analiżi komparattiva, iqabbel il-mudelli varji u jirrakkomanda l’aktar soluzzjoni teknika, kummerċjali u finanzjarja vantaġġuża. Dan l-istudju huwa wieħed mill-inizjattivi importanti fl-iStrateġija għall-Ekonomija Diġitali li jikkontribwixxi b’mod prattiku u tanġibbli biex tkompli tikber l-ekonomija.

MCA — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ammont ta' flus inġabru mill-MCA fl-aħħar sentejn minn liċenzji u x'kien it-total ta' arretrati kull sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill- Onor Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fl-2013 id-dħul totali mil-liċenzji tar-radju ammonta għal €477,695. Fl-2014, dan id-dħul żdied għal €715,026. Din iż-żjieda kienet dovuta għal iktar attività fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (mowbajl), għal iżjed liċenzji aeronawtiċi - settur fejn il-Gvern iffoka l-isforzi tiegħu li qed jagħtu r-riżultati, u għal iżjed sforzi biex jinġabru l-arretrati. L-isforzi tal-MCA biex jinġabru l-arretrati, realment wasslu għal dħul ta' iktar minn €100,000 fl-2014. Is-sena 2013 bdiet b’arretrati li kienu jammontaw għal €302,750, ċifra li tnaqqset bi kważi 50% għal €173,945 sa tmiem l-2014.

Bord tal-Koperattivi — termini

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-terminu tal-Bord tal-Koperattivi għalaq fil-31 ta’ Mejju? Jekk iva, jista’ jgħid jekk ġiex kostitwit bord ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta ġie kostitwit u min huma l-membri l-ġodda tal-bord?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Statut tal-koperattivi – emendi għall-istatut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċevew emendi għall-approvazzjoni għall-istatut tal-koperattivi? Kemm approva minnhom il-bord,?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Koperattivi rċieva dawn l-emendi għall-approvazzjoni ghall-istatut tal-koperattivi: 1. 5 emendi minn Marzu 2013 sa Dicembru 2013 2. 12-il emenda fis-sena 2014 3. emenda minn Jannar 2015 sal-lum. Dawn l-emendi kollha ġew approvati mill-Bord.