Jista' l-Ministru jiċċara jekk mil-lokalitajiet magħżula mill-iżviluppaturi għar-race track, hemmx proposta li qed tipproponi li s-sit għandu jkun fil-limiti tas-Siġġiewi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed issir evalwazzjoni dettaljata tas-siti proposti minn dawk li tefgħu l-offerti għall-EOI relatat ma’ l-iżvilupp ta’ race track. Għaldaqstant, minħabba li din hi fażi sensittiva ħafna fil-proċess ta’ evalwazzjoni, ma jkunx għaqli li tingħata informazzjoni f’liema lokalitajiet jinsabu s-siti proposti.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Ministeru se jkun qed jgħin lill-għaqdiet sportivi fl-isports tal-baħar matul is-sena li ġejja? Liema għaqdiet ta’ dan it-tip huma mistennija li jkunu megħjuna? Kif se sseħħ din l-istess għajnuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li SportMalta nidiet l-iskemi 2017 din il-ġimgħa u l-proċess jinsab f’idejn l-għaqdiet biex japplikaw. Eventwalment l-assistenzi jiġu approvati kmieni s-sena li ġejja.
Persuni minn Għawdex maqtugħa mir-reġistru tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-persuni minn Għawdex li matul is-sena 2015 u 2016 (separatament) inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol? Kemm kienu dawk li nqatgħtu għax sabu xogħol? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li nqatgħu l-oħrajn li ma sabux xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, ir-raġunijiet li għalihom persuni minn Għawdex inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol matul is-sena 2015 u minn Jannar sa Settembru 2016, huma kif muri fit-tabella hawn taħt, kif se nsemmi:
Għawdxin li ġew maqtugħa
2015 Jannar sa Diċembru
2016 Jannar sa Settembru
Sabu impjieg
149
123
Mhux interessati li jaħdmu
1
1
Mhux eliġibbli li jirreġistraw għax-xogħol
7
23
Laħqu l-età tal-pensjoni
1
2
Ġew riferuti lid-Dipartiment tas-
Sigurtà Soċjali għax mhux tajbin għax-xogħol
6
3
Waqfu jirreġistraw mingħajr raġuni
1,324
1,002
Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li nstabu jaħdmu u jirreġistraw
1
8
Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li rrifjutaw opportunità ta' xogħol
92
43
Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li rrifjutaw taħriġ
40
7
Kienu maqtugħa imma rebħu l-appell
27
6
Total
1,648
1,218
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il borża ta' studju ngħatat lill-persuni minn Għawdex fis-sena 2014, 2015 u 2016 (separatament)? Jista’ jsemmi l-iskema li taħtha ngħataw dawn il-boroż ta' studju u kemm kien il-valur ta’ kull borza ta' studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bejn l-2014 u l-2016 ingħataw 78 borża ta’ studju lill-persuni minn Għawdex għall-valur kumplessiv ta’ €1,048,548.00.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha kif mitluba, jiġifieri kemm il-borża ta’ studju ngħatat lill-persuni minn Għawdex fis-sena 2014, 2015 u 2016 (separatament) kif wkoll taħt liema skema ngħataw dawn il-boroż ta’ studju flimkien mal-valur ta’ kull borża ta’ studju.
Jista l-Ministru jelenka x’inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre? Jista’ jelenka x’inhuma l-istandards li għandhom jiġu osservati meta jinbena Childcare Centre ġdid u x’permessi hemm bżonn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Skont l-Istandard nru. 1 tan- National Standards for Child Day Care Facilities ippubblikati fl-2006, ir-rekwiziti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre huma dawn:
Sid ta’ Childcare Centre għandu bżonn:
Eta
` Li jkun’lfuq minn 18-il sena
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Ikollu bżonn iqabbad Superviżur Prinċipali / Maniġer li r-rekwiżiti tiegħu/ha huma:
Eta
` ’lfuq minn 21 sena
Esperjenza
Esperjenza ta’ ħidma mat-tfal
Kwalifiki
Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 5 tal-MQF u rikonoxxuta
Taħriġ fil-
Management
jew
Administration
Ċertifikat fil-Paediatric First Aid
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Żewg ittri ta’ referenzi
Is-Supervi¿ur Prinċipali / Maniġer ikun mgħejun minn Carers li għandu jkollhom dawn ir-rekwiżiti:
Eta
` ’lfuq minn 18-il sena
Kwalifiki
Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 4 tal-MQF u rikonoxxuta
Ċertifikat fil-Paediatric First Aid
Referenzi
Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Żewg ittri ta’ referenzi
In-numru ta’ Carers irid ikun skont in-numru tat-tfal u mqassma bl-eta` kif ġej:
Eta` tat-tfalTfal allokati ma’ kull Carer
0 – 12-il xahar3
13 sa 24 xahar5
25 sa 36 xahar6
Grupp imħallat li jista’ ikollu sa tifel /
tifla wieħed / waħda biss taħt l-eta`
ta’ 18-il xahar6
L-istandard li għandu jiġi osservat meta jinbena Childcare Centre huwa Standard nru. 2 li jispjega l-ambjent fiżiku, il-binja u t-tagħmir. Hemm ukoll il-policy tal-MEPA tal-2006 http://www.pa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=545 .
Mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Childcare Centre mad-DQSE, il-permess ewlieni li hemm b¿onn huwa dan:
· Il- permess tal-Awtorita` tal-Ippjanar u pjanta tal-bini li tinkludi
Sectional drawings
bit-timbru tal-PA
Dan minħabba li matul il-proċess biex jinħareg dal-permess, l-Awtorita` tal-Ippjanar tikkonsulta mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`, Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Transport Malta u awtoritajiet oħra li l-Awtorita` tal-ippjanar tħoss li għandha tikkonsulta qabel jingħata l-permess tal-bini.
Minbarra hekk, jintalab ukoll Health & Safety Audit Certificate u ċertifikazzjonijiet oħra li jkun hemm bżonn jintalbu skont il-kuntest taċ-Child Care Centre.
Bħalissa m’hemm l-ebda obbligu li wieħed jirreġistra Child Care Centre sabiex jopera.
Aktar dettalji fuq l-istandards u l-applikazzjoni sabiex tiftaħ u tirreġistra Child Day Care Facility jinstabu fuq dil-website: http://education.gov.mt/childcareservices/Pages/About-us.aspx
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-FES?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-operat tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) u tas-servizzi ta' Skolasajf, Childcare u Klabb 3-16 mogħtija f'dawn l-aħħar sentejn qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-NCHFE?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2016, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) għaddiet minn ristrutturar kemm fl-istruttura ta’ l-entità u anke fil-proċeduri u servizzi. Ġiet stabbilita struttura aktar b’saħħitha fejn issa hemm dipartimenti separati fl-oqsma tal-Akkreditazzjoni u l-Ħarsien tal-Kwalità u fl-oqsma tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla. Proċeduri ta’ amministrazzjoni u mmaniġġjar tal-finanzi ġew stabbiliti b’mod iktar sħiħ u modern bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika.
Il-Gvern investa b’mod sħiħ f’din l-entità biex f’pajjiżna jkollna regolatur b’saħħtu. Dan it-tisħiħ wassal sabiex intlaħqu diversi miri stabbiliti. L-informazzjoni dwar l-iżviluppi ewlenin li seħħew matul is-snin imsemmija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fis-snin li ġejjin, il-Gvern ħa jkompli jinvesti fl-NCFHE biex jintlaħqu l-miri tal-pluraliżmu u iktar preżenza internazzjonali f’Malta ta’ entitajiet barranin u studenti barranin li jagħżlu lil Malta bħala d-destinazzjoni għall-edukazzjoni tagħhom. Nistgħu nagħmlu dan billi naċċertaw ruħna li l-proċessi ta’ akkreditazzjoni jkunu trasparenti, rigorużi imma mhux burokratiċi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn Aġenzija Żgħażagħ ħadet ħsieb u implimentat il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għas-snin 2015 – 2020 u mexxiet ‘l quddiem u ħarset l-interessi taż-żgħażagħ. Dan intlaħaq permezz tat-teħid ta’ diversi miżuri, programmi u inizjattivi fl-oqsma li se nsemmi:
· Spazji ġodda għal persuni żgħażagħ u għaqdiet taż-żgħażagħ f’livell ta’ komunità lokali
· Tkattir ta’ għarfien u tagħti widen liż-żgħażagħ
· Programmi u inizjattivi intiżi għal impenn attiv u parteċipazzjoni ta’ persuni żgħażagħ
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif iktar dettaljat (bil-lingwa Ingliża) tal-miżuri, programmi u inizjattivi li ttieħdu taħt kull wieħed mill-oqsma differenti li semmejt.
Aġenzija Żgħażagħ ser tkun qed tħejji għadd ta’ inizjattivi għall-presidenza tal-Unjoni Ewropeja s-sena d-dieħla kif ukoll għal Valletta 2018.
Għawdex – klassijiet tal-kinder, primarja u sekondarja — studenti
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi kinder, primarja u sekondarja f'Għawdex? X'inhu r-ratio bejn ħaddiema fl-iskola u studenti f'kull skola f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi fl-iskejjel tal-Gvern f'Għawdex fis-sena skolastika 2015-2016 u r-ratio bejn ħaddiema u studenti f'kull skola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 27017 - Għawdex - klassijiet tal-kinder, primarja u sekondarja - studenti.xlsx
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret tal-Prince's Trust?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis sena skolastika li għaddiet (2015/2016), seba’ skejjel madwar Malta bdew jimplimentaw l-XL programme tal-Prince’s Trust International, programm li jgħin lill-istudenti fil-qasam edukattiv billi jgħinhom fl-iżvilupp personali u jippreparahom aħjar għad-dinja tax-xogħol permezz ta’ kisba ta’ ħiliet. Fil-fatt Malta, permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, saret l-ewwel pajjiż barra r-Renju Unit li introduċiet dan il-programm edukattiv fl-iskejjel sekondarji tagħha. Dan il-programm huwa impenjat biex jgħin lil żgħażagħ ta' bejn it-13 u d-19-il sena biex jiksbu edukazzjoni, taħriġ u impjieg. L-iskop tal-Prince’s Trust International huwa li jagħti opportunità lil numru ta’ studenti biex jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet u l-motivazzjoni tagħhom f‘diversi aspetti permezz ta’ tagħlim informali u prattiku.
L-istudenti involuti fil-programm, flimkien mal-għalliema tagħhom, ħadmu fuq diversi aspetti li joffri dan il-programm, fosthom proġetti għall-komunità, pjanar ta’ karrieri, preparazzjoni u esperjenza fuq postijiet tax-xogħol, attivitajiet ta’
team building
u
leadership skills,
proġetti personali, preżentazzjonijiet fuq diversi suġġetti ta’ interess, immaniġġjar ta’ flus, proġetti ta’ intrapriża u parteċipazzjoni f’attività fiżika fost ħafna oħrajn. Kull student/a li kienu involuti temmew b’suċċess il-
units
li ħadmu u ppreparaw għalihom. Il-Prince's Trust International iddikjaraw li waqt li baqgħu impressjonati bix-xogħol preżentat, l-istudenti Maltin marru tajjeb ħafna u skont Ofsted (England's Quality Assurance Agency) marru 10% aħjar mill-istudenti Ingliżi involuti fl-istess programm.
Wara s-suċċess li kellna fis-sena skolastika li għaddiet, il-programm issa nfirex fil-kulleġġi kollha f’Malta u Għawdex, u din is-sena qiegħed jiġi mħaddan ukoll mir-Resource Centres u Learning Support Centres, kif ukoll intwera interess minn skola tal-Knisja għall-implimentazzjoni tal-programm.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment u operat tal-iskejjel Guardian Angel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-Ċentru ta’ Riżorsa Guardian Angel, il-Ħamrun, sar investiment li jinkludi fost oħrajn:
· Titjib fis-sistema tal-ilma fejn inbidlu kanen u
mixers
li kienu qdiemu;
· Stallazzjoni ta’
airconditioners
ġodda f’żewġ klassijiet kif ukoll ta’ kameras tas-sigurtà f’zoni differenti;
· Xogħol ta’ tisbiħ f’diversi partijiet taċ-Ċentru, pereżempju fid-
dining
room
,
fil-
f
oyer
,
fi kmamar speċjalizzati u fi Blokk 10 fejn hemm il-laboratorji;
· Tranġar ta’ kmamar u uffiċċji fejn l-għalliema jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom b’mod iktar effettiv;
· Xiri u stallazzjoni ta’ apparat bħal
projectors
u skrins għall-kmamar speċjalizzati;
· F’kollaborazzjoni ma’
Nature Trust,
il-
green areas
li hemm f’dan iċ-Ċentru mis-sena d-dieħla se jinbidlu f'postijiet ta’ rilassament għall-istudenti; B’rabta ma’ dan, sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet li hemm fil-
picnic area
;
· Xiri ta’ riżorsi biex ikun hemm aktar tagħlim effettiv;
· Bdil ta’ purtieri tal-klassijiet kollha;
· Sar investiment fuq
Health and Safety
fejn inxtara materjal li jassigura s-sigurtà kollha meħtieġa f'possibilità ta’ xi inċident; l-istaff kollu ġie offrut kors ta’
firefighting
;
· Sar ukoll investiment f’terapiji għall-istudenti bħal
dramatherapy
u lezzjonijiet fuq it-tafal;
· Sar ukoll investiment fejn l-għalliema, l-LSAs u l-ġenituri ħadu taħriġ fuq kif għandu jingħata l-aħjar sapport lil persuni bl-awtiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Ministeru tiegħu li tinbena skola primarja ġdida ħdejn il-ground tal-football u l-playing field tar-Rabat, Għawdex għadhiex fis-seħħ? Jekk iva fiex wasal il-proċess biex tinbena din l-iskola l-ġdida? Meta hu mistenni li titlesta? Kemm spazju mill-playing field ser jittieħed għal din l-iskola primarja ġdida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, għadha fis-seħħ. Il-proċess jinsab fi stadju ta' konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar qabel isiru l-applikazzjonijiet formali. L-iskola titlesta fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ tal-permess tal-bini. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li għaddejjin konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u għaldaqstant dak mitlub fiha jkun determinat kif jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27504, jista’ l-Ministru jgħid fejn kienet taħdem kull persuna qabel ma ġiet impjegata mal-Institute of Education li ġiet detailed jew inħatret fuq bażi ta' persuna ta' fiduċja jew b'kuntratt ta' servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar fejn kienu jaħdmu l-persuni msemmija fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27504 qabel ma ġew impjegati mal-Institute of Education, huwa kif se nsemmi:
CEO - persuna ta’ fiduċja – Sezzjoni tal-Assessjar, DQSE
Uffiċjal Edukattiv – detailed – Sezzjoni tat-Taħriġ tal-Għalliema, DQSE
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE
Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE
Assistant Principal – detailed – Sezzjoni tat-Taħriġ tal-Għalliema, DQSE
Segretarja - direct appointment b’kuntratt ta’ servizz - mhux f’impjieg
Uffiċjal Żvilupp, Implimentazzjoni u Riċerka ta’ Programmi - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz – Dipartiment tal-i
Scholarships
fi ħdan il-MEDE
Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz - EUPA
Espert fl-IT - kuntratt għal servizz -MEDE
Direttorat tal-Edukazzjoni – acting head – accreditation unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlet l-Acting Head li bħalissa qiegħda tmexxi l-Accreditation Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV u l-informazzjoni dwar l-esperjenza li għandha u li kellha fil-passat fis-settur edukattiv din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Accreditation Unit evolva mill-Education Regulatory Compliance Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità, hekk kif kompla jamplifika ruħu x-xogħol marbut mal-Akkreditar ta’ individwi, istituzzjonijiet u programmi.
Il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija għandha kuntratt li permezz tiegħu setgħet tibda tagħti servizz lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’xogħol marbut ma’ akkreditar fid-Dipartiment tal-Lifelong Learning fejn kompliet issaħħaħ l-esperjenza li ġa kienet bdiet tikseb fil-qasam matul is-snin. Hekk kif inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf l-Accreditation Unit, din il-persuna li diġà kienet qed tokkupa grad ta’ responsabbiltà fi ħdan il-MEDE, intalbet biex isservi ta’ delegat għad-Direttur Ġenerali għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fuq dan il-qasam.
Dispost li ngħaddi s-CV ta' din il-persuna lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27713, jista’ l-Ministru jgħid x’jismu l-perit li ċċertifika li "the property is structurally safe for its users according to the present intended use."?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ċ-ċertifikazzjoni saret mill-Perit li ismu qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-reklam bil-kulur fuq erba' paġni maħruġ mill-Foundation For Tomorrow Schools u li tqassam mal-gazzetta The Sunday Times of Malta tal-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016? Jista’ jgħid min kien responsabbli mill-artwork ta' dan ir-reklam u kemm ġie jiswa l-istess artwork?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ispiża tad-disinn ta' wraparound ammontat għal €265.50. Il-kumpanija li għamlet ix-xogħol tad-disinn hija Keen Advertising Ltd. L-ispiża għall-istampar, infilsar u ċirkulazzjoni ta' wraparound mas-suppliment 'Classified' ta' The Sunday Times tas-16 ta' Ottubru, 2016, ammontat għal €6,490.
Uffiċċji tal-Furjana – Bini tad-Direttorati — Xogħol ta’ Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir xogħol ta' manutenzjoni fil-bini tad-Direttorati li jinsab fit-tielet sular tal-uffiċċji fil-Floriana? Jekk dan ix-xogħol se jsir, jista’ jgħid meta hu previst li jibda dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li sar xogħol estensiv fl-ewwel sular bejn l-2013-14 u fit-tieni sular tad-Direttorati għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul din is-sena, huwa previst li xogħol ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tad-Direttorati jibda s-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparata ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-employment rate tinħareġ biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni f’Malta u f’Għawdex rispettivament għas-snin mitluba, huwa kif ġej:
Persuni fl-impjieg f’Malta u Għawdex
Full Time
Part Time bħala xogħol ewlieni
Malta
Għawdex
Malta
Għawdex
Diċembru 2000
128,590
8,169
13,965
1,327
Diċembru 2010
138,842
8,972
25,131
1,830
April 2016
167,303
10,448
32,890
2,163
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għal-LSAs li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 14-il talba għal LSA li għadhom ma ntlaqgħux. Rigward kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA, infurmat li hemm erbatax (14)-il student statemented Shared in the Same Class u tlettax (13)-il student statemented Shared. Matul din il-ġimgħa ser jidħlu l-kumplament ta' LSAs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' tfal li jistgħu jixxerjaw LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li studenti jkunu statemented kif ġej:
Full time one to one (FT 1 to 1) jew Shared Support in the Same Class (SSC) jew Shared.
LSA tissapportja student/a wieħed FT 1 to 1 jew 2 studenti statemented Shared in the Same Class jew 2 studenti statemented Shared u ieħor Shared in the Same Class jew 3 studenti Shared fl-istess klassi jew 2 studenti Shared fi klassijiet differenti.